Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jittieħdu l-passi leġislattivi biex dawk il-persuni li qed jingħataw kuntratti ta' self employed igawdu mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Kif tħabbar fid-diskors tal-President fl-okkazzjoni tal-ftuħ tal-Ħdax-il-Parlament, il-Gvern ser jieħu dawk il-miżuri neċessarji biex ma jintużawx forom ta’ kuntratti ta’ impieg li jwasslu biex il-ħaddiema jiġu mċaħħdin minn kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom.
Dan ma jfissirx, kif wieħed jista’ jifhem mill-Mistoqsija, li kull minn għandu kuntratt għal servizz bħala
self-employed
ser jidħol għal dirittijiet mogħtija speċifikament lill-impjeġati. Li jfisser hu li ma jkunx hemm impjegati li jiġu sfruttati billi jingħataw xi tip ta’ kuntratt li b’xi mod inaqqsilhom kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom bħala mpjegati.
Ninsab infurmat li diġa’ sar xi xogħol f’dan ir-rigward għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħruġ ta’ sejħiet għal offerti.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 174, li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm għaqdiet non-governattivi li għandhom impjegati taċ-Ċivil sekondati magħhom? Liema huma dawn l-għaqdiet non-governattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa hemm għoxrin (20) Għaqdiet volontarji (għaqdiet non-governattivi NGO’s) li għandhom impjegati pubbliċi relaxxati magħhom.
Dawn huma:
Caritas Malta Cana Movement
Don Bosco Voluntary Service Millenium Chapel Foundation
Malta Federation of Organisations Azzjoni Kattolika Maltija
Persons with Disability
Richmond Foundation Jesuit Refugee Service
Birdlife Malta Nature Trust
Flimkien għal Ambjent Aħjar The Island Santuary
Forum for Justice & Co-operation Paolo Freire Institute
Ċentru Tbexbix Malta Islamic Welfare Fund
Ġużeppa Debono House Malta Red Cross Society
Oratorju Don Bosco Dar it-Tama
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 175 u jgħid tul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur 2008 kemm kien hemm għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' li ngħataw flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tkun ir-reazzjoni tal-gvern għas-sejħa ta' l-għaqda non-governattiva "Flimkien għal Ambjent Aħjar" FAA biex jiġu evalwati permessi li ngħataw mill-MEPA fl-aħħar ġimgħat ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu 2008 lejliet l-elezzjoni ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond il-liġi ġaladarba deċiżjoni ttieħdet dwar applikazzjoni ta’ żvilupp din ma tistax tiġi riveduta jew mħassra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslet l-evalwazzjoni tal-gvern dwar ir-rakkmandazzjonijiet tat-Today Public Policy Institute dwar il-MEPA? X'se jitwettaq minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern għadu qed jevalwa r-rakkomandazzjonijiet imsemmija flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet oħra li qed jaslu għand il-Gvern.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri mis-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers li saret aktar kmieni din is-sena mill-ministeru responsabbli għax-xogħol, fl-edukazzjoni ta' persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers giet irtirata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) minħabba li issa hemm struttura ġdida fid-Direttorati Edukattivi.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 151 u tgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jintlew dawn il-vakanzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums hemm għalliem wieħed biss nieqes.
Fl-iskola
St.Francis of Assisi
l-għalliem tal
- Graphical Communication
ħareġ b’
sick leave
fit- tul.Qed jiġu kkuntatjati għalliema /studenti biex timtela’din il-vakanza.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 150 u tgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa hemm 14-il student li qed jistennew li jingħataw Learning Support Assistant.
Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat jekk hemmx employers li lill-impjegati tagħhom fil-kuntratt tax-xogħol qed jorbtuhom biex ma jidħlux fi trade union? Jekk iva, jirriżulta li dan hu ksur ta' drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u x'passi se jittieħdu biex dawn id-drittijiet jiġu mħarsa?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dritt li persuna liberament tappartjeni f'trade union huwa dritt sanċit fil-Kostituzzjoni ta' Malta. Huwa parti normali tax-xogħol ta' kuljum tal-ispetturi tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg li jeżaminaw kuntratti ta' l-impjieg biex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol imniżżlin hemmhekk huma konformi mal-liġi. Ninsab informat li qatt ma ġie nnutat jew rreġistrat ilment tat-tip indikat mill-Onor. Interpellant. Anki li kieku kellu jkun hemm xi klawsola f'xi kuntratt ta' dan it-tip, din tkun awtomatikament nulla.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nistiednu jgħaddili d-dokumenti relattivi, anke b'mod kunfidenzjali, biex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz dejjem tiela' taż-żejt, li jidher li se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern biex jiġu ndirizzati l-problemi li kellna fil-qasam tat-tagħlim ta' l-Ingliż f'pajjiżna, ħalli ma jerġax ikollna l-istess problemi fis-sajf li ġej?
