borża ta' studju mogħtija lil persuni f'karigi għolja f'dipartimenti u ministeri tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'karigi għolja f'dipartimenti u ministeri tal-gvern li ngħataw borża ta' studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD tagħhom u qabżu żgħażagħ li issa ma jistgħux ikomplu bl-istudji tagħhom għax m'għandhomx il-mezzi neċessarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm żewġ persuni li huma fi Skala 5 jew aktar li ngħataw borża ta’ studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD.
L-iskemi ta’ boroż ta’ studju huma miftuħa għal kulħadd, indipendenti mill-età, mill-kariga li jokkupaw jew mill-mezzi finanzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għaddew iżjed minn disa' xhur qabel ma tħabbret l-iskema l-ġdida tar-residenti barranin wara li dik ta' qabel ġiet sospiża f'Diċembru tas-sena li għaddiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-ispjegazzjoni ngħatat waqt id-dibattitu Parlamentari dwar mozzjoni dwar l-istess suġġett. Din l-iskema tmiss ma’ numru ta’ kwistjonijiet legali u aspetti oħra li jħallu impatt sostanzjali fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, u għalhekk kienet teħtieġ studji dettaljati.
Aktar minn hekk, matul dan il-proċess, il-gvern ikkonsulta regolarment lill- i
stakeholders
ikkonċernati, fosthom il-Malta Developers Association, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-
I
nstitute of Financial Services Practioners
kif ukoll ma’ kumpaniji oħra Maltin u barranin li joperaw fis-settur, kif ukoll numru ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
skema biex tħajjar residenti barranin lejn Malta — fehma tal-imprendituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb dwar il-fehma ta' imprendituri ewlenin fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjetà li jaħsbu li l-iskema l-ġdida li nħolqot minflok dik ta' qabilha biex tħajjar ir-residenti barranin lejn il-gżejjer tagħna mhi xejn attrajenti meta mqabbla ma' dawk tal-kompetituri tagħna u se tagħti daqqa kbira lis-suq tal-proprjetà lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28298.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex persuni gay ikunu jistgħu jagħtu d-demm bħal persuni oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm jagħmel mill-aħjar li hu possibbli biex jassigura s-sigurtà (safety) tad-demm li jittieħed biex jingħata lill-morda. Biex dan iseħħ, donaturi li għandhom xi forma ta’ riskju aktar mill-popolazzjoni inġenerali huma mitluba biex ma jagħtux demm. Ma hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq orjentażżjoni sesswali imma r-riskju qiegħed fuq prattiċi riskjużi.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom baqgħu ma ngħatawx it-€3000 mwiegħda lil kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex mill-Ministru tal-Edukazzjoni f'konferenza nazzjonali li saret f'Novembru tas-sena li għaddiet? Meta hemm il-ħsieb li jingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul din is-sena ġew approvati l-proġetti kollha sottomessi minn sitt kulleġġi u l-flus ġew mogħtija lill-Prinċipali tal-Kulleġġ rispettiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu bħala skrivana (full-time u part-time) u nies li jnaddfu (full-time u part-time) u persuni mdaħħla fil-manutenzjoni tal-iskejjel (full-time u part-time) f'kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm f'kull kulleġġ hemm minn dawn il-persuni li għandhom ċertifikati mediċi li jgħidu li ma jistgħux jagħmlu x-xogħol kollu li suppost jagħmlu? Tista' tgħid f'kull kulleġġ kemm hemm postijiet vakanti f'xogħol klerikali, f'xogħol ta' tindif u f'xogħol ta' manutenzjoni u fil-każ meta se jimtlew dawn il-postijiet vakanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni relevanti li teżisti dwar is-suġġett sa din id-data dwar il-Kulleġġi f’Malta:
It-tabella A turi kemm hemm persuni jaħdmu bħala skrivana (
full-time u part-time
) u nies li jnaddfu (
full-time u part-time
) u persuni mdaħħla fil-manutenzjoni tal-iskejjel (
full-time u part-time
) f'kull kulleġġ Malta. Il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari dwar il-ħaddiema f’Għawdex għandha tiġi mwieġba mill-Ministeru kkonċernat.
Ma tinżammx statistika dettaljata dwar persuni li għandhom ċertifikati mediċi li juru li ma jistgħux jagħmlu x-xogħol kollu li suppost jagħmlu, għaldaqstant it-tieni parti tal-mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba.
Riġward kemm hemm postijiet vakanti fl-iskejjel f'xogħol ta' manutenzjoni, tindif u dak klerikali ninforma lill-interpellant li qed isir proċess ta’ evaluazzjoni biex jiġi determinat in-numru ta’ impjegati meħtieġa skont formula maqbula mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. Dan qed isir biex l-impjegati eżistenti jiġu utilizzati b’mod effettiv sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ riżorsi umani u finanzjarji.
