Kunsilli Lokali — Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali
Question
B’referenza għat-taqsima dwar il-Kunsilli Lokali fir-Rapport Annwali tal-Awditur Generali fejn isemmi li l-problema li l-Financial Statements mhux qed jintbagħtu fil-ħin qiegħda dejjem tiggrava u qed jirrakkmanda ukoll li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jippenalizza lill-kunsilli rispettivi billi titnaqqsilhom parti mill-allokazzjoni skont Artiklu 55(3) tal-Liġi, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) għal liema raġuni d-dipartiment irrevoka d-deċiżjoni li kien ħa biex jimponi l-penali fuq dawk il-kunsilli lokali li ma ssottomettewx id-dokumenti fil-ħin;
b) id-Dipartiment tal-Gvern Lokali nforma lill-NAO li dawn il-penali se jiġu applikati biss għal dawk il-kunsilli li ma jibagħtux il-
Financial Statements
sad-29 ta’ Ottubru 2010. Jekk tnaqqset xi parti mill-allokazzjoni, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-kunsilli u l-ammont li tnaqqsilhom; u
ċ) din is-sena d-dipartiment se japplika din il-penali saż-żmien stipulat, jiġifieri t-Tnejn 2 ta’ Mejju 2011 jew se jagħti xi estensjoni bħas-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2010 id-Dipartiment għall-Gvern Lokali naqqas parti mill-allokazzjoni finanzjarja ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li, għalkemm ingħataw estensjoni ta’ żmien biex jissottomettu l-accounts tagħhom, xorta ma żammewx ma’ din l-estensjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella 1 li tikkonsisti f’lista ta’ Kunsilli Lokali li tnaqqsitilhom parti mill-allokazzjoni finanzjarja bħala penali f’dan ir-rigward għall-accounts tas-sena 2009.
Fid-dawl ta’ din l-estensjoni ta’ żmien id-Dipartiment ħass li jirrevoka d-deċiżjoni tegħu fil-konfront ta’ dawk il-kunsilli lokali li bagħtu l-accounts tagħhom fil-perjodu tal-estensjoni.
Intant, fid-dawl ta’ dan kollu, id-dipartiment ħareġ struzzjonijiet ċari lill-kunsilli lokali, permezz ta’ Memo 150/2010, li dawk il-kunsilli li jissottomettu tard l-accounts tagħhom ikunu penalizzati. Dawk il-kunsilli lokali li ma mwex mal-istruzzjonijiet mgħotija f’dan il-memo kienu penalizzati. Tabella 2 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi lista ta’ kunsilli lokali li se titnaqsilhom parti mill-allokazzjoni finanzjarja tagħhom din is-sena bħala penali għall-accounts tas-sena 2010.
Nirrimarka b’sodisfazzjon iżda li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali nnota li kien hemm titjib sostanzjali din is-sena fit-termini li fihom ġew sottomessi l-accounts tas-sena 2010.
Fid-dawl li r-Rapporti tal-Awditur tas-snin imgħoddija, l-maġġoranza tal-osservazzjonijiet f’paġni 118/119 (2008: 109/110) huma ripetuti (fis-snin ta’ qabel) u dan ifisser li l-problemi mhux qed jiġu ndirizzati, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) x’inhu r-rwol tad-dipartiment f’dan ir-rigward;
b) id-dipartiment jaf x’inhuma d-diffikultajiet u l-pre-okkupazjonijiet li jsibu l-kunsilli lokali biex japplikaw dawn l-osservazzjonijiet? Jekk iva, x’inhuma;
ċ) qed isir xi tip ta’
monitoring
min-naħa tad-dipartiment biex jara li l-osservazzjonijiet jiġu ndirizzati;
d) qatt ġew imsejħa xi kunsilli lokali biex jagħtu spjegazzjoni lid-dipartiment; u
e) id-dipartiment jikkonsidra li jiddaħħlu xi penali jekk l-osservazzjonijiet tas-snin ta’ qabel jibqgħu ma jiġux indirizzati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li r-rwol tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali huwa li jara li l-kunsilli lokali jkunu awditjati u li n-nuqqasijiet elenakti fir-rapporti tal-awditur jingħataw l-attenzjoni xierqa mill-kunsilli lokali rispettivi. Kull diffikultà li jiffaċċjaw il-kunsilli lokali tiġi ndirizzata lid-Dipartiment li min-naħa tiegħu jara x’inhuma l-problemi u jieħu ħsieb jindirizzhom skont l-eżiġenzi. Huwa proprju hawn fejn jidħol il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment li bħalissa għaddej minn żmien ta’ tiġdid u tisħiħ biex ikun jista’ jaqdi aħjar il-funzjonijiet tiegħu. Meta jirriżulta li jkun hemm xi nuqqasijiet partikolari id-Dipartiment isejjaħ lill-kunsilli lokali partikolari biex jevalwa s-sitwazzjoni. F’dan id-dawl id-dipartiment bħalissa qiegħed jikonsidra l-introduzzjoni ta’ penali jekk ċertu osservazzjonijiet li jkunu saru jibqgħu persistenti.
