Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar sentejn kemm-il sejħa ħarġet biex jintlew postijiet vakanti fl-istitut tal-ICT tal-MCAST? Kemm applikaw f'kull każ u kemm minn dawn il-postijiet intlew? X'kienu l-kwalifiki tal-applikanti u tal-magħżula?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Broadcasting Services — Bord tal-kamra tal-aħbarijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-Bord editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid kemm iltaqa' dan il-bord minn Marzu 2008 sal-lum u x'kienu d-deċiżjonijiet ewlenin li ħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services Limited m’għandhiex Bord Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet. Li għandha l-PBS Ltd hija Bord Editorjali li hu kompost minn: Prof. Joseph M. Pirotta (Chairman), Dr. M.A. Lauri u s-Sur Charles Mizzi bħala membri bi dritt għal vot u s-Sur Albert Debono (CEO), Dr. N. Fenech (Manager News & Registered Editor), is-Sur Simon Lumsden (Manager Programmes) u s-Sur Andrew Psaila (Chairman’s Assistant) bħala membri oħra.
Il-Bord preżenti nħatar fil-bidu ta’ Mejju 2008. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Bord iltaqa’ almenu darba fil-ġimgħa.
Id-deċiżjonijiet ewlenin li ħa s’issa kienu jirridwardjaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-għażla ta’ l-iskeda li bdiet minn Ottubru ta’ din is-sena għal konsiderazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u deċiżjonijiet li kollettivament huma mmirati biex iwasslu għal programmar li jkun jaqdi aħjar l-obbligi Nazzjonali tal-
Public Broadcasting Services Limited
.
Public Broadcasting Services — Politika editorjali tal-kamra tal-aħbarijiet
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services u xi kriterji fiha dwar meta jiġu kkwotati:
a.) Ministri tal-Gvern
b.) Shadow Ministers ta' l-Oppożizzjoni
c.) Stqarrijiet minn għaqdiet u individwi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Politika Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet hi dik iddettata mill-Liġi tax-Xandir u skond ir-Regolamenti u Linji Gwida ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir.
Kull aħbar li tixxandar tkun evalwata skond il-valur ta’ l-aħbar.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex xi Assistenti Diretturi fil-qasam tal-Edukazzjoni ma intalbux jagħmlu il-performance agreement għal din is-sena? X'inhi r-raġuni? Fuq liema bażi sejra tinħadem il-performance ta' dawn l-individwi biex il-performance bonus ta' dawn in-nies ikun ġust?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sitwazzjoni ta’ l-Assistenti Diretturi fil-qasam tal-Edukazzjoni issa ġiet iċċarata. Il-Performance Agreement tagħhom qed jiġi mfassal u l-performance bonus ser jinħadem bl-istess mod kif inħadmu fil-passat.
Technical Services Branches u Gardeing Units — servizzi mill-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru jgħid x'kumpens qed jingħata lil dawk il-ħaddiema f'ħdan it-technical services branch u il-gardening unit li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru, li biex ikomplu jagħtu servizz meta id-Direttorat ma jfornihomx bil-għoddod, trasport u materjal ieħor, jużaw mezzi tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirriżultax li qatt intbagħtu nies fuq il-lant tax-xogħol mingħajr l-għodda tad-Direttorat. Il-materjal neċessarju dejjem kien provdut. Meta ġieli ntalab trasport ‘għat-tieni karozza’, dan ġie provdut.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Public Service Commision li jirrigwardjaw individwi fil-qasam tal-Edukazzjoni? Kemm ilu kull każ quddiem il-PSC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u fid-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni hemm kaz wieħed li huwa pendenti quddiem il-Public Service Commission.
