Malta Institute of Management — ħlas ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħalset Transport Malta lill-kumpanija Air Malta biex tal-ewwel tieħu mingħand tat-tieni proprjetà f'Pembroke li kienet qiegħda tintuża mill-Malta Institute of Management filwaqt li jgħid għal-liema skop ġie ddentifikat biex jintuża tali bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38148 u jgħid meta l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ħatret lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, konsulenta tagħha fil-qasam tal-PR, kif inħatret u meta nħatret u kemm tħallset s'issa? Kemm-il darba organizzat ikliet u riċevimenti f'Londra għall-ġurnalisti u x'kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-ikliet u riċevimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru bħala l-Kap tal-Gvern Malti jgħid minn dakinhar li tħabbret uffiċjalment mill-Gvern Malti n-nomina tal-Viċi Prim Ministru Malti Tonio Borg għall-ħatra ta' Kummissarju Ewropew sal-lum x'servizzi għamel użu minnhom mingħand is-Sur Richard Cachia Caruana l-Gvern Malti u f'kull każ jgħid xi tħallas l-istess Richard Cachia Caruana, x'sewa fi spejjeż oħra b'mod dettaljat biex jingħataw dawn is-servizzi kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż u x'inhu antiċipat li sejra tkun l-ispiża f'dan ir-rigward mil-lum sal-aħħar tas-sena b'mod dettaljat ukoll?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-iskola primarja tal-Qrendi qed titħalla mingħajr assistent kap? Meta se jinħatar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT skejjel li għandhom popolazzjoni sa 150 student ma jkollhomx assistent kap ta’ skola. Is-sena l-oħra peress li d-Direttorat seta’ jalloka numru ta’ assistenti kapijiet beda jalloka anke fi skejjel żgħar. Ġara li din is-sena ċirkostanzi partikolari fi skola akbar ġabu sitwazzjoni fejn l-Assistent Kap tal-Qrendi kellu jiġi trasferit. Huwa maħsub li meta jkun hemm sejħa oħra għall-Assistent Kapijiet, id-Direttorat jikkonsidra li jerġa’ jalloka Assistent Kap fil-Qrendi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ittieħdu flus mill-vot tal-iskola primarja tal-Qrendi biex tiġi msebbħa l-iskola (ċentru tar-riżorsi) tal-Qrendi li jinsab fl-istess kumpless tal-bini biex jilqa' fih lill-Prinċep?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-iskola Primarja Qrendi ma ntefaq xejn biex tiġi msebbħa Helen Keller Resource Centre għal vista tal-Prinċep Edward. Iż-żewġ skejjel ħarġu fondi sabiex żebgħu u għamlu l-purtieri tas-sala li hija komuni għaż-żewġ skejjel. Kull skola ħarġet €1800 biex tinxtara ż-żebgħa u l-purtieri.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-iskola primarja tal-Qrendi tteħdilha l-użu tas-sala li minbarra għal attivitajiet edukattivi kienet isserviha bħala mezz ta' dħul għax kienet tinkera lill-entitajiet tar-raħal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-użu tas-sala qatt ma ttieħed lill-iskola Primarja tal-Qrendi. Skont il-kap tal-iskola qatt ma kienet tinkera u qatt ma kien hemm dħul ta’ flus għall-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-bżonnijiet tal-iskola primarja tal-Qrendi f'dak li hu tiġdid ta' purtieri eċċ. biex l-iskola tkun tidher diċenti? Meta se jitwettqu dawn il-bżonnijiet u kemm jiswew u jekk hemmx flus ivvotai għalihom jew diġà ntefaq ħafna mill-vot tas-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 4 klassijiet li għandhom bżonn purtieri ġodda. Il-purtieri huma skedati li jsiru matul din is-sena skolastika għal stima ta’ 1,600 euro u dawn se jitħallsu meta jsiru.
Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks — gradi mhux maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38027 u jgħid kemm-il sejħa saret mill-Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks mill-4 ta' Jannar 2004 sal-lum sabiex jimtlew b'mod permanenti vakanzi fi gradi mhux maniġerjali u x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tikkonferna li persuna li ngħatat il- permanent warrant ta’ għalliema li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġie mċaħħad lilha n-nomenklatura propju ta’ “għalliema”, minkejja li konsulent fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ma qabilx ma' din id- deċiżjoni? Kien hemm preċedent fis-sens li persuni oħra bħalha ngħataw in- nomenklatuta fuq imsemmija mingħajr problem ta’ xejn, filwaqt li ma' din il-persuna qed tintuża mġieba differenti? Tista' tikkonferma li m’hemm l-ebda każ ieħor ta' persuna li ġiet ittrattata b’dan il-mod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-part-time instructress li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ma tistax tingħata n-nomenklatura ta’ għalliema, peress li hija Part-time Instructress u dan mhuwiex meqjus bħala regular grade li huma l-gradi mniżżlin kull sena fil-Financial Estimates fl-iskeda ta’ gradi ppubblikati fil-Financial Esimates mill-Ministeru tal-Finanzi. Il-grad ta’ part-time instructor fis-Servizz Pubbliku huwa pożizzjoni u mhux grad regolari.
