Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1608 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Time-in-Lieu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim mas-suldati tal-Forzi Armati Maltin li jibdew jitħallsu għax-xogħol li jaħdmu flok jieħdu time-in-lieu? Jekk hu hekk,meta se jibdew jitħallsu s-suldati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam mas-salarji tas-suldati daħlu fis-seħħ b’effett mill-ewwel ta’ Jannar 2008. Fost oħrajn dawn il-kundizzjonijiet jikkonsistu fi skali ġodda, on call duty allowances, ħlas bir-rata ta’ siegħa/siegħa u nofs għal xogħol li jsir fi btajjel pubbliċi u allowances ġodda oħra għal xogħol speċjalizzat. Dawn kollha ġew miżjuda mal-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom is-suldati qabel daħlu fis-seħħ dawn l-istess kundizzjonijiet. Il-kundizzjonijiet il-ġodda ma jinkludux ħlas flok time off – in lieu.
Leg 11 PQ #1636 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta' Kostruzzjoni- Storbju

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1353, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jinbidlu r-regolamenti biex xogħol ta' kostruzzjoni qalb ir-residenti u t-turisti jibda wara s-7.00a.m. biex ma jkunx hemm inkonvenjent ta' storbju li qed iħalli lmenti serji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suġġeriment li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant ser jittieħed in konsiderazzjoni fit-tfassil ta’ emendi li jistgħu jsiru ’il quddiem fir-regolamenti rigward xogħol ta’ kostruzzjoni qalb ir-residenti.
Leg 11 PQ #1637 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti f'Pembroke

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1331, meta hu ppjanat li jkun konkluż il-proċess imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Post tax-xogħol — Diżugwaljanza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1350 u jgħid x'tagħrif għandu l-gvern dwar diżugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?

Response (DALLI, JOHN)

Fis-settur pubbliku, is-salarji huma bażati fuq sistema ta’ skali u gradi u għalhekk kull impjegat fl-istess grad u skala jirċievi l-istess salarju irrispettivament jekk hux mara jew raġel. Għal dak li jirrigwarda s-settur privat, ninsab infurmat li t-tagħrif dwar il- gender pay gap joħrog mill- Labour Force Surveys ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

Vetturi b'enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi fiskali se jdaħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed liċ-ċittadini tagħna jużaw vetturi b'enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala inċentiv biex il-pubbliku juża karozzi li jaħdmu bl-elettriku, pero’ għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, il-Gvern joffri għotja ta’ 15.25% fuq il-valur tax-xiri tal-karozza sa massimu ta’ €1,164.69. Din l-iskema ġiet introdotta fl-1 ta’ Jannar 2005, kif imwiegħed fil-Baġit ta’ l-istess sena. Kif tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, din ir-rifużjoni telgħet għal 20%, sa massimu ta’ €2,329. Barra minnhekk, ser jitħejjew spazji ta’ parkeġġ riservati għal dawn il-karozzi b’faċilita fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-vettura b’sistemi li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx. Jeżisti ukoll inċentiv fuq karozzi ‘Hybrid’, għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, li jikkonsisti f’rifużjoni ta’ 15.25% pero’ sa massimu ta’ Euro 466. Is-sistema ġdida li qed tiġi mfassla bħala taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi ser tifavorixxi vetturi li għandhom emissjonijiet baxxi u dawk li jaħdmu b’enerġija mhux konvenzjonali.