Ninforma wkoll li bħalissa qed jiġi konkluż il-proċess biex jimtlew numru ta’ postijiet vakanti fix-xogħol ta' tindif u dak klerikali li feġġew dawn l-aħħar u biex jiġu mimlija vakanzi li jistgħu jinqalgħu fl-iskejjel minn żmien għal żmien f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' kull kulleġġ f'Malta u f'Għawdex għas-sena skolastika li għaddiet, skola bi skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex a) statali, b) tal-Knisja u c) indipendenti u kemm kellhom studenti fil-kindergarten, fil-primarja u fis-sekondarja fis-sena skolastika 2010-2011, skola bi skola u bniet għalihom u subien għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Lingwa li se tintuża fit-tagħlim fl-iskejjel lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser tittieħed deċiżjoni dwar f’liema lingwa se jsir it-tagħlim fl-iskejjel lokali? Ma taħsibx li fid-dinja globalizzata tal-lum tajjeb li t-tagħlim jibda jsir bl-Ingliz kif għamlu snin ilu pajjiżi bħal Hong Kong u Singapore u bis-saħħa t’hekk żiedu l-opportunitajiet għat-tfal tagħhom u għal pajjiżhom li llum igawdi minn workforce ta’ kwalita` mondjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħtieġa għal-Politika Nazzjonali dwar il-lingwa ġiet indikata bħala waħda mill-oqsma li trid tiġi indirizzata mill-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali.
F’dan id-dokument intwera tħassib dwar il-profiċjenza tal-istudenti kemm fl-Ingliż kif ukoll fil-Malti.
Kompetenza għolja fl-Ingliż hija kruċjali fid-dinja tal-lum.
Jekk it-tagħlim għandux isir bl-Ingliż jew le għandu jiġi mgħarbel minn min ikun qed ifassal il-Politika Nazzjonali dwar il-lingwa u bi qbil mal-awtoritajiet konċernati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti żgħażagħ għall-skemi ESTS fl-ITS sena akkademika 2010-2011 u kemm se jkun hemm għas-sena 2011-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ applikanti għall-iskema ESTS fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għas-sena akkademika 2010-11 kien ta’ 101 filwaqt li għas-sena 2011-12 kien 38. Din is-sena l-istudenti għandhom firxa usa’ ta’ korsijiet u programmi li jistgħu jagħżlu minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet serji saru biex fl-iskema ġdida li ħadet post dik tar-residenza permanenti ta' qabel, jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli li waqt li jgħalqu l-lok għall-abbuż, jibqgħu vantaġġjużi u iżjed attrajenti minn dawk li huma kompetituri tagħna f'dan il-qasam bħal Ċipru u l-Portugall?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28298.
Huwa interessanti li l-Onor. Interpellant jagħżel li jqabbel lil Malta ma’ Ċipru u l-Portugall, żewġ pajjiżi li sabu ruħhom f’diffikultajiet finanzjarji kbar, li kellhom jiġu rimedjati b’miżuri ta’ awsterità, u li fil-każ tal-Portugall xorta kienet teħtieġ
bail-out
mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Infakkar lill-Onor. Interpellant ukoll illi Ċipru ma tinsabx fiż-żona Schengen.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-partijiet involuti fis-settur privat tal-proprjetà fil-ħolqien tal-iskema l-ġdida biex tħajjar residenti barranin lejn Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-proċess, il-gvern ikkonsulta regolarment lil stakeholders ikkonċernati, fosthom il-Malta Developers Association, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-Institute of Financial Services Practioners, kif ukoll ma’ kumpaniji oħra, Maltin u barranin li joperaw fis-settur, u numru ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskema l-ġdida li nħolqot biex tħajjar barranin jixtru u jgħixu f'Malta u f'Għawdex, kemm ingħatat konsiderazzjoni għall-bosta propjetà ġdida li nbniet għall-klijenti tal-iskema kif kienet qabel ġiet sospiża fil-Milied 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-oġġettiv tal-iskema huwa li jattira lejn pajjiżna individwi li jħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-pajjiż mingħajr ma jkunu ta’ piż fuq it-taxpayer. Għandu jkun imfakkar li l-iskema preċedenti kienet teżiġi pagament ta’ taxxa ta’ €4,193 biss. Għall-kuntrarju, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea, wara ħames snin, resident permanenti jkun eliġibbli għal kura tas-saħħa b’xejn, edukazzjoni b’xejn barra il-benefiċċji l-oħra kollha li l-Istat Malti jagħti lir-residenti Maltin, minn vantaġġi fiskali u dawk marbuta mal-VISA. Dan kien qed ifisser spiża li kellha titħallas mill-pajjiż u għalhekk mit-taxpayer.
L-impatt tal-iskema ta’ residenza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, kien ferm limitat fuq ix-xiri ta’ proprjetà. Filfatt, in-numru ta’ barranin f’Malta li xtraw proprjetajiet fl-aħħar erba’ snin jammontaw għal 3,457. Minnhom, 123 biss huma residenti permanenti. Dan jikkonferma li s-settur tal-proprjetà ma kienx qed jiddependi minn din l-iskema.
