Università ta' Malta — laqgħat mal-persuni tal-Fondazzjoni Salvatori Maugeri, SIB ltd u SIB Laboratories Ltd
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, SIB Ltd u SIB Laboratories Ltd li xi darba jew oħra ħadu sehem f'xi laqgħa li saret mal-Università ta' Malta u tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fid-dawl tal-investigazzjonijiet li għaddejjin fl-Italja dwar il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, s-SIB Ltd, SIB Laboratories Ltd u Periplo SA, tista' l-Ministru tgħid s'issa x'passi ħadet, jekk ħadet, biex tara x'kien u x'inhu s-sehem tal-Università ta' Malta f'ħidma ma dawn l-entitajiet u kumpaniji fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwarhom ta' money laundering, tax evasion u misappropriation of public funds?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol talab lill-Università ta’ Malta sabiex tistħarreġ u tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa dwar l-allegazzjonijiet li dehru fil-media fuq il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, s-SIB Ltd, u l-SIB Laboratories Ltd u Periplo SA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin intalbux b'xi mod jagħtu appoġġ/għajnuna mill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin fl-Italja u f'għadd ta' pajjiżi oħra dwar kif uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtuhom baxx baxx lejn pajjiżi oħra, inkluż €15-il miljun lejn Malta permezz tal-Bank of Valletta, bis-sehem tal-Kumpanija Periplo SA u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds? Jekk intalbu, x'kienet l-għajnuna mitluba?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Il-Qrati tal-Gustizzja Ċivili u l-Qorti ta’ Għawdex, m'għandhomx din l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Qrati Kriminali tali informazzjoni ma tistax tingħata peress li mhemmx dettalji biżżejjed bħal eżempju l-isem tad-Direttur/i tal-Kumpanija Periplo SA.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu, jekk ħadu l-awtoritajiet finanzjarji Maltin biex jipproteġju l-isem ta' Malta fl-investigazzjonijiet li għaddejin l-Italja dwar kif sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtu €15-il miljun minnhom lejn Malta permezz ta' Periplo SA u l-Bank of Valletta għall-kummerċ bejn SIB Laboratories Ltd u r-Russian Acadamy of Science suppost għall-akwist tal-patents fin-nanotechnology u jirriżulta li ftit minnhom biss intużaw għalhekk u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani talbux b'xi mod l-għajnuna tal-pulizija Maltija dwar l-investigazzjoni li għaddejja dwar l-involviment ta' kumpaniji u istituzzjonijiet Maltin fil-money laundering, tax evasion u misappropriation of public funds minn sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ta' Pavia? Jekk iva, x'għajnuna qed tingħata? Jekk le, il-pulizija Maltija ħadet l-inizjattiva biex hi ukoll issegwi dawn l-investigazzjoni fejn jirrigwardja lill-Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda talba f'dan is-sens.
Università ta' Malta — Fondi mill-Kumpanija SIB Laboratories Ltd
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat flus s'issa l-Università ta' Malta sena b'sena mill-kumpanija SIB Laboratories Ltd u għaliex intużaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta ingħatat is-somma ta’ €11,771 fis-sena 2011 mill-kumpanija Sib Laboratories Ltd u dawn intu¿aw għall-proġetti, li lista ta’ dawn il-proġetti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. €500 minnhom ingħataw għall-Premio Salvatore Maugeri, liema premju ingħata fi Frar 2012 lil studenta.
Il-Kumpanija Sib Laboratories Ltd. tat sponsorship għall-
promotional discs
fl-2011 liema
sponsorship
jammonta għal €250 u
sponsorshi
p għal ¿ewġ riklami f’pubblikazzjonijiet tal-Università ta’ Malta, liema publikazzjonijiet huma relatati mal-proġetti tal-aħħar sena fil-Fakultà tal-Inġinerija, liema
sponsorship
jammonta għal €868.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet tal-istaff tal-Università ta' Malta li ntgħażlu biex ikunu fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bis-sħab mal-kumpanija SIB Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hemm ħadd mill-istaff tal-Università ta’ Malta fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bi sħab mal-kumpanija Sib Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri.
Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — Contract of Service
Question
Jista' l-Prim Ministru li hu responsabbli mis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku jgħid min huma l-individwi li għandhom Contract of Service, xi grad għandhom u meta beda kull Contract of Service imsemmi? Meta jagħlaq u x'pagi, salarji, benefiċċji u perkaċċi għandhom rispettivament l-individwi indikati għal kull ministeru, dipartiment, korporazzjoni, kumpanija governattiva u l-entitajiet pubbliċi kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — car allowance
Question
B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tista' l-Ministru tikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidratx dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li tikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandha karozza leased mill-Ministeru tagħha għad-dispozizzjoni privata tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li fl-2010 ma irċevejtx
car allowance
imma għandi l-użu ta’ karozza
leased
li tħallset it-taxxa bħala
fringe benefit
.
Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tista' l-Ministru tikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li tikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandha karozza leased mill-Ministeru tagħha jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010, il-car allowance ta' €6,999.98 ġiet iddikjarata bħala parti mid-dħul tiegħi fis-sena 2010. Nikkonferma wkoll li l-Ministeru la għandu karozza leased u lanqas karozza oħra li hija proprjetà tal-Ministeru għad-dispożizzjoni tiegħi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — car allowances
Question
Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010, il-car allowance ġie ddikjarat bħala dħul, li jammonta għal €7,000.00.
Nikkonferma li ma hemm l-ebda karozza
leased
mill-Ministeru jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispożizzjoni privata tiegħi.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — car allowances
Question
Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant illi fid-dikjarazzjoni għad-dħul għas-sena 2010, hemm inkluż il-car allowance ta’ €7000.
Nikkonferma li qatt ma kelli karozza
leased
mill-Ministeru jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħi jew tal-familja tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — car allowances
Question
Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li bħala Ministru minbarra l-karozza uffiċċjali, jien għandi wkoll id-dritt ta’ użu ta’ karozza oħra li fuqha niġi ntaxxat bħala fringe benefit. Nikkonferma wkoll li jien ma nieħu l-ebda car allowance.
Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — teleconferencing facilities
Question
Jista' l-Prim Ministru li hu responsabbli mis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku jgħid f'liema ministeri, dipartimenti, korporazzjonijiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi kollha hemm teleconferencing facilities? Għal kull faċilità li teżisti, jista' jgħid kemm swiet biex tiġi stallata kull faċilità rispettiva u kemm-il darba tintuża kull ġimgħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu hemm faċilità waħda ta’ teleconferencing installata fis-Segretarjat dwar l-Unjoni Ewropea. Din il- faċilità ġiet tiswa € 5,704 biex tiġi nstallata.
Is-sistema ta’
teleconferencing
hija miftuħa għall-użu tal-Ministeri, Dipartimenti u l-entitajiet Governattivi kollha. L-użu jiddependi skont l-esiġenzi tas-Servizz. Ta’ min jgħid li jkun hemm ukoll okkażjonijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea toffri l-possibbiltà li ċerti laqgħat isiru permezz tal-
videoconferencing.
Dan ifisser illi l-parteċipanti ma jkollhomx bżonn jivvjaġġaw sa Brussell biex jipparteċipaw fil-laqgħat. Din is-sistema tintuża fuq medja ta’ tlett darbiet fil-ġimgħa.
Rigward faċilitajiet ta’
teleconferencing
f’Ministeri oħrajn nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
MCAST — Mechanical Engineering Institute - spezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm inspection ta’ Block I tal-Mechanical Engineering Institute fl-MCAST il-Kordin? Meta saret din l-ispezzjoni u kienx hemm xi rapport dwar dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Uffiċjali tal-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) żaru l-MCAST Kordin fit-8 t’ Awissu wara lment anonimu li rċeviet l-Awtorita’ dwar perikli li allegatament kien hemm għall-istudenti. Barra l-miżuri li kienu diġa ttieħdu biex jissegregaw ix-xogħol ta’ demolizzjoni mill-istudenti u terzi, u li l-Uffiċjali ddeterminaw li kienu adekwati peress li kienu jikkonsistu f’ħajt ta’ sebgħa filati, l-istess Uffiċjali taw struzzjonijiet biex jittieħdu iktar miżuri f’dak li għandhom x’jaqsmu d-dħul fis-sit, u l-ħruġ minnu. Saret laqgħa mad-direzzjoni tal-iskola, u dan biex ikunu spjegati l-obbligi tal-klient waqt proġetti ta’ kostruzzjoni, inkluż l-appuntar ta’ supervisor tal-proġett.
Saret spezzjoni għal skop ta’ follow-up fl-10 t’Awissu, u ma ġew innotati l-ebda irregolaritajiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irreklutat persuni Transport Malta minn Jannar 2012 sal-lum, anke bħala konsulenti u f'kull każ, x'inhu l-pakkett finanzjarju li tat lill kull wieħed u waħda minnhom? X'inhu x-xogħol rispettiv tagħhom? Kemm-il siegħa jaħdmu f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.