Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1990 u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li, skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fis-settur privat hu stmat li hemm 1,085 li għandhom l-indirizz residenzjali tagħhom f’Għawdex imma l-prinċipal/l-azjenda għandhom indirizz f’Malta. Dan ma jfissirx li dan in-numru fil-fatt jaħdmu Malta minħabba li hemm prinċipali/azjendi Maltin li għandhom friegħi Għawdex iżda l-indirizz tagħhom, kif reġistrat mall-Korporazzjoni, jkun biss dak ta’ l-uffiċċju prinċipali f’Malta. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ Għawdxin li jaħdmu f’Malta fis-settur pubbliku hu ta’ 948.

Eżamijiet ta' bordijiet barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin akkademiċi kemm kien hemm studenti Maltin u Barranin li applikaw biex jidħlu l-Universita' b'eżamijiet ta' bordijiet barranin u ġew aċċettati jew ma ġewx aċċettati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li l-Universita’ ma żżommx statistika dwar il-kwalifiċi (inkluz kwalifiċi minn istituzzjonijiet barranin) li permezz tagħhom studenti jidħlu biex isegwu korsijiet fl-Universita’. Informata li matul dawn l-aħħar erba’ snin l-istudenti barranin li applikaw huma: Applikanti għal korsijiet Undergraduate: 1958 Aċċettati: 727 Applikanti għal korsijiet Post-Graduate: 1012 Aċċettati: 425

Drop outs ta' studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2007 sa Ġunju 2008, kemm kien hemm drop outs ta' studenti mill-iskola ta' l-informatika u komunikazzjoni ta' l-MCAST f'kull kors bl-istatistika mogħtija separatament: i) istitut innifsu ii)ċentri ta' taħriġ privarti li jipprovdu kors ta' l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Private Training Drop-Outs Oct 07 – Jun 08 ICT MCAST Providers Total MCAST Foundation Certificate in Computing 21 8 29 MCAST-BTEC First Diploma for IT Practitioners 14 10 24 MCAST-BTEC National Diploma in Computing Yr 1 33 18 51 MCAST-BTEC National Diploma in Computing Yr 2 16 * 16 MCAST-BTEC Higher National Diploma in Computing Yr 1 18 * 18 MCAST-BTEC Higher National Diploma in Computing Yr 2 8 * 8 TOTAL 110 36 146 * Dawn il-korsijiet m’humiex offruti barra mill-MCAST

Is-Suġġett Systems of Knowledge

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultax li huwa veru l-ilment li tqajjem li l-mistoqsijaiet ta' l-eżami tal-MATSEC tas-System of Knowledgema kenux koperti fis-sillabu tas-suġġett? Kemm weħlu studenti fis-suġġett Systems of Knowledge fl-aħħar sessjoni tal-MATSEC? Kemm kien hemm studenti kandidati f'dan is-suġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li l-mistoqsijiet ta’ l-eżami tal-MATSEC tas-Systems of Knowledge li sar f’Mejju 2008 kienu koperti mis-sillabu tas-suġġett. Għall-eżami ta’ dan is-suġġett kien hemm 542 student li weħlu mill-2358 student/a li rreġistraw għalih. Mill-istudenti li weħlu, 47 ippreżentaw il-proġett iżda ma ġewx għall-eżami.

Somali fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Somali jistennew il-ħabs biex tinstema' l-kawża kontra tagħhom? Kemm se jdumu jistennew? Qed tittieħed konsiderazzjoni li wieħed minnhom huwa marid serjament u kull ġurnata li tgħaddi qed ikollu problemi dejjem akbar biex jingħata l-kura xierqa li jistħoqqlu bħala bniedem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement hemm 8 Somali jistennew ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin sabiex tinstema' l-kawża kontrihom. Il-Faċilita' Korrettiva m'għandha l-ebda kontrol fuq id-dati ta' meta għandhom jinstemgħu dawn il-kawżii. Għal rigward il-kura medika, il-Faċilita' Korrettiva tieħu ħsieb li kull resident jingħata l-kura medika meħtieġa.
Leg 11 PQ #1942 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti f'Pembroke