Wara li n-nuqqas ta’ kontrolli fil-kunsilli lokali ħareġ fil-beraħ bin-numru ta’ każijiet li ġew rappurtati matul is-sena 2010 f’numru ta’ ġurnali, jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa d-Dipartiment f’kull każ wara dawn l-allegazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull meta jkun innutat xi nuqqas id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jitlob spjegazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali konċernat. Fejn jirriżulta li jkun hemm xi nuqqasijiet id-dipartiment jikkunsidra li jieħu l-passi meħtieġa fosthom tnaqqas mill-allokazzjoni finanzjarja.
F’każi oħrajn, jekk jinstab li jista’ jkun hemm ksur tal-liġi kriminali, il-każ jitgħadda lill-Pulizija għall-investigazzjoni neċessarja.
Rapport tal-Awditur — Risposta kif se jindirizzaw in-nuqqasijiet tagħhom
Question
Peress li r-Rapport tal-Awditur juri li għalkemm obbligati, għas-sena Diċembru 2009, 14-il kunsill lokali lanqas biss taw risposta kif se jindirizzaw in-nuqqasijiet tagħhom (Marzu 2009: 24), filwaqt li 21 kunsill bagħtu r-risposta tard (Marzu 2009: 17) u sal-aħħar ta’ Marzu 2011 ħames kunsilli kienu għadhom ma bagħtux ir-risposta tagħhom dwar in-nuqqasijiet għas-sena Diċembru 2009, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk:
a) id-Dipartiment jafx għaliex dawn il-kunsilli baqgħu ma bagħtux it-tweġiba tagħhom għall-ittra tal-awditur;
b) x’passi ħa d-Dipartiment f’dawn iċ-ċirkustanzi; u
ċ) kif beħsiebu d-Dipartiment jindirizza din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jeżiġi li l-accounts tal-kunsilli lokali jaslu kollha fil-ħin kif stipulat. Madankollu x’uħud mill-kunsilli lokali jippruvaw iġibu diversi raġunijiet għad-dewmien. Iżda ebda skuża mhi aċċettabbli biex xi kunsill jissottometti tard l-accounts tiegħu.
Fid-dawl ta’ dan kollu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ Memo 150/2010 b’direzzjoni u konsegwenzi ċari għal min ma jissottomettix fil-ħin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ Memo 150/2010.
Għas-sena 2011 id-Dipartiment qed jimxi strettament mal-linji mogħtija u kien hemm diġa titjib sostanzjali min-naħa tal-kunsilli lokali.
Ir-Rapporti tal-Awditur Ġenerali fl-aħħar tliet snin dwar il-kunsilli lokali juru li għas-sena li għalqet Marzu 2008 kien hemm 43 rapport kwalifikat, f’Marzu 2009 ġew kwalifikati 52 rapport, filwaqt li f’Diċembru 2009 ġew kwalifikati 43 rapport, fost dawn kien hemm anke kwalifiki serji fejn l-awditur ma setax jifforma opinjoni (‘No Audit Opinion Expressed’) fil-każ ta’ San Ġiljan, jista' l-Prim Ministru jgħid :
a) x’azzjoni qed jieħu d-dipartiment f’dan ir-rigward;
b) qatt ġew imsejħa xi kunsilli biex jagħtu spjegazzjoni u liema huma;
ċ) x’qed jagħmlu l-kunsilli lokali biex jirratifikaw is-sitwazzjoni; u
d) id-dipartiment huwa nfurmat jekk dan hux riżultat ta’ immaniġjar ħażin min-naħa tal-Kunsill, jew jekk din is-sitwazzjoni hux qed tigi imposta fuq il-kunsill minn organizzazzjonijiet li dan tal-aħħar m’għandux kontroll fuqhom, bħall-Kumitati Konġunti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed isus wara l-kunsilli lokali kollha sabiex jissottomettu l-accounts tagħhom kif stipulat fil-ħin. F’dan id-dawl id-dipartiment ħareġ Memo 150/2010 kif anke spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25220.