Għall-kuntrarju, il-Gvern introduċa numru ta’ inizjattivi u skemi li attiraw barranin li xtraw proprjetà f’pajjiżna. Dawn jinkludu inċentivi mmirati għal residenti temporanji u incentivi li japplikaw għal persuni li mhumiex residenti. Aktar minn hekk, din is-sena ġiet introdotta wkoll il-
highly qualified persons scheme
li qed tattira numru ta’ persuni kwalifikati fis-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, it-trasformazzjoni ekonomika li seħħet fil-pajjiż fl-aħħar snin fissret il-ħolqien ta’ bosta impjiegi ta’ valur miżjud għoli f’setturi bħas-servizzi finanzjarji u l-
e-gaming
. Dawn is-setturi ħolqu eluf ta’impjiegi aħjar għaċ-ċittadini Maltin, iżda attiraw lejn xtutna numru ta’ barranin ukoll.
L-iskema l-ġdida toffri benefiċċji importanti għall-barranin li jagħżlu li jiġu jgħixu f’pajjiżna, pero daħlu numru ta’ provedimenti li jassiguraw lit-taxpayer Malti, li dawn veru
high net worth individuals
, u mhux kif kien qed jiġri taħt l-iskema l-antika li bl-iskuża sempliċi ta’ xiri ta’ proprjetà jidħlu f’pajjiżna nies li mhux daqstant desiderabli.
Jirriżulta li mis-sena skolastika 2011-2012 l-iskola sekondarja fil-Kullegg St Thomas Moore se tibda 7.45am, tista' l-Ministru tgħid fi x'ħin se jibdew jinġabru t-tfal mill-karozza biex jittieħdu l-iskola meta diga' kienu jingabru fis-6.30am u l-iskola kienet tibda fit-8.00am?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-ftehim il-ġdid fil-maġġoranza tal-każijiet it-tfal ma jistgħux jinġabru aktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola. Wieħed irid jifhem li ċ-ċokon ta’ pajjiżna u n-numru ta’ vetturi li jifilħu t-toroq jagħmilha impossibli li l-iskejjel jiftħu kollha fl-istess ħin.
Tista' l-Ministru tgħid x'arrangamenti saru għas-sena skolastika 2011-2012 biex it-tfal ikunu sorveljati qabel ma tibda l-iskola jekk jitwasslu kmieni fil-bini tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għal snin twal issa d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi offra l-possibiltà li għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel jagħmlu superviżjoni qabel u wara l-ħin tal-iskola bi ħlas. Huwa ppjanat li dan is-servizz ikompli. Ma’ dan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħareġ sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema rtirati u uffiċjali pubbliċi oħra biex juru l-interess tagħhom biex jagħtu dan is-servizz. Wara diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, se tiġi mnedija skema sabiex jiġu ngaġġjati persuni sabiex jagħmlu is-superviżjoni qabel u wara l-ħin tal-iskola.
Id-diskussjonijiet dwar din it-tieni skema ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda din is-sena l-kors Diploma In Management, Evening Classes, fl-Università ta' Malta għax studenti li qed jagħmlu dan il-kors ċemplu biex isiru jafu meta se jibda l-kors u rrispondewhom li għadhom ma jafux meta se jibda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors li kien iwassal għad-Diploma in Management Studies ġie ristrutturat u mgħolli għall-Higher Diploma.
Dan il-kors ġie offrut għall-ewwel darba biex jibda f’Ottubru 2011 bit-titlu ta’ Higher Diploma in Administration and Management.
Kien hemm 118 applikazzjoni (bejn l-ewwel u t-tieni preferenza). Minnhom 91 applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġew infurmati li huma aċċettati.
Il-lekċers tal-kors beda it-Tnejn 10 ta' Ottubru, 2011.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin skolastiċi kemm ipprovdew postijiet għat-
teaching practice
tal-BEd u PGCE:
i) l-iskejjel statali – primarji u sekondarji
ii) l-iskejjel tal-Knisja – primarji u sekondarji
iii) l-iskejjel indipendenti – primarji u sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika tal-Istitut għall-Istudji Turistici dwar politika inklussiva? Tista’ tghid kemm hemm żgħażagħ b’diżabilità bħalissa jattendu xi kors tal-ITS u fil-każ liema kors qed jattendu? Tista’ tgħid xi pjan hemm għas-sena 2011-2012 dwar studenti b’diżabilità? Xi preparamenti qed isiru biex jidħlu studenti ġodda b’diżabilità u liema korsijiet se jsegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull student/a ammessa fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi jingħata/tingħata dik l-għajnuna kif rakkommandat mill-iStatementing Board matul il-kors kif ukoll waqt is-sessjonijiet tal-eżamijiet. Bħal ma kien isir qabel l-Istitut ta’ l-Istudji Turistici se jibqa’ jagħti dik l-għajnuna kif rakkmandata mill-iStatementing Board.
Lista tan-numru ta’ studenti u liema kors qed jattendu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra x'nefqu l-kunsilli lokali, lokalità b'lokalità f'xiri ta' kotba u investimenti oħra fil-librerija pubblika tal-lokalità mill-1999 sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Il-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard, tal-Kalkara, ta’ Paola, ta’ San Lawrenz u tax-Xgħajra baqgħu ma weġbux u se jittieħdu passi kontrijhom.