Dipartiment tal-VAT — Penali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ penali li ġew iġġenerati dwar il-VAT fis-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008 kienu ta’ €8,319,937 (Lm3,571,748.95) u €2,467,623 (Lm1,059,350.55) rispettivament. L-ammont ta’ penali li ġew maħfura kienu ta’ €2,932,186 (Lm1,258,787.45) fis-sena 2007 u €632,073 (Lm271,348.94) fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008. Dawn il-penali maħfura ma kinux neċessarjament iġġenerati fil-perjodi msemmija u għalhekk jinkludu wkoll penali iġġenerati f’perjodi oħra li ġew qabel. Penali u multi li jinħafru mill-Kummissarju tal-VAT jistgħu jkunu varji. Penali huma mposti jekk · id-denunzja tal-VAT tasal aktar tard mid-data ta’ l-għeluq ( late submission of tax return ) · il-ħlas dovut mad-denunzja ma jsirx fil-ħin ( short-payment penalty ) · ir-reġistrazzjoni għan-numru tal-VAT issir wara li tkun bdiet l-attivita’ ekonomika ( late registration ) · isir dikjarar ta’ taxxa tal-VAT bin-nieqes ( underdeclaration of VAT ). Biex multi jew penali jkun jistgħu jiġu kkunsidrati għal reviżjoni jew maħfra, ikunu jridu jaqgħu taħt waħda mill-parametri stabbiliti mid-Dipartiment jew wara li jkun hemm deċizjoni tal-Bord ta’ l-Appell. Fost ir-raġunijiet kien hemm: · Penali li ġew ikkanċellati peress li kienu l-ewwel offiża tat- Taxpayer (Budget Speech for the year 2003) · Mard serju jew mewt tat- Taxpayer jew qraba viċin tiegħu · Penali li ġew ikkanċellati għal perjodi ta’ wara talba għad- deregistration · Penali għax id-denunzja setgħet intbagħtet mid-Dipartiment f’indirizz ħazin · Aġġustament li jsir mit- Taxpayer fuq returns preċidenti fuq bażi volontarja.

Dipartiment tal-VAT — Penali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 439 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 439.

Dipartiment tal-VAT — Penali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 439 u 692 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 439.

Dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1229 u ċioe': Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma żammitx mal-ftehim ta' ħlas bin-nifs tal-kont ta' l-ilma u d-dawl u issa ġiet imwissija li se jaqtgħulha s-servizz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tingħata ċans ieħor u tibda tħallas regolarment u ma jaqtgħulhiex is-servizz għax qed issibha diffiċli tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-ħajja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant ingħatat l-opportunita fit-18 ta’ Ġunju biex tagħmel ftehim ieħor biex tkun tista tibda tħallas għas-servizzi tad-dawl u ilma. Dan il-ftehim intlaħaq u huwa iffirmat.

Sajjieda lokali — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1230 u jgħid b'liema mod konkret qed jaħseb il-Gvern li jgħin lis-sajjieda lokali li ġew milquta ħażin ħafna miż-żieda qawwija fil-prezz tal-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Membru li bħalissa għaddejin diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni kemm mar-rappreżentanti tas-sajjieda kif ukoll ma entitajiet oħra governattivi konċernati. Irid jingħad ukoll li l-problemi kkawżati miż-żieda qawwija fil-prezz tal-fuel kienu diskussi l-ġimgħa l-oħra mill-Kunsill tal-Ministri ġewwa l-Lussemburgu. Fl-istess waqt l-Unjoni Ewropea ppubblikat dokument ta' informazzjoni dwar miżuri li jistgħu jkunu mplimentati mill-Istati Membri sabiex itaffu l-piżijiet li l-għoli tal- fuel ħoloq lis-settur tas-sajd. Il-Ministeru qed jistudja kif dawn il-miżuri jiġu mplimentati.