Il-kunsilli lokali li jibqgħu jissottomettu tard l-accounts tagħhom jeħtieġ li jifmhu li dan mhux aċċettabli kif fuq kollox anke rrimarka l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Id-Dipartiment ħa l-passi fil-konfront ta’ kunislli lokali li ma mxewx ma’ tali struzzjonijiet, kif diġà tajt id-dettalji kollha fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25217, u se jibqa’ jagħmel dan kif anke spjegat f’Memo 150/2010.
Kunsilli lokali — kuntratti tax-xogħol tal-impjegati
Question
Għalkemm id-Dipartiment kien ħareġ struzzjonijiet biex il-Kunsill jaqleb il-kuntratti tax-xogħol tal-impjegati tiegħu minn dawk definiti għal dawk indefiniti, l-awdituri tal-Gvern Lokali nnotaw li mhux il-Kunsilli kollha mxew ma’ dawn l-istruzzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment iċċekkjax jekk sal-lum dawn il-kuntratti ġewx riveduti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-każ tas-Segretraji Eżekuttivi, wara r-riforma fis-sistema tal-Gvern Lokali, dawn issa saru mpjegati tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, bil-kundizzjonijiet kolla li jgawdi, u r-responsabiltajiet kollha li għandu, uffiċċjal pubbliku fosthom dwar il-kuntratti tal-impjieg tagħhom.
Intant dwar il-ħaddiema l-oħrajn ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien ħareġ struzzjonijiet lill-kunsilli lokali kollha sabiex jaqilbu tali kuntratti ta’ impjieg, li jikkwalifikaw skont il-Liġi, minn definiti għal indefiniti, b’seħħ mis-7 ta’ Diċembru 2007. Il-kunsilli lokali huma fir-responsabiltà li jaderixxu mal-liġi dwar dan.
Kunsilli lokali li kellhom jieħdu ammont konsiderevoli mill-KSI
Question
Peress li sa Diċembru 2009 numru ta’ kunsilli lokali kellhom jieħdu ammont konsiderevoli ta’ mhux anqas minn €400,000 mill-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment jafx jekk dawn il-flus bdewx jinġabru? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm kien l-ammont li nġabar s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel saru xogħlijiet dan is-sajf mill-Ministeru u l-FTS? Fuq liema kriterji ntagħżlu dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul dan is-sajf il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għamlet xogħlijiet f’dawn l-iskejjel:
· fl-iskola primarja ta’ Marsascala fejn sar xogħol ta’ estenzjoni;
· fl-iskola sekondarja tas-Subien, Naxxar fejn sar xogħol estensiv ta’
upgrad
ing
ta’ żewġ blokki eżistenti;
· fl-iskola sekondarja tal-Bniet tal-Mosta (Lily of the Valley) fejn inbnew xi klassijiet ġodda, librerija ġdida u sar lift ġdid;
· fil-Kulleġġ San Benedettu Skola Sekondarja Subien, Kirkop fejn sar xogħol ta’ bini ta’ link fuq tliet sulari sabiex jgħaqqad il-blokka ta’ kreativita mal-kumplament tal-iskola;
· fl-iskola sekondarja ġdida tas-subien fir-Rabat Għawdex fejn qed jitkompla x-xogħol fuq il
-car park
u l-faċilitajiet sportivi biswiet l-iskola l-ġdida;
· fl-iskola sekondarja subien fil-Mosta (Żokrija) fejn tkompla x- xogħol biex jitlestew il-faċilitajiet sportivi kif ukoll il-
canopy
;
· fl-iskola ġdida sekondarja tal-bniet f’Ħal Qormi (Ħandaq) fejn qed isir ix-xogħol ta’ kostruzzjoni;
· il-Kampus tal-MCAST fejn beda ix-xogħol tal-ewwel fazi tal- kostruzzjoni;
· fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar fejn sar xogħol ta’ bdil ta’ aperturi kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni;
· fl-iskola primarja tal-Isla fejn sar xogħol ta’ tqegħid ta’ madum ikkulurit tal-lastiku;
· fl-iskola primarja ta’ Ħal Qormi (San Bastjan) sar xogħol fil-bitħa tal-iskola u bdil ta’ aperturi;
· fl-iskola sekondarja Adelaide Cini Ħamrun fejn sar xogħol ta’ alterazzjonijiet;
· fl-iskola primarja tal-Ħamrun fejn sar xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ ġewwa;
· fl-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun fejn sar xogħol ta’ upgrading tas-sistema tal-elettriku u tal-IT;
· fil-Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Subien Naxxar fejn sar xogħol ta’ refurbishment u upgrading fil-food technology kif ukoll fir-resistant material; u
· xogħlijiet f’
child care centres
li jinkludu Child Care Centre ġdid u Unit Għożża f’Ħal Qormi u Child Care Centre fil-Furjana.