Skont il-ftehim bejn il-Gvern u MUT iffirmat fl-2010,
Part-time Instructors
li fis-17 ta’ Lulju 2007 kienu qed jgħallmu fid-Direttorati Edukattivi jkunu eliġibbli biex jiġu msejħa għalliema fuq bażi personali b’kundizzjoni li jikkonkludu b’suċċess b’kors pedagoġiku approvat mill-Awtoritajiet kompetenti u li jkollhom ukoll
warrant
permanenti ta’ Għalliem li jingħata taħt il-proviżżjonijiet tal-Att tal-Edukazzjoni (Kap 327). B’hekk ma tistax tiġi ‘designated’ għalliema.
Il-persuna indikata hija
Part-time Instructress
u għalhekk taqa’ taħt din il-klawsola. Din il-persuna m’għamlitx kors pedagogiku. Il-persuni li hi allegat li ngħataw nomenklatura ta’ għalliem ma kienux
part-time instructors
imma kellhom grad regolari mniżżel fl-iskeda ta’ gradi ppublikata kull sena fl-estimi finanzjarji. Skont l-istess ftehim tal-2010, il-Gvern u MUT kienu ftehmu li uffiċjali pubbliċi li jkunu fi grad regolari u li kienu jgħallmu għal mhux inqas ta’ ħmistax-il sena fid-data li ġie ffirmat l-ftehim u li kellhom fil-pussess tagħhom warrant permanenti ta’ Għalliem u li kellhom
track record
sodisfaċenti jiġu assimilati fi grad ta’
Instructor
fid-data ta’ meta l-ftehim ġie ffirmat.
Wara dan, dawn l-instructors setgħu imbagħad jiġu
‘designated’
għalliema b’effett mid-data li ħadu l-
warrant
permanenti ta’ għalliem. Din il-klawsola ma setgħetx tiġi applikata fil-kaz ta’ din il-persuna peress li n-nomenklatura ta’
Part-time Instructor
mhux inkluż fl-iskeda tal-gradi.
Il-Ministeru u d-Direttorat daħlu ħafna f’dan il-każ u waqt li fehmu ix-xewqa tal-impjegata, fl-aħħar mill-aħħar kellu jieħu deċiżjoni skont il-ftehim li sar mal-MUT fl-2010. Id-Direttorat kiteb lill-impjegata biex jara jekk tkunx interessata tagħmel kors pedagoġiku sabiex id-Direttorat jara jiksibx il-permessi necessarji sabiex tiġi msejħa għalliema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nxtrat l-aħħar karozza għall-użu uffiċjali tiegħu, x'marka u tip kienet, mingħand min inxtrat u b'kemm kienet inxtrat din filwaqt li jgħid għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2005 sal-lum kemm-il darba nkriet karozza għall-użu uffiċjali tiegħu flok dik li tappartjeni lill-gvern, kemm kienet il-kera għal kull darba billi jagħti dettaljatament lista tal-ġranet li fihom inkriet, mingħand min inkriet u x'tip u marka ta' karozza kienet f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ħatret lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, konsulenta tagħha fil-qasam tal-PR, kif inħatret u meta nħatret u kemm tħallset s'issa? Kemm-il darba organizzat ikliet u riċevimenti f'Londra għall-ġurnalisti u x'kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-ikliet u riċevimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MCAST — applikazzjonijiet li waslu tard li ġew aċċettati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet fl-aħħar erba' snin akkademiċi li studenti li applikaw tard għal xi kors fl-MCAST ġew aċċettati minħabba li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom? F'liema korsijiet u kemm f'kull kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST jagħmel ħiltu kollha biex fejn ikun loġistikament possibli, u sakemm l-applikanti jkollhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-kors li jkunu jixtiequ, ma jċaħħadx individwi milli jibdew l-istudji vokazzjonali tagħhom. Il-Kulleġġ iqis kull applikazzjoni fuq il-merti tagħha u jekk ikun possibli li studenti jibdew l-istudji tagħhom fil-kors li jkunu jixtiequ, jiġu offruti post fil-klassi anke jekk ikunu applikaw tard.