Dan il-każ tressaq quddiem il-Public Service Commission f’Marzu, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-prattika li sptarijiet/kliniċi privati jikru appart mediku mingħand l-istpar Mater Dei? Jekk teżisti din il-prattika, x'effett tħalli fuq iż-żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew fil-Mater Dei? F'liema ħin jiġi mikri dan l-appart, u b'liema rata ta' ħlas, biex ma jħarbatx ix-xogħol f'Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li hemm qbil bejn il-partijiet konċernati kollha (sptarijiet u kliniċi tal-Gvern u privati) li jsir self ta’ apparat mediku mingħajr ħlas mill-ebda parti. Dan isir meta jkun hemm apparat mediku bil-ħsara u bil-kundizzjoni li ma jfixkilx l-operat tal-partijiet rispettivi. Għalhekk din il-prattika qatt ma ħalliet impatt negattiv fuq il-perjodu ta’ żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew f’Mater Dei. Għall-kuntrarju, b’dan l-arranġament, f’każ ta’ ħsara fuq xi apparat mediku, iċ-ċittadin ikun jista jinqeda xorta waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li fix-xhur li għaddew suppost irċevew ic-children allowance u baqgħu ma rċevewhx? X'inhi r-raġuni li ma tħallsux dawn il-benefiċċji soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sat-30 ta’ Settembru n-numru ta’ applikazjonijiet pendenti għall-Allowance tat-Tfal huwa ta’ 1500. Tajjeb jiġi ċċarat li dawn il-familji diġa rċevew ir-rata fissa ta’ l-Allowance tat-Tfal għal din is-sena, u l-applikazjonijiet pendenti iridu jiġu proċessati biex tiġi stabbilita rata ta’ Allowance tat-Tfal ogħla mir-rata fissa maħduma skond it-test tad-dħul tal-familja.
Id-dewmien biex isir l-assessment ta’ dawn il-każijiet, huwa dovut prinċipali għal fatt li l-applikazzjonijiet ikunu waslu wara d-data ta’ l-egħluq, u/jew d-Divizjoni kienet tinħtieġ dokumenti mingħand l-applikanti biex tkun tista’ tiġi stabbilita r-rata ta’ l-Allowance dovuta u dawn għadhom sal-lum ma waslux għand l-istess Divizjoni. Meta jaslu d-dokumenti meħtieġa l-każ ikun jista’ jinħadem.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2413 u tgħid x'inhuma l-postijiet battala li hemm fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni? Meta se jsiru l-ħatriet għal dawn il-postijiet battala għall-kategoriji kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat Edukattiv hemm dawn il-postijiet battala:
Service Managers 3
Principal Education Officers 6
Education Officers 17
Assistant Heads (Primary) 1
Il-ħatriet isiru fl-iqsar żmien possibli meta joħorġu s-sejħiet għall-applikazjoni u jsir il-porċess tal-għażla.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kien hemm persuni akkużati bi stupru li:
a.) nżammu taħt
house arrest
b.) nżammu l-ħabs
sakemm instemgħu l-każi tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2408, tista' l-Ministru tgħid f'liema lokalitajiet hemm:
a.) il-klassijiet mhux
streamed
year
5?
b.) il-klassijiet mhux streamed year 6?
u kemm ilhom mhux streamed dawn il-klassijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Systems of Knowledge — lingwa li biha l-istudenti wieġbu l-eżami
Question
Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar sentejn kemm kellna studenti li għażlu li jwieġbu:
a.) bil-Malti
b.) bl-Ingliż
l-eżami tas-Systems of Knowledge tal-MATSEC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-informazzjoni rikjesta ma tiġix normalment mizmuma mill-MATSEC Support Unit. Għalhekk, tali informazzjoni għas-sena 2007 ma hix referibbli billi l-iscripts ta’ dik is-sessjoni ma għadhomx disponibbli.
Saret riċerka fuq il-karti ta’ l-ezami tal-Oqsma tal-Għerf (Systems of Knowledge) tas-sessjoni ta’ Mejju 2008. kien hemm total ta’ elfejn tlett mija u sitta u ħamsin (2,356) kandidat li applikaw, li minnhom tmenin (80) ma attendwx għall-ezami.
Minn dawn il-kandidati li marru għall-ezami, mija u ħamsa u sebgħin (175) wieġbu l-mistoqsijiet kollha bil-Malti, filwaqt li ħamsa u tletin (35) oħra wieġbu xi mistoqsijiet bil-Malti u oħrajn bl-Ingliz. Il-kumplament wieġbu l-karta kollha bl-Ingliz.