Dawn ix-xogħolijiet saru fuq id-direzzjoni tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi wara konsultazzjoni mal-Prinċipali u l-Kapijiet tal-iskejjel skont lista ta’ prioritajiet.
Tista' l-Ministru tgħid mindu daħlet is-sistema ta’ kulleggi f’liema kulleggi nbnew kindergarten, skejjel primarji u skejjel sekondarji ġodda u f’liema kulleggi ma nbena xejn minn dawn? Għaliex il-bini ta’ skejjel ġodda mhux qed isir b’mod ekwu mal-kulleġġi kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada bniet dawn l-iskejjel:
Kindergarten u skola primarja fil-Kulleġġ Santa Klara Pembroke;
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal Kirkop;
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ San Ignazju f’Ħal Qormi (Ħandaq)
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita f’Cospicua (Verdala)
· Skola Sekondarja tas-Subien fil Kulleġġ t’Għawdex fir-Rabat; u
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Maria Reġina fil-Mosta (Żokrija).
B’hekk inbnew sitt skejjel f’sitt Kulleġġi differenti. Hemm ippjanat li jinbnew skejjel ġodda jew estensjonijiet fi tliet kulleġġi oħra. Fl-għaxar kulleġġ (Kulleġġ San Ġorġ Preca) m’hemmx bżonn bini ta’ skejjel sekondarji peres li dawk li hemm illum huma tajbin biex iservu bħala skejjel (il-Liceo u Blata l-Bajda). Diskussjonijiet dwar il-bini ta’ skejjel ġodda dejjem għaddejjin.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tan-national benchmarking exercise li sar fi tmiem is-sena skolastika 2010-2011 għat-transizzjoni tal-istudenti bejn il-primarja u s-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sillabi li se jkunu qed jaħdmu tfal fl-ewwel sena tal-primarja
Question
Fuq liema tip ta’ sillabi se jkunu qed jaħdmu t-tfal fl-ewwel sena tal-primarja statali, l-istess tfal li bdew ir-riforma fil-Kinder I u allura mhux se jkun hemm kontinwita` tar-riforma jekk se jkunu qed jaħdmu fuq sillabi antiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-qafas tal-kurrikulu nazzjonali 2011 qed joffri framework għas-snin bikrin. Dan hu dokument li qiegħed f’fażi ta’ konsultazzjoni
Mill-2009 ‘l hawn l-iskejjel kollha tal-Istat qed jaħdmu biex jimplimentaw l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kompetenzi Bażiċi, bid-direzzjoni u l-appoġġ tad-DQSE. Din l-istrateġija titlob li t-tfal kollha li jindikaw li jista’ jkollhom problemi biex jaħkmu l-ħiliet bażiċi meta suppost, isirilhom assessjar attent li jwassal għal ħidma speċifika kif jindika l-għalliem skont il-bżonnijiet tagħhom. Din il-ħidma tibda mill-Year 1. Mill-2009 bdiet il-ħidma b’risq il-ħiliet bażiċi fil-litteriżmu. Fl-2010 beda x-xogħol preparatorju biex fl-2012 din il-ħidma tiġi estiża b’mod gradat għan-numeriżmu wkoll. Il-ħidma b’risq il-ħiliet bażiċi fl-
elearning
qed issir fi ħdan l-istrateġija nazzjonali tal-
elearning
.
Tista' l-Ministru tgħid x’sens jagħmel li l-qafas kurrikulari nazzjonali għada se ssir il-konsultazzjoni fuqu waqt li s-sillabi l-ġodda se jkunu diga` ddaħħlu fil-form tal-iskejjel sekondarji statali meta messu sar bil-maqlub, l-ewwel jitlesta l-qafas fi żmien u mbagħad is-sillabi jinbnew fuqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dokument Konsultattiv 4 Appendiċi 1 tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali tal-2011 jispjega l-istrateġija proposta għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Qafas Pedagoġiku għall-Kurrikulu Malti.