Jista' l-Ministru jgħid x'verita' hemm f'rapporti ta' ġurnali internazzjonali li pajjiżna qed jintuża mit-traffikanti tad-droga biex imexxu l-kummerċ tagħhom? X'arresti saru f'din is-sena ta' persuni barranin konnessi ma' traffikar tad-drogi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena s’issa kien hemm 12 il-persuna ta’ nazzjonalita' barranija li ġew arrestati matul investigazzjonijiet marbuta ma' traffikar ta’ droga. Għar rigward l-ewwel parti tad-domanda l-Onor. interpellant huwa mitlub jipprovdi aktar dettalji.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi eżerċizzju biex isir magħruf jekk hux se jkun hawn nuqqas ta' għalliema kwalifikati u gradwati fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat fis-snin li ġejjin? Huwa meqjus li qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li ġie mwaqqaf dawn l-aħħar xhur, diġa’ beda l-proċess ta’ l-analiżi dwar il-provvediment ta’ l-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-istat fis-snin li ġejjin biex niżżguraw li ma jkunx hemm nuqqas . Id-Direttorat qiegħed ukoll jitkellem mal- Fakulta’ tal;-Edukazzjoni dwar miżuri li huma meħtieġa biex jinċentivaw liż-żgħażagħ isegwu l-korsijiet f’din il-Fakulta’.
Tista' l-Ministru tgħid il-bord li joħroġ il-permanent u t-temporary warrants għall-għalliema kemm għandu talbiet quddiemu pendenti fiż-żewġ kategoriji u kemm qed jiltaqa' regolarment biex jiddeċiedi dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il- Bord għandu dawn it-talbiet pendenti:
Warrants Permanenti- 46
Warrants Temporanji -61
Bħalissa x-xogħol fuq il-warrants qed isir kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet non-governattivi li għandhom impjegati taċ-Ċivil sekondati magħhom? Liema huma dawn l-għaqdiet non-governattivi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mis-Servizz Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur 2008 kemm kien hemm għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' li ngħataw flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xhur li ġejjin meta jiżdiedu l-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna jkun hemm akkomodazzjoni biżżejjed għalihom bla tħarbit tas-setturi turistiċi oħrajn u jkun hawn żamma xierqa ta' l-ordni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed jiġu ntrodotti numru ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu żieda fin-numru u tipi ta’ akkommodazzjoni li tintuża mill-istudenti ta’ l-ilsien Ingliż li jiġu Malta speċjalment matul ix-xhur tas-sajf.
Dawn il-miżuri jikkonsistu f’inċentivi sabiex aktar host families jitħajru joffru s-servizzi tagħhom biex jilqgħu l-istudenti. Tneħħiet il-kontribuzzjonijiet li kull familja kienet tħallas lill-MTA sabiex tilqa’ studenti filwaqt li l-proċessar ta’ l-applikazzjoni ġiet iffaċilitata b’tali mod li l-ħruġ tagħhom ikun mmedjat.
Hemm ukoll numru ta’ inizjattivi sabiex iżidu n-numru ta’ sodod fosthom:
1. L-introduzzjoni ta’ Student Hostel Label immirata sabiex tidentifika u tagħraf dawk il-hostels li speċifikament jilqgħu fosthom studenti biss.
2. L-introduzzjoni ta’ Youth Hotel Label li hija mmirata għal dawk il-lukandi li jkollhom aktar minn ħamsin fil-mija tal-klijenti tagħhom studenti. Dan għandhom jgħinu sabiex jonqos l-impatt negattiv li jista’ jissuċidi meta studenti jitpoġġew f’lukandi ma’ turisti oħra.
Nixtieq inżid li qed jittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jiġi assigurat li tinżam l-ordni f’żoni bħal Paceville. Fost dawn il-miżuri ġie deċiż li jiżdiedu l-patrols tal-pulizija.