Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Skola ġdida ta' Pembroke
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex tiżgura li flimkien ma' entitajiet pubbliċi oħra tindirizza b'mod sodisfaċenti l-impatti li l-iskola l-ġdida ta' Pembroke se tħalli fuq l-infrastruttura tat-toroq, l-ilma u d-drenaġġ tal-inħawi li diġa' huma taħt pressjoni kbira?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-ewwel tiżgura li ma jkollhiex problema ta’ l-impatt li hemm mill-ilma tax-xita li jinġabar mill-inħawi fejn qed jinbnew żewġ ġibjuni kbar. Sar ukoll studju flimkien mal-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u ser jiġi implimentat hekk kif jiġu ppublikati u awarded it-tender għax-xogħol imsemmi fejn ser isir storm water culverts fit-toroq viċin ta’ l-iskola. Saru ukoll diskussjonijiet ma’ l-Awtorita’ tat-Transport sabiex l-ilma tax-xita li jaqa’ mill-main road ta’ Baħar iċ-Ċagħaq jiġi iddevjat għall-parti oħra fi Triq Sir Adrian Dingli biex b’hekk tonqos il-flow li tgħaddi mill-kumpless tal-Forzi Armati.
Tista' l-Minsitru tgħid jekk hux vera li eżaminaturi fl-MCAST iffalsifikaw marki ta' assignments f'kors ta' Laboratory Technicians li jwassal għaċ-ċertifikat tal-BTEC? Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar dan l-iffalsifikar ta' marki? Fil-każi li ttieħdu, meta ttieħdu? Jekk ma ttieħdux, għaliex ma ttieħdux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Management tal-MCAST irċieva rapport dwar allegazzjoni li tikkonċerna bdil ta’ marki fil-kors ta’ Laboratory Technicians. Ġie appuntat bord indipendenti, magħmul minn persuni li ma jagħmlux parti mill-Istitut konċernat kif ukoll minn nies li m’humiex parti mill-MCAST. L-investigazzjoni għadha għaddejja u għaldaqstant, ikun prudenti u għaqli li wieħed jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni. Madankollu, l-MCAST hija kommessa li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Bord.
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qabel xejn nixtieq nikkjarifika li dak li nieda l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kien stħarriġ ex officio sabiex jagħmel evalwazzjoni tas-suq. Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ ġew analizzati u sussegwentement l-Uffiċċju ħareġ b’diversi rakkomandazzjonijiet. Bħalissa r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju qed jiġu evalwati mill-awtorita konċernata u għaddejjin taħdidiet dwar dan.
Skejjel — Bidla fis-sistema ta' streaming u eżamijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'diskussjonijiet saru s'issa u x'riżultati taw id-diskussjonijiet mal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti dwar riformi edukattivi bħal bidliet fis-sistema tal-istreaming u bidliet fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum/Common Entrance Examinations?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kemm l-iskejjel tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti kienu rappreżentati fuq il-Working Group dwar it-Tranzizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja. Matul is-sena li l-Working Group kien għaddej bil-proċess tal-konsultazzjoni,saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-istreaming u l-eżamijiet mat-tlett setturi edukattivi.Fil-ġimgħat li ġejjin, ser jibda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dawn is-suġġetti.
