Għalliema — First right of acceptance - Għall-Evening courses
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-għalliema li jgħallmu matul il-ġurnata mhux jingħataw first right of acceptance biex joffru s-servizz tagħhom fil-għaxija bħala evening courses fl-istituti kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-14 ta’ Marzu, 2008, ħarget applikazzjoni (Ref. SSD 4/08) għal persuni kwalifikati biex jgħallmu f’suġġetti akkademiċi, suġġetti relatati ma’ l-IT u f’suġġetti oħra.
Il-persuni jingħażlu fuq bażi ta’ kwalifiki fis-suġġetti tagħhom u fuq l-esperjenza fit-tagħlim u t-taħriġ ta’ l-adulti.
Kunsilli Lokali — Devoluzjoni tal-grawd tal-futbol
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għaddietx b’xi forma ta’ devoluzjoni xi grawnd tal-futbol tal-iskola biex jintuza’ mill-kunsilli lokali, u jekk kien għad hemm xi devoluzjoni tista’ tgħid liema kienu dawn il-kunsilli ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirrizultax li qatt kien hemm xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ grawnd tal-futbol tal-iskola biex jintuża mill-Kunsilli Lokali.
Assignments tal BTEC First Diploma u Foundation Certification
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex f'livell 3, dak tal-First Diploma BTEC, u fil-livell 2 dak tal-Foundation Certification assignements ma jsirux bil-malti meta hu meħtieġ li l-istudenti jkunu jriedu jafu jiktbu sewwa bil-Malti qabel ma jkunu jafu jiktbu u jitkellmu bl-ilsien oħra fosthom l-Ingliż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-assignments tal-programmi marbutin mal-BTEC Edexcel iridu bilfors ikunu ippublikati bl-Ingliż għar-raġuni li dan ix-xogħol huwa suġġett għall-proċess ta’ verifikazzjoni esterna, jiġifieri, parti mix-xogħol ta’ l-istudenti (assignments) ikun irid jiġi ivverifikat minn verifikatur Ingliż li jirrapreżenta lil BTEC. Madankollu, il-lectureres dejjem jgħinu lil kull student sabiex jifhem b’mod sħiħ il-kontentut tax-xogħol li jkun irid jitwettaq fl-assignments. Il-Malti huwa mgħallem kemm fil-Foundation Certificate kif wkoll f’diversi livelli ta’ istituti skond il-ħtiega. Fil-Foundation Certificate, il-Malti jingħata l-istess importanza li għandhom l-Ingliz u l-Matematika.
Tista' l-Ministru tgħid jekk wasalx iż-żmien li jsir means test biex dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu għall-uniformi , jkollhomx l-uniformi mħallsa mill-fond skolastiku jew jingħataw għajnuna minn fondi pubbliċi, inkluż il-Fondi għall-Kawża Ġusta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’diversi skejjel diġa hemm sistema fejn ġenituri li ma jistgħux iħallsu għall-uniformi jkollhom għajnuna finanzjarja mill-fondi ta’ l-iskola.
Studenti — National Diploma u Journeyman's certificate
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn l-istudenti li ġabu l-Btec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull institute, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u tgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Tista' tagħti breakdown ta’ kull sena f’kull institute?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista’l-Ministru tgħid hux minnu li wara li saru xi protesti fuq il-każ tal-iskola ta’ Ħal Luqa minn dak l-istant 'il quddiem fil-bini tal-futbol grawnds bit-terf , l-FTS kienet bidlet l-ispecifications fil-ħruġ tat-tenders għal kisi ta’ terf fl-iskejjel , fejn id-differenza ewlenija tkun li minflok ikun miksi il-pitch tal-futbol b’terf virgin green ikun miksi sempliċiment bi green terf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fuq il-ground sintetiku ta’ l-iskola ta’ Ħal Luqa ma saru ebda protesti. It-terf ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill li jiġi speċifikat b’dan il-mod.
Infurmata wkoll li wara li ġew ippruvati dawn iż-żewg tipi ta’ infill fil-pitches, ġie deċiż li jibda jintuża green infill, bħal ma hemm fil-grounds tal-Melita, MFA Century Stadium, Hamrun Spartans, Luxol u oħrajn.
