Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27674 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Taqsima tal-Klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-għaliex fl-2010, l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ma kienx ippermetta li jsir taħriġ kull nhar ta’ Erbgħa u jingħata time-off in lieu lill-membri ta’ din it-taqsima, bħalma jingħata l-istess kumpens lid-divers tal-istess dipartiment? Peress li r-risposta tal-uffiċjal imsemmi kienet li t-time-off jiswa’ l-flus u minħabba li kemm it-taqsima tal-klieb u kemm dik tad-divers jaqgħu taħt l-istess uffiċjal għaliex dan l-uffiċjal ma jiġbidx ħabel wieħed mat-taqsimiet tiegħu stess? Jista’ jagħti l-każ li l-mottiv ta’ dan kollu kien biex ineħħi mit-taqsima l-ħaddiema li kien hemm? Jaf il-Ministru kif qed imexxi dan l-uffiċjal? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien qed jimxi b’żewġt uċuħ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li t-tip ta’ taħriġ li jsir mal-klieb fil-qasam tat-tfittxija huwa totalment differenti mit-taħriġ tad-divers. It-taħriġ li jsir mal-klieb jista' jsir fuq bażi individwali, filwaqt li dak tad-divers, minn natura tiegħu, orjentat lejn it-taħriġ kollettiv u għalhekk ma jkunx f’waqtu li wieħed iħallat iż-żewġ sitwazzjonijiet. Irid jiġi senjalat ukoll li filwaqt li l-ħaddiema li kienu assenjati mat-Taqsima tal-Klieb kienu jaħdmu hemm fuq bażi kontinwa u għalhekk kellhom żmien biżżejjed biex jinkludu wkoll eżerċizji ta’ taħriġ, id-divers mhumiex assenjat fuq dan ix-xogħol b’mod regolari peress li huma jservu fid-diversi stazzjonijiet u jagħmlu xogħol primarjament ta’ rescue u firefighting bħal ħaddiema l-oħrajn kollha. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li t-taħriġ tagħhom isir barra mill-ħin tax-xogħol normali tagħhom. Għalhekk mhux qed jitmexxa b'żewġ uċuħ.
Leg 11 PQ #27675 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klieb tal-Protezzjoni Ċivili (Bali, Nicky u Kira) għadhomx attivi fid-dipartiment? Jekk le, fejn jinsabu u xi proċess sar biex jitneħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26907.
Leg 11 PQ #27676 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Sezzjoni tal-Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Klieb? Hemm xi voluntiera f'din it-taqsima? Kemm hemm? Min huma? Minn liema entità ġejjin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-sezzjoni tal-klieb hemm żewġ voluntieri jaħdmu fuq bażi ta’ rotazzjoni u ħames membri mill-Emergency Fire and Rescue Unit (EFRU) u membru mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar.
Leg 11 PQ #27677 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Taqsima tal-Klieb — katusi tal-asbestos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li fl-imsemmija taqsima tal-klieb hemm kwantità ta' katusi li huma tal-asbestos u li dawn qed iservu biex fihom jiddaħħlu nies ħalli jagħmlu t-taħriġ b'periklu għas-saħħa tagħhom stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-katusi msemmija fl-interpellanza tal-Onorevoli Membru qegħdin midfunin taħt konkos u huma trattati b’kimika apposta biex ma jkunux ta’ periklu għall-persuni.
Leg 11 PQ #27678 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Taqsima tal-Klieb

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex din it-taqsima tal-klieb tal-Pulizija setgħet tiġi żviluppata? Jekk hemm permessi, jista' l-Prim Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista twieġeb din il-mistoqsija.

Bank of Valetta — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27593 u 27497 u ċioe: Peress li l-Ministru ġie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Management Fund Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27593.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-Offerti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 27442 u 27067 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilha u tagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, jagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u jgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 27446.

Bank of Valetta — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27497 u ċioe: Peress li l-Ministru gie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Management Fund Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-Bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Skejjel sekondarji — fifth formers - eżamijiet Sec

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti mill-fifth formers tal-iskejjel sekondarji: a) statali; b) tal-Knisja; u ċ) indipendenti li qagħdu għall-eżamijiet SEC sessjoni Mejju 2011? Tista' tagħti l-figuri separati għal kull settur u kemm kien hemm minn kull settur f'kull suġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba tirrekjedi użu estensiv tad-database. Minħabba lir-riżultati tas-SEC u tal-MATSEC għadhom kemm ħarġu, diversi nies qed iżuru l-uffiċċju tal-MATSEC jitolbu informazzjoni u kjarifiki li jirrekjedu l-użu tad-database. Il-ġimgħa d-dieħla (mill-25 sad-29 ta’ Lulju filgħodu u wara nofsinhar) hija kollha skedata għar-reġistrazzjoni tal-eżamijiet tas-SEC u MATSEC. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba jkollha tingħata f’seduta oħra.