Id-dokument For All Children To Succeed jgħid, paġna XIX, "the minister of Education will chair a small standing committee to ensure direction, coherence, synergy and co-ordination throughout the whole system." Tista' l-Ministru tgħid hux jiffunzjona dan il-kumitat? Minn min hu kompost? Kemm iltaqa' u x'wettaq minn Marzu 2008 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ta’ kull ġimgħa l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni tlaqqa’ s-Segretarju Permanenti, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi, u d-Direttur Ġenerali tad- Direttorat Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni. F’dawn l-aħħar xhur ġew diskussi diversi suġġetti dwar l-operat u r-reponsabblitajiet tad-Direttorati, dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riformi fl-edukazzjoni obbligatorja, dwar it-tranzizzjoni mill-primarja għas-sekondarja, dwar il-preparazzjoni għas-sena skolastika, u diversi policies li jħadmu d-Direttorati u l-Kulleġġi.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex jinkoraġġixxu l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti tal-Kottonera jidħlu f'partnership man-network ta' l-iskejjel tal-istat fl-inħawi? Fiex jikkonsisti sissa dan il-partnership u x'inhuma l-miri speċifiċi ta' kif għandu jiżviluppa fil-ħames snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li huwa maħsub li l-Kulleġġ Santa Margerita ikollu partnerships mal-iskejjel mhux statali li huma fl-ambitu tiegħu, għall-aħjar interess tat-tfal kollha fl-iskejjel konċernati u biex ikun hemm l-aħjar użu tar-rizorsi umani u fiżiċi li għandhom l-iskejjel kollha involuti. S’issa kien hemm kollaborazzjoni bejn skejjel individwali fuq livell ta’ għalliema u klassijiet għal proġetti speċifiċi. Aktar minn hekk, f’Mejju li għadda l-iskola sekondarja subien Fortini, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita, laqgħet għadd ta’ skejjel mill-inħawi, kemm statali u indipendenti, fil-proġett ‘Art Links’.
Skejjel u Kulleġġi — Lista tal-prinċipali u kapijiet
Question
Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bl-ismijiet tal-prinċipali tal-kulleġġi f'Malta u f'Għawdex u l-ismijiet tal-kapijiet tal-iskejjel organizzati fihom? Minn min huwa kompost il-bord tal-kulleġġ li jagħti direzzjoni lin-network kollu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li f’dan l-istadju tal-implimentazzjoni tar-riforma, il-bordijiet tal-kulleġġi m’humiex imwaqqfa.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li l-iskola sekondarja tal-bniet Sir Luigi Preziosi ta' Pembroke ma tibqax tintuża bħala skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddejjin f’diskussjonijiet fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni biex jitfassal it-tieni fażi ta’ bini ta’ skejjel f’Malta u Għawdex. B’dan il-pjan ser ikun hemm proposti dwar l-użu edukattiv ta’ skejjel li ma jibqgħux jintużaw bħala skola.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri konkreti ttieħdu mindu bdiet taħdem is-sistema ta' college networks biex iżżid il-job satisfaction tal-għalliema u biex jagħtihom is-sapport imwiegħed biex ikollhom l-ispazju u l-opportunità biex jaħdmu b'mod flessibli f' tasks and needs oriented manner?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm diversi miżuri fil-kulleġġi li jagħtu appoġġ lill-għalliema fosthom laqgħat tas-suġġett b’mod regolari, opportunitajiet ta’ taħriġ, numri ta’ lezzjonijiet skond il-livelli mgħallma, l-appoġġ ta’ l-uffiċċjali edukattivi u kapijiet tad-dipartimenti, ħin għall-żvilupp kurrikulari u peer support. Dan kollu jgħin biex l-għalliema jkunu aktar iffukati fuq il-bżonnijiet edukattivi ta’ l-istudenti.
Jista' l-Ministru jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dawn il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Peress li spiss jissemma n-nuqqas ta' għalliema kwalifikati fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat u l-biża li fis-snin li ġejjin se jiżdied in-nuqqas ta' għalliema kwalifikati f'dawn l-iskejjel, tista' l-Ministru tgħid jekk jirrużultax dan in-nuqqas u jekk hux qed jidħlu biżżejjed studenti fil-B.Ed fl-Università għall-bżonnijiet futuri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-bidu tas-sena skolastika ġew impjegati 27 supply teachers fil-primarja. Fis-settur sekondarju ġew impjegati 32 supply teachers biex jimlew il-vakanzi li nqalgħu fil-Fiżika, Matematika, Computer Studies, Spanjol, Home Economics , Ingliż, Germaniż, Integrated Science, Textile Studies, Russu u P.E.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jinsab għaddej f’diskussjonijiet mal-Fakulta’ tal-Edukazzjoni tal-Universita’ ta’ Malta biex jittieħdu miżuri ħalli n-numru ta’ gradwati jkun wieħed li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-iskejjel tagħna.