Tista’ l-Ministru tispjega x’inhi d-differenza finanzjarja bejn grawnd tal-futbol miksi bil-virgin green turf u ieħor miksi bil-green turf fi spazju li jkun hemm seven a side game?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-element finanzjarju huwa determinat mill-offerti mitfugħa minn kuntratturi li jipparteċipaw għat-tenders. It-terf ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill li jiġi speċifikat b’dan il-mod.
Tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex minn meta saru xi complaints minn tenderers fuq il-każ tal-iskola ta’ Ħal Luqa , wara dan il-każ inbidel specification ewlieni minn dak ta’ Virgin Green Turf għal dak Green Turf, meta dan ta’ l-aħħar hu bil-wisq inferjuri għal ta’ l-ewwel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari nru 2609.
Tender tat-Terf ta' l-Iskejjel — Maintenance tal-Pitches
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’ maintenance intrabtu dawk li ħadu it-tenders biex jieħdu ħsieb it-terf tal-iskejjel ? Teżisti xi diffikultà minn xi ħadd li akkwista t-tender biex jagħmel il-maintenance tal-pitches ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li sa issa ma jirriżultax li kien hemm xi diffikulta’ li jsir maintenance tal-pitches fl-iskejjel.
Kopja tal-“maintenance and upkeep during guarantee period” misluta mit-tender document relattiv qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kumpanniji applikaw fl-aħħar ġimgħat bħala private training providers għall-istudenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST? Tista' tgħid kemm kumpanniji ġabu iżjed minn 70 marka skond il-kriterji fl-ewwel rapport tal-Kumitat tal-Għażla lill-Kumitat tal-Kuntratti? Tista' tgħid jekk fit-tieni rapport l-istess kumitat għaddiex lill-kumpanniji kollha li applikaw? X'wassal għal din il-bidla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Fl-MCAST hemm minn level 2 sa level 5, fejn f'level 2 jista' jidħol kulħadd basta jkollu 16-il sena magħluqa u għalkemm isir assessment qabel ma jidħlu, għad hemm diffikulta kbira biex jiġi provdut is-servizz ta' facilitator ma' xi student li għandu xi bżonnijiet speċjali, u dan imur kontra l-ispirtu ta' life-long learning u tinħoloq ambigwità fejn fuq naħa ngħidu biex inħajru għal aktar tagħlim waqt li fuq naħa oħra noħolqu barriera lil dawk li minħabba xi kundizzjoni partikolari ma jkunux jistgħu jitħarrġu f'sengħa li tirrikjedi ħiliet aktar avvanzati. Taħseb il-Ministru li għalhekk wasal iż-żmien li ninvestu f'aktar facilitators biex ikunu parti minn pakkett wiesgħa ta' riżorsi umani li tmexxi l-andament tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħal issa l-MCAST qiegħed fil-fażi importanti li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru wara l-assessjar ta’ studenti li meta applikaw talbu l-għajnuna ta’ facilitator. Dan l-eżerċizzju għadu mhux komplut minħabba l-fatt li għad hemm ċaqliq ta’ studenti minn skola jew kulleġġ għal ieħor peress li xi wħud minnhom ikun għadhom indeċiżi dwar l-għażla tal-kors l-aktar adattat għalihom, inkluż xi ftit studenti li għandhom bżonnijiet speċifiċi fil-proċess tat-tagħlim. Bħalissa qed ikunu milqugħa wkoll applikazzjonijiet ta’ studenti ġodda għat-tieni sejħa, u dan ifisser li n-numru eżatt ta’ kemm l-MCAST jeħtieġ facilitators ikun magħhruf fi ftit ġranet oħra. Meta l-MCAST ikollu stampa ċara ta’ dawn il-ħtiġijiet, jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex kull student li jkollu/jkollha l-ħtieġa ta’ facilitator kif wkoll ta’ xi konċessjonijiet leġittimi oħra approvati mill-MCAST jkunu mogħtija lilu/lilha, bil-koperazzjoni sħiħa tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas f'arettrati matul din is-sena mill-Awtorità Marittima Maltija?