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1637 u cioe': B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1331, meta hu ppjanat li jkun konkluż il-proċess imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-proġetti li ntgħażlu s’issa ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1436 fit-2 ta’ Lulju 2008.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u mistoqsija parlamentari 1337 li saret lill-Ministru għall-Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u cioe': Kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Irziezet tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isalvaw l-irziezet għat-trobbija tal-majjali f'Malta u f'Għawdex? Kemm inqatlu majjal lokali fil-Biċċerija xahar xahar minn Jannar 2007 sa Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-gvern qiegħed jaħdem flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal sabiex jiġi salvagwardjat u konsolidat is-settur tat-trobbija tal-majjal. F’dan il-qasam il-KIM u l-gvern fasslu strateġija. F’din hemm diversi miżuri li jridu jwasslu għal aktar produzjoni ekonomika mill-produtturi u tnaqqis ta’ spejjeż operazzjonali. Barra minn dan il-Gvern biex jgħin lill-produtturi jgħelbu sitwazjoni diffiċli, is-sena li għaddiet ta żieda lill-produtturi tal-majjal ta’ kważi 7 ewrocenteżmi kull kilo laħam maqtul minnhom aktar mill-għajnuniet li kienu maħsuba skond l-SMPPMA (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture) biex b’hekk l-ammont totali ta’ għajnuna kull kilo laħam tal-majjal issa hija ta’ 54.52 ewroċenteżmi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika mitluba mill-Onorevoli interpellant.

Gozo Channel — Ġarr ta' merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 635 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni,u issa ġiet riferuta lilu, u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

L-Gvern hu dejjem impenjat li jtejjeb is-servizz tal-Gozo Channel biex jaqdi il-ħtiġiet tal-Gżira Għawdxija. Sal-lum il-volum ta’ trakkijiet tal-merkanzija li jużaw dan is-servizz ma jiġġustifikax it-talba li jiżdied dan is-servizz. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi preżentament, is-servizz għal Sa Maison qed isir regolari bi tliet vjaġġi fil-ġimgħa, kif ilu jsir għal dawn l-aħħar snin. Isiru biss żewġ vjaġġi fil-ġimgħa meta jkun hemm xi vapur għat-tiswija fit-tarzna. Dan ma kienx il-każ f’dawn l-aħħar tliet xhur.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 959.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1337 u 1074 u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1337.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1334 u 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1334 u 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 959.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi b'enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1347 u jgħid x'inċentivi fiskali se jdaħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed liċ-ċittadini tagħna jużaw vetturi b'enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1347.
Leg 11 PQ #1797 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pajjiżi non-EU — Visa

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid x'qed jagħmel bħala Ministru tat-Turiżmu flimkien ma' ministeri oħra kkonċernati biex isiru effiċjenti s-sistemi ta' ħruġ ta' visa għall-pajjiżi non-EU biex turisti jiġu minn dawk il-pajjiżi peress li operaturi ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li qed jitilfu n-negożju għax pajjiżi oħra anki fl-EU qed ikunu iżjed effiċjenti minna biex jiġbdu turisti minn pajjiżi mhux mill-EU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan is-suġġett jiġi diskuss regolarment bejn l-awtoritajiet turistiċi u dawk ta’ l-immigrazzjoni abbażi ta’ feedback li jinġabar mingħand operaturi fis-swieq konċernati. Ninsab infurmat li dan l-arranġament qiegħed jagħti l-frott u li l-maġġoranza ta’ l-ilmenti u teething troubles li seta’ kien hemm meta bdiet tiffunzjona s-sistema l-ġdida issa ġew indirizzati. Il-partijiet kollha jibqgħu impenjati li jsegwu l-iżviluppi f’dan il-qasam sabiex, fejn possibbli u prattiku, jintroduċu t-tibdil neċessarju sabiex il-ħruġ tal-visa għal turisti minn dawn il-pajjiżi jiġi simplifikat mingħajr ma nikkompromettu s-sistema Schengen.

L-Istitut ta' l-Informatika u Teknoloġija tal-Komunakazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena akkademika l-Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST se jkun jista' jibda joffri korsijiet f'livell ta' first degree universitarja u f'livell ta' degree post graduate?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hu mistenni li t-top-up degree fl-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Komunikazzjoni tibda tiġi offruta minn Ottubru 2010, sena akkademika 2010/2011. S’issa ma saru l-ebda pjanijiet għal korsijiet postgraduate .

Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni — Drop outs

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-bidu tas-sena akkademika 2007-2008 kemm kien hemm studenti li bdew jew komplew kemm fl-Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST u kemm kien kemm drop outs minn dawn l-istudenti kors b'kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.