Tista' l-Ministru tappoġġja t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke biex permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali l-bini li bħalissa jintuża bħala skola primarja Bice Mizzi Vassallo jkun devolut lilu meta jitbattal u jibda jintuża bħala ċentru kommunitarju għar-residenti ta' Pembroke li m'għandhom l-ebda bini ieħor li jista' jservi għal dan il-għan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu pjanijiet alternattivi għall-bini li bħalissa jintuża bħala skola primarja Bice Mizzi Vassallo.
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefaq flus iċ-Channel 22 minn Jannar 2008 sa Settembru 2008? Kemm fadallu flus x'jonfoq mill-budget allokat lilu sa l-aħħar tas-sena? Kemm qalgħu flus it-tliet preżentaturi li dehru l-iżjed fuq Channel 22 minn Jannar 2008 sa Settembru 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li għall-perjodu Jannar sa Settembru 2008, Channel 22 nefaq €203,426. Fil-budget allokat għall-2008, fadal €178.
It-tliet preżentaturi li dehru l-iżjed fuq Channel 22 qalgħu €6,393.82, €2,441.11 u €3,900 (+ VAT ta’ €702) bħala preżentaturi.
Peress li qed jasluli ilmenti minn ġenituri dwar it-toqol ta' basktijiet li qed ikollhom iġerru t-tfal biex imorru u jiġu lura mill-iskola b'detriment għal saħħithom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu biex it-toqol tal-basktijiet tat-tfal ma jkunx iżjed minn dak irrikmandat biex ma ssirx ħsara lis-sinsla tad-dahar tat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 935.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isiru xi sforzi biex skejjel tal-Knisja u indipendenti f'Għawdex jidħlu f'xi forma ta' partnership mal-College Network tal-iskejjel tal-istat fil-gżira Għawdxija? Fejn waslu dawn l-isforzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’Għawdex hemm biss skejjel tal-Knisja, ma hemmx skejjel Indipendenti. Diġa’ hemm ħafna ħidma bejn il-Gozo College u l-Iskejjel tal-Knisja.
Infatti ħafna mill-attivitajiet li jorganizza l-Gozo College jieħdu sehem fihom ukoll l-iskejjel tal-Knisja: fosthom Personal & Social Development (PSD) session, Home Sci Home, Health & Safety exhibitions, guidance sessions. Ġew organizzati ukoll professional development sessions flimkien. F’Lulju għal l-aħħar Kunsill tal-Kapijiet ġew mistiedna wkoll il-Kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u attenda anke l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof t’Għawdex. Minn din is-sena skolastika bi qbil mal-kapijiet kollha ta’ l-iskejjel ta’ l-istat tal-Gozo College, għall-Council of Heads (COH) ser jiġu mistiedna wkoll il-kapijiet ta’ l-iskejjel tal-Knisja.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiffunzjona l-Monitoring Board tal-iskejjel TEFL u minn min hu kompost? Tista' tagħti rendikont tal-ħidma tiegħhu minn Jannar 2008 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Monitoring Board tal-iskejjel TEFL qed jiffunzjona b’mod regolari. Il-membri tal-Bord il-ġdid huma:
Chairman: Dr. James Calleja
Membri: Ms. Genevieve Abela, Ms. Alexandra Valletta, Dr.Grace Grima, Ms. Jacqueline Fenech, Ms. Isabelle Pace Warrington, Mr. Francis Stivala.
Segretarja: Ms.Marthese Johnson
Infurmata wkoll li l-Bord kompla bix-xogħol normali tiegħu inkluż il-proċessar ta’ permessi għal ftuħ ta’ skejjel ġodda, proċess ta’ permessi ġodda għall-għalliema ta’ l-Ingliż, it-tiġdid ta’ permessi eżistenti ta’ l-għalliema, l-eżami ta’ l-Ingliż bħala lingwa barranija f’Marzu li għadda u preżentament qed jaħdem fuq l-eżami li jmiss f’Novembru li ġej, iż-żjarat regolari fl-iskejjel ta’ l-Ingliż u l-korrispondenza u l-laqgħat mitluba kemm mill-iskejjel u kemm minn individwi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jsir il-proġett f'Pembroke minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea li kien miftiehem li jsir ma' Pembroke Athlete? Meta se jibda x-xogħol fuqu u fiex se jikkonsisti l-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1331.