Il-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali fl-istess dokument 4 jindika li tul is-sena skolastika li ġejja l-esperjenzi u l-fehim żviluppati mill-kwistjonijiet prinċipali mal-Form 1 (is-seba’ sena) se jipprovdu l-isfond għal kif wieħed jimxi ‘l quddiem għas-snin l-oħra kollha b’fiduċja akbar.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir bħalissa fl-iskejjel primarji u sekondarji biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu l-ħiliet biex jagħtu l-ewwel għajnuna f'każ ta' bzonn u jservu biex isalvaw ħajjiet ta' nies li jkunu f'diffikulta` u jispiċċaw imutu? Jistgħu jittieħdu inizjattivi biex ikun hemm iżjed tagħrif u żvilupp ta' ħiliet fost l-istudenti f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel Primarji, grupp ta’ għalliema (Health and Safety Teachers) fi ħdan il-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jgħallmu ħiliet bażiċi ta’ kif wieħed għandu jagħti l-ewwel ghajnuna. Dan it-tagħlim jinkludi kemm dak li huwa First Aid kif ukoll tagħlim ta’ kif wieħed jista’ jevita li hu jew ħaddieħor ikun involut f’inċident evitabbli u juża eżempji minn xenarji li t-tfal l-aktar iweġġgħu fihom eż. id-dar, it-triq, waqt ir-rikreazzjoni u fejn il-baħar. Dan it-taħrig jingħata lill-istudenti kollha fl-iskejjel tal-istat fir-raba, il-ħames u s-sitt sena.
Dawn l-għalliema rċievew taħriġ kemm lokalment mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar kif ukoll bi programm Grundtvig ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar niedet ċertifikat imfassal speċifikament għall-għalliema li jgħallmu l-‘First Aid’ lit-tfal u l-għalliema kollha li jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel ta’ l-istat ġew mistiedna jattendu għal dan il-kors.
Fl-iskejjel Sekondarji, il-‘Health and Safety Unit’ jorganizza programm għall-istudenti tal-5 sena kollha fejn dawn jiġu mistiedna jsegwu kors bażiku fl-ewwel għajnuna. Ċertifikat għal dan il-kors joħrog mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar u huwa ċertifikat rikonoxxut mill-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Inizjattivi oħrajn varji jiġu organizzati kemm fuq livell ta’ skola, kulleġġ jew mill-‘Health and Safety Unit’, bħal per eżempju il-‘Health and Safety EXPO’ li tiġi organizzata b’mod regolari.
Perjodikament, id-Direttrat għal Servizzi Edukattivi joffri korsijiet tal-ewwel għajnuna lill-għalliema kollha tal-‘Health and Safety’. Saru tlett korsijiet bejn Lulju u Settembru 2010, u ċ-ċertifikat ta’ dan il-kors huwa validu għal tlett snin.
Il-Health and Safety Unit toffri wkoll korsijiet ta’ tagħrif fuq l-ewwel għajnuna lill-għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel kif ukoll lill-ġenituri ta’ l-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid min kien fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni li għażel l-uniformijiet għall-iskejjel statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-aġġudikazzjoni kien kompost minn:
Stephen Cachia - Prinċipal ta’ Kulleġġ
Andre Vassallo Grant - Direttur
Lorraine Mangion Duca - Assistent Direttur
Dr Fiona Cilia Pulis - Legal Advisor
Patrick Galea - Design Advisor
Tista' l-Ministru tgħid għaliex qed tinzamm is-sistema li l-ġenituri jridu jixtru l-uniformi mingħand supplier wieħed għax hemm sitt kulleggi se jieħdu l-uniformijiet mingħand wieħed u l-kulleggi l-oħra minghand supplier ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sabiex jinżamm il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ġusta, ħarġet espressjoni ta’ interess li ġiet ippublikata fil-gazzetta tal-gvern u fuq il-gazzetti lokali kollha. Kull min kien interessat seta’ japplika. Ħarġet espressjoni waħda maqsuma f’10 lots wieħed għal kull Kulleġġ. Min kien eligibbli skont il-kriterji stabbiliti ġod-dokument ppublikat, ikkompeta u l-espressjoni intrebħet mis-supplier li kien jissodisfa il-kriterji amministrattivi u tekniċi u li offra l-aħjar prezz globalment bħala lot. Id-Direttorat mexa skond il-pariri legali li ngħata u skont il-proċeduri stabbiliti sabiex tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta. Id-Direttorat m’għandu l-ebda kontrol fuq minn juri nteress għal dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li t-tender għall-provista tal-uniformijiet tal-iskejjel ħareġ tard bil-konsegwenza li l-ebda kulleġġ mhu ser ikollu l-uniformi kollha available sal-ftuħ tal-iskola, lanqas l-uniformi sħiħa tas-sajf imma biċċiet minnha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-espressjoni biex min jipprovdi l-uniformijiet jirreġistra nteress ħarġet mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fit-13 ta’ Mejju 2011 u għalqet fid-9 ta’ Ġunju 2011. Il-kuntratturi magħżula kienu infurmati fil-5 ta’ Lulju. Il-kuntrattur intalab garanzija bankarja u fil-fatt ta din il-garanzija fil-11 ta’ Lulju. Din il-garanzija bankarja tagħmel riferenza għall-kuntratt li kien hemm bejn dan il-kuntrattur u d-Direttorat għas-Servizzzi Edukattivi għall-provvista tal-uniformijiet.