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa l-MCAST hix tibgħat avviż lill-istudenti li qed jagħmlu kors BTEC level 3 li jridu jħallsu €350 għal dan il-kors? Tista' tgħid jekk hux veru li ngħataw deadline li jridu jhallsu din is-somma sa ċertu data? Meta hi din id-data? Tista' tgħid jekk l-istudenti ġewx imwissija li min ma jħallasx sa dik id-data ma jitħalliex ikompli l-kors? Tista' tgħid jekk hemmx studenti li ġew imwissija li jekk ma jħallsux is-somma fid-data mogħtija jeħlu multa ta' €50? X'se jiġri fil-każ ta' dawk il-familji li għandhom dħul ta' madwar €700 fix-xahar u żgur ma jistgħux jagħmlu ħlas ta' €350 f'salt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bidu ta’ kull sena akkademika, l-MCAST iqassam il-formoli ta’ reġistrazzjoni lil dawk l-istudenti ġodda li jkunu bdew korsijiet tal-Kulleġġ akkreditati mill-BTEC. Il-ħlas ta’ din ir-reġistrazzjoni jvarja skont il-livell tal-kors magħżul. Skont ir-regolamenti tal-BTEC, din ir-reġistrazzjoni trid issir fi żmien stipulat minn qabel. Din is-sena, l-istudenti ngħataw sas-Sibt 17 ta’ Novembru biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. Dawk li jissottomettu l-applikazzjoni wara din id-data jintalbu jħallsu ħlas żejjed stipulat mill-BTEC flimkien ma’ ‘Late Penalty Fee’ ta’ €50. L-istudenti jiġu infurmati b’dawn il-miżati fl-istess formola li jingħataw fi żmien raġjonevoli qabel ma jiskadi ż-żmien tar-reġistrazzjoni.
Infakkar li l-istudenti għandhom l-użu tas-Smart Card u jirċievu stipendju. Madankollu, studenti li jsibu diffikulta biex iħallsu dawn il-miżati tal-BTEC jistgħu jimlew formola apposta jitolbu li jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati minn bord maħtur apposta li f’kull każ jagħti rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar għajnuna li jinħtieġ tingħata biex l-istudenti jkomplu bl-istudji tagħhom. L-MCAST jalloka somma ta’ flus kull sena biex jappoġġja lill-istudenti eliġibbli għal din l-għajnuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37913 u jgħid b'kemm żmien ittardja il-proġett taċ-Ċirkewwa Terminal? Kemm kienet is-somma kuntratwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett kurrenti taċ-Ċirkewwa terminal hu maħsub li ser jittardja b’xahar. Madankollu, it-terminal il-ġdid ser jibda jintuża fis-sena 2012. Is-somma kuntrattwali assoċċjata ma’ dan il-proġett sal-lum tammonta għal € 11,456,655.12.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37910 u jgħid:
a) kemm kien iż-żmien stipulat biex jitlesta dan il-proġett tal-Sky Parks Luqa Airport;
b) ir-raġuni għaliex ma tlestiex fiż-żmien stipulat;
ċ) kemm kienet l-istima jew l-kuntratt oriġinali;
d) kemm sewa dan il-proġett; u
e) għal liema raġuni mhuwiex qiegħed jintuża mill-Vodafone?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li qed jasluli ilmenti li f'xi skejjel primarji statali tnaqqas il-ħin għall-physical education (PE), tista' l-Ministru tgħid fl-iskejjel primarji statali kollha ta' Malta u Għawdex kemm hemm ħin iddedikat, klassi bi klassi għall-PE kull ġimgħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-direzzjoni hija li l-għalliem tal-klassi fil-primarja għandu jagħti minimu ta’ żewġ lezzjonijiet ta’ 30 minuta l-waħda fil-ġimgħa. Il-‘Peripatetic Teacher’ tal-PE normalment jagħti lezzjoni waħda ta’ 45 minuta fil-ġimgħa. Ma’ dawn wieħed għandu jqis ukoll l-attivitajiet sportivi regolari li qed jiġu organizzati mill-iSport Promotion Unit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' alcohol poisoning fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm minn dawn kienu bejn il-ħdax u s-sbatax-il sena, tfajliet u ġuvintur, sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks — gradi mhux maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa saret mill-Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks mill-4 ta' Jannar 2004 sal-lum sabiex jimtlew b'mod permanenti vakanzi fi gradi mhux maniġerjali u x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.