Kemm kien l-ammont gross tal-arrettrati li ħadu dawn il-persuni matul din is-sena, mpjegati mal-Awtorità :
a) Executive Directors
b)CEO
ċ)Financial Controller?
Jista' jsemmi min huma dawn l-individwi?
Kif ġiet ikalkulata din is-somma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien hemm studenti li akwistaw il-Btec National Diploma fl-Istituti tal-MCAST u tista’ tippreżenta l-istatistika ta’ dawn ir-riżultati skond kull Institute, kif wkoll turi kemm minnhom ġabu l-Grade Pass, Grade Merit u Grade Distinction għal kull sena u ġewwa kull Insitute?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed tingabar, twegiba tinghata f’Seduta ohra.
MCAST National Diploma — Studetni mħarrġa fil-middle management
Question
L-MCAST joffri BTEC National Diploma fl-Istituti kollha fejn dawn iridu jagħmlu 18 il-unit fi żmien sentejn. Għad li dan hu fil-livel; 4 u jinħass bżonn li fl-industrija jkun hemm aktar ħaddiema mħarrġa fil-middle management, tista' Ministru tgħid jekk hux każ li dawk l-istudenti flok idumu sentejn jieħdu tlett snin biex jispiċċaw il-kors sabiex ikollhom żmien biżejjed biex jixtarru t-teorija imma wkoll ikollhom żmien biżżejjed biex il-prattika li tkun relatata mat-teorija tkun digestita b'mod li jikkonċeptwalizza dinja veritiera ta' xogħol fil-prattika tal-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-programmi kollha tan-National Diploma għandhom 18 il-unit ta’ 60 siegħa l-wieħed għal total ta’ 1080 siegħa. Dawn il-programmi huma mfassla biex jiġu koperti fuq sentejn ta’ studju fulltime jew inkella tlett snin fuq bażi ta’ apprentistat flimkien ma’ l-Employment and Training Corporation. Kull fejn huwa possibli, l-MCAST joffri ż-żewġ għażliet u jħalli l-għażla f’idejn l-istudent.
MCAST — Insurance lill-istudenti - jiffammiljarizzaw rwiehom mad-dinja tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk teżisti xi forma ta' insurance lill-istudenti meta dawn joħorġu barra mill-Istitut biex/jew jiffammiljarizzaw rwiehom mad-dinja tax-xogħol inkella jagħmlux xi prattika f'xi ażjenda li tkun akkredidata mill-istess istituti tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed tingabar, twegiba tinghata f’Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hemm meħsuba biex l-ilmijiet kbar li jaqgħu mill-għoljiet tal-High Ridge u l-Madliena ma jibqgħux jikkaġunaw għargħar f'diversi nħawi ta' St Partick's u toroq oħra fosthom dawk imsemmija' Triq Gabriele Henin, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' u Triq Dun Amabile Sisner f'Pembroke?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-situdenti kollha li jattendu fil-bini tal-Junior Lyceum Margaret Mortimer ikollhom locker biex jerfgħu kotba tagħhom flok ikollhom iġorru basktijiet tqal b'detriment għal saħħithom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-Kulleġġ San Benedittu, Liċeo tal-Bniet Sta. Lucia, l-istudenti ngħataw locker għall-użu personali tagħhom.Hemm aktar lockers minn numru ta’ studenti fl-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu biex tiżgura li l-proċess tal-għażla tal-private training providers għal studenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST kien wieħed nadif, trasparenti u ġust u ġew użati l-kriterji stabbiliti f'kull stadju tal-proċess? Tista' tgħid jekk fil-kumitat tal-għażla kienx hemm maħtura persuni li għadhom on probation mal-MCAST? Ma taħsibx li dan mhux għaqli għax ikunu vulnerabbli għall-pressjoni minn dawk li mexxew il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Infurmata wkoll li l-kumitat tal-għażla huwa magħmul minn esperti tekniċi u b’esperjenza fil-qasam tagħhom.