Studenti fifth formers — edukazzjoni fi skejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fifth formers li temmew l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel sekondarji: a) statali; b) tal-Knisjal u ċ) indipendenti fis-sena skolastika 2010 - 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ fifth formers li temmew l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel sekondarji fis-sena skolastika 2010 – 2011 huwa kif ġej: Skejjel Statali 3,092 Skejjel tal-Knisja 1,513 Skejjel Indipendenti 453
Leg 11 PQ #27667 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Dipartiment tal-Kunsilli Lokali - nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jara lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jinvestiga hix ġustifikata n-nefqa qawwija ta' kwazi €28,000 fuq konferenza ta' jumejn organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u jara jekk f'kull każ ġewx osservati l-proċeduri stabbiliti għall-attivitajiet bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Konferenza EDEN, li għaliha qed jirreferi l-Onor Membru, kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieha flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Din il-Konferenza kienet suċċess kbir għall-Malta u b’mod speċjali għal-lokalità tal-Mellieħa. Dan is-suċċess kien rikonoxxut minn kulħadd, inkluż mill-Kummissjoni Ewropea (ara dokument anness 1) kif ukoll mill-Kunsillier John Buttigieg, il-‘minority leader’ fil-Kunsill tal-Mellieħa, li feraħ lis-Sindku għal mod kif ġiet organizzata din il-konferenza (ara dokument anness 2, minuta 2.9.3). Il-Konferenza EDEN iġġenerat kummerċ tajjeb fil-Mellieħa, kemm fil-lukandi tal-Mellieħa kif ukoll f’ġeneru ta` kummerċ ieħor. Għall-ewwel darba fil-Mellieħa numru ta` chefs Mellieħin minn lukandi diversi fil-Mellieħa ppreparaw l-ikel Malti flimkien għall-attività ta` merħba lid-delegati barranin u dawk Maltin. L-effett ta` din il-konferenza infirex ukoll f`postijiet oħra madwar Malta u Għawdex, tant li fil-lokalitajiet tal-Isla, n-Nadur u Kerċem ittellgħu ukoll attivitajiet soċjali biex jiġu ppreżentati forom differenti ta` reklamar tal-prodott Malti. Malta gawdiet ukoll minn pubbliċità tajba permezz ta’ disa’ ġurnalisti speċjalizzati barranin li nġibu Malta apposta għal din il-konferenza (ara dokument anness 3 bħala eżempju). Ta’ min jinnota li €6,200 minn nefqa ndikata mill-Onor Membru serviet biex ingħata t-tarmak fit-triq prinċipali tal-Mellieha, nefqa li minnha żgur gawdiet il-Mellieħa u kull minn jagħmel użu minn din it-triq. Tajjeb ngħid li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa applika u ngħata €19,000 minn skema speċjali għal min jieħu l-inizjattiva u jorganizza konferenzi internazzjonali. Huwa f’dan il-kuntest li wieħed irid jgħaddi ġudizzju dwar jekk in-nefqa ndikata mill-Onor Membru kinitx ‘ġustifikata’ billi janalizza l-effett pożittiv fuq l-industrija tat-turiżmu fl-immedjat kif ukoll fit-tul, kemm għall-Mellieħa kif ukoll għall-Malta u Għawdex. Ninsab infurmat li l-ħlasijiet kollha relatati mal-istess domanda parlamentari kienu approvati mill-istess Kunsill b`mod unanimu mis-seba` kunsilliera li jiffurmaw il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Dwar it-talba ta’ l-Onor Membru biex jiġi stabbilit jekk kienux osservati l-proċeduri applikabbli f’kull każ tan-nefqa ndikata, kif ukoll ħlasijiet oħra li saru b’relazzjoni ma’ din il-konferenza imma li l-Onor Membru ma ndikax fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, ninforma lill-Onor Membru li għaddejt it-talba tiegħu lid-Direttur għall-Gvern Lokali li minn naħa tiegħu qed jiġbor l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #27673 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — splużjonijiet ta' kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2010 kien hemm sitt splużjonijiet ta' kmamar tan-nar (Qormi, Għargħur, Żejtun, Mosta, Għarb) u fl-ebda waħda minnhom it-taqsima tal-klieb tal-Protezzjoni Ċivili qatt ma ġiet imsejħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minħabba ċirkostanzi varji li kienu relatati ma' kull inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ma kienx hemm lok li jiġu użati klieb f'dawn l-operazzjonijiet.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħlas ta' dejn

Question

B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27443.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-Offerti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, jagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u jgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħlas ta' dejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27066 u ċioe: B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27445.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħlas tad-dejn

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsij aparlamentari 27068 u ċioe: B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-offerti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 27069 u tagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, tagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u tgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bank of Valetta — Chairman

Question

Peress li l-Ministru gie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Fund Management Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-Bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Planning and Priorities Co-Ordination Division u l-European Union Secretariat — pariri dwar il-Kumpless tal-White Rocks

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Planning and Priorities Co-Ordination Division u l-European Union Secretariat qattx tawha l-parir li t-trasferiment tal-art fil-Kumpless tal-White Rocks fin-Naxxar lill-konsorzju privat mingħajr ebda sejħa għall-offerti jammontax għal forma ta' state aid u għaldaqstant tali trasferiment imur kontra l-ligijiet Ewropej li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropeja għandha d-dmir li tosserva u li b'konsegwenza t'hekk ikunu jistgħu jinbdew Infringement Procedures fil-konfront ta' Malta min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatajtx parir simili.

Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea — parir dwar il-kumplass tal-White Rocks

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja qattx tah il-parir li t-trasferiment tal-art fil-Kumpless tal-White Rocks fin-Naxxar lill-konsorzju privat mingħajr ebda sejħa għall-offerti jammontax għal forma ta' state aid u għaldaqstant tali trasferiment imur kontra l-Liġijiet Ewropej li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li tosserva?

Response (BORG, TONIO)

M'għandhiex dubbju li l-Onorevoli Interpellant jaqbel miegħi dwar l-importanza li Ministri jkollhom aċċess għal pariri oġġettivi. Jidhirli li biex il-gvern ikompli jkollu dawn il-pariri oġġettivi, ma għandix nippublika opinjonijiet, pariri jew rakkomandazzjonijiet miksuba fil-kors tal-proċessi deliberattivi marbuta mal-funzjonijiet tal-gvern.