Dan ifisser li qabel il-11 ta’ Lulju il-kuntrattur kien jaf li rebaħ il-kuntratt u seta’ jagħmel l-ordnijiet meħtieġa. Altru li l-kuntratti għall-uniformijiet ma ħarġux tard. Fil-fatt kuntratturi oħra li kienu avżati li rebħu l-kuntratt fl-istess jiem, kellhom ix-xogħol fil-ħin u fil-każ tagħhom ma kien hemm ebda problema.
Ċerti oġġetti fl-uniformi waslu ftit ġranet tard għaliex wieħed mis-suppliers sab diffikulta fil-port fil-Malazja fejn kien hemm konġestjoni kbira għal sitt ġimgħat.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Ministeru għar-rapport tal-Awtorita` Maltija tal-Kompetizzjoniji u l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar il-bejgh u xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi analizza r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta dwar il-bejgħ u x-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel statali u se jressaq ir-reazzjonjiet tiegħu fil-konsultazzjoni li qed isir bħalissa.
Dwar l-uniformijiet tal-Kulleġġ id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi ħadem mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta biex ħareġ sejħa pubblika għall-offerti. Id-Direttorat kien ikkonsulta ma’ għalliema, ġenituri u studenti fl-għażla ta’ dawn l-uniformijiet. Fl-għażla kienu evitati disinji kumplikati biex inaqqsu l-ispejjeż żejda u tkun faċilitata l-kompetizzjoni kif ukoll biex tkun aktar faċli għall-ġenituri li jixtru minn ‘providers’ oħra. Saret enfasi fuq il-kwalita’ tal-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-uniformijiet.
Id-Direttorat hu tal-opinjoni li r-rapport għandu jagħti aktar importanza fuq kif l-uniformijiet jgħinu fl-identita’ ta’ kull kulleġġ kif ukoll dwar kif id-Direttorat mexa fuq ir-Rakkomandazzjoni li kien ta l-istess Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġusta. Enfasi oħra li hija mportanti u ħarġet fil-konsultazzjoni tad-Direttorat hija l-kwalita’ tal-materjal ta’ l-uniformi.
Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi lest li jilqa’ kull suġġerimenti mill-Uffiċċju tal-Kompettizzjoni Ġusta li jkomplu jtejbu s-sitwazzjoni preżenti bħal ma kien għamel meta mplimenta s-sistema preżenti.
Peress li l-Ministeru qed jgħid li uniformi sħiħa tal-istudenti sekondarji statali tiġi tiswa madwar €180, jista' l-Ministru jgħid kif sar il-kalkolu għal dan il-prezz peress li genituri intervistati mill-ġurnal "Il-Gensillum" (11 ta’ Settembru 2010) qalu li din l-uniformi fil-fatt tiġi tiswiehom €215?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min se jħaddem is-servizz tat-trasport skolastiku għall-iskejjel statali għas-sena 2011-2012? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa?
estensjoni tal-Power Station ta' Delimara — ġarr ta' Heavy Fuel Oil
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema pajjiż u f'liema landfill se jibda jittieħed l-iskart perikoluż li se joħroġ mill-użu tal-Heavy Fuel Oil fl-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Kemm se jiswa l-ġarr u l-ħażna tiegħu u għal kemm snin hemm l-impenn li jittieħed dan l-iskart perikoluż? Liema kumpanija se tieħu ħsieb il-ġarr tal-iskart perikoluż?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 25912. Fil-każ tal-kuntratt eżistenti tal-iskart miċ-ċmieni ta’ Delimara u Marsa, l-iskart qed jiġi esportat lejn l-Italja biex jiġi pproċessat u wara jittieħed il-Ġermanja.