Pembroke — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1232 u jgħid x'servizz ta' trasport pubbliku għandhom bħalissa r-residenti ta' Pembroke u minn liema rotta jgħaddu, għax qed jasluli ilmenti minn ċerti naħat li m'humiex moqdija adegwatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Pembroke huma moqdija bis-servizzi tar-Rotta 66 li f’ ċertu ħinijiet tal-ġurnata tinħadem bin-numru tar-Rotta 671. Infurmat ukoll li r-Rotta 66 li taħdem fuq bażi ċirkulari titlaq mill-Belt u tgħaddi rotta normali lejn tas-Sliema, tasal fi Triq St. Andrews imbagħad titla’ għall-Pembroke billi tgħaddi minn Triq Normandy, Triq Almein, Triq Anzac, Triq Madre de Brincat, Triq Gabriele Henin, Triq il-Mediterran u terġa’ toħroġ lejn Paceville, tas-Sliema u tkompli bir-rotta normali lejn il-Belt Valletta.
Leg 11 PQ #1387 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1207 tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jibda jaħdem dan id-Direttorat għat-Turiżmu u kemm hu ppjanat li jkollu nies biex jaħdem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata fl-ezercizzju ta' ristrutturazzjoni li ghaddej ghar-rigward tal-Ministeru ghal Ghawdex u ghaldaqstant rirreferih ghar-risposta precedenti Nru.1207 li nghatat f'seduta Nru. 22.
Leg 11 PQ #1346 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Greenhouse Emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti se jieħu l-Gvern fil-ħames snin li ġejjin biex inressqu lil pajjiżna lejn low carbon economy fid-dawl li l-greenhouse emissions f'pajjiżna jiżdiedu qegħdin minflok jonqsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Membru li għadu kif twaqqaf kumitat ta’ esperti li xogħolhom se jkun li jfasslu strateġija nazzjonali għat-tnaqqis fl-emissjonijet skond l-obbligi li għandu pajjiżna. Dan il-kumitat beda jiltaqa’ nhar is-26 ta’ Ġunju u l-pjan hu li wara għoxrin ġimgħa jkun preżentat abbozz għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.

National Statistics Office — Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-gimgħa ser toħroġ l-applikazzjoni sabiex jintela’ l-post tad-Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office.

Post tax-xogħol — Diżugwaljanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandu l-gvern dwar diżugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1353 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta' kostruzzjoni — Storbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-regolamenti preżenti tal-kostruzzjoni għadhom jippermettu li xogħol storbjuż jibda fis-7.00 a.m. f'inħawi residenzjali u anke qrib lukandi, bħalma qed jiġri bħalissa fil-każ tal-lukanda Qawra Palace, b'inkonvenjent kbir għat-turisti li qed jilmentaw ħafna u jieħdu impressjoni ħażina ta' pajjiżna? Meta se jinbidlu u jiġu nfurzati r-regolamenti biex nevitaw problemi bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-regolamenti viġenti il-ħin permessibbli sabiex isir xogħol ta' kostruzzjoni li joħloq ħsejjes u li jinstemgħu minn barra is-sit ta' fejn qed isir ix-xogħol, huwa ristrett li jsir biss bejn is-sebgħa ta' filgħodu u t-tmienja ta' filgħaxija minn barra l-ħdud u l-festi meta m'ghandu jsir xejn. Dan jgħodd għal dawk l-inħawi kollha li huma definiti fl-Iskeda VII Regolament 3 ta' l-Avviż Legali LN 295/07 u li fost oħrajn jinkudu l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar. Għaldaqstant, jekk fil-każ inkwistjoni ix-xogħol qed jibda' fis-7AM, skond kif infurmat l-Onorevoli Interpellant, dan ikun fil-parametri tar-regolamenti preżenti u allura ma jkun qed isir l-ebda ksur tal-liġi.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Income tax — Tnaqqis fir-rata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tnaqqis fir-rata ta’ l-income tax beda fl-2007 u żdied bis-sħiħ fl-2008. Dan jirrikonoxxieh kull min iħallas it-taxxa, jew kien iħallas it-taxxa u ma baqax. B’atteġġjament matur u responsabbilta’ politika, l-Gvern, bħal ma jagħmel qabel kull Budget, fil-qafas ta’ diskussjonijiet waqt il-preparazzjoni tal-Budget u dawk fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali, ser ikun qed jevalwa kif ir-riforma fl-income tax, mibdija fl-2007 u qed titkompla din is-sena, tkompli titwettaq fl-isfond tal-wegħda elettorali, u fl-isfond tar-realtajiet ekonomiċi internazzjonali biex jiġi żgurat is-sostenibbilita’ tal-miżuri meħuda.

Income tax — Tnaqqis fir-rata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 950 u jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 950.