MCAST — ftehim mal- Malta Union of Teachers - familjarizzazzjoni mad-dinja tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tispjega jekk intlaħaqx ftehim bejn l-Malta Union of Teachers u l-MCAST fuq l-assigurazzjoni tal-għalliema u tal-istudenti meta dawn joħorġu barra mill-kulleġġ biex jiffamiljarizzaw mad-dinja tax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li filwaqt li l-MCAST jikkonferma li hemm assigurazzjoni tal-għalliema u tal-istudenti meta dawn joħorġu barra mill-kulleġġ biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-dinja tax-xogħol, l-MCAST u l-MUT ser jiltaqgħu sabiex tkun iċċarata l-implimentazzjoni ta’ din l-assigurazzjoni.
Ħal-Luqa — Ground tal-futbol - wiċċ b' terf sintetiku
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-grawnd tal-futbol fl-iskola primarja ta' Ħal-Luqa kien ingħata b'wiċċ ta' terf sintetiku, liema terf kellu jkun virgin green, iżda meta twaħħal it-terf dan ma kienx virgin green u ma kienx konformi mal-specifications li ħarġet l-Foundation for Tomorrow School?
Tista' tgħid jekk hu dan il-każ, jiġifieri li l-wiċċ mhux mogħti b'virgin green hux se jittieħdu l-passi biex min kellu jara li l-specifications ikunu konformi ma' dak li ntalab fil-ħruġ tat-tenders jagħti spjegazzjoni?
Tista' tispjega u tagħti tagħrif, jekk fl-award tat-tenders kienx hemm minn ipprotesta minn dawk li ttenderjaw għat-tender għax ħass li ma kienx hemm fair сompetition?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-terf li ġie mwaħħal fl-iskola ta’ Ħal Luqa huwa kif speċifikat fit-tender, u ma jirriżultax li hemm xi diffikulta fuq dan it-terf. Dan ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill u jiġi speċifikat b’dan il- mod. Il-pitch ta’ l-iskola ta’ Ħal Luqa li ġie inawgurat f’April 2006 meta ġiet inawgurata wkoll l-estensjoni ta’ l-istess skola kien skond l-ispeċifikazzjonijiet rikjesti mit-tender. Mhux biss iżda l-ħxuna tat-terf kien iżjed minn dak rikjest fit-tender.
Infurmata wkoll li ma saru ebda protesti minn
tenderers
f’dan ir- rigward.
Fid-dawl ta’ dak li nqala' fl-MCAST rigward tbagħbis ta’ riżultati u l-investigazzjoni interna sejra li hemm, mingħajr ma nidħlu għalissa fuq din l-issue, tista’ l-Ministru tikkonferma jekk il-proċedura tal-korrezzjoni tal- assignments hix din sussegwentament :
a) Kull
lecturer
jipprepara l-
assignment brief
u jagħtih lil
internal verifier
biex dan ta’ l-aħħar japprova dan l-
assignment
brief
qabel dan jingħata lill-istudent biex fi żmien stipulat jissottometti x-xogħol tiegħu/tagħha lil-
lecturer
?
b) Huwiex il-fatt li l-
lecturer
wara li jikkorregi l-
assignment
, dan jagħtih lil
internal verifier
u ta’ l-aħħar jivverifika l-
grade
li jkun tah il-
lecturer
, jista’ wkoll il-
grade
jitbiddel mill-
internal verifier
wara diskussjoni mal-
lecturer
u l-istudent biex bi trasparenza joħroġ il-
grade
fuq l-
assignment
? Għadux jgħodd il-fatt li wara li jkun stabilit il-
grade
fuq l-
assignment
, dawn l-
assignments
kollha jkollhom ir-riżultati rreġistrati għand ir-reġistratur tal-MCAST fil-
main campus
sa mhux wara l- 15 ta’ Lulju ta’ kull sena, biex imbagħad kull direttur tal-istitut jibgħat xi
sample
tal-
assignments
lil
external verifier
tal-UK, u mhux eskluż li kull tant żmien jiġi/tiġi l-
external
verifier
u tiddiskuti l-mod ta’ kif ikun hemm
appraisal
tal-kors, tal-
units
li jinkludi wkoll l-
approach
tal-eżaminazzjoni tal-
assignments
?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ħafna drabi jkun il-lecturer li jipprepara l-assignment brief. L-internal verifier japprovah fuq kriterji stabbiliti.
Rigward it-tieni mistoqsija, il-proċess li jwassal għall-għoti ta’ grad finali jista’ jtawwal għaliex m’hemm xejn li jżomm lill-amministrazzjoni li tagħti lill-istudent iżjed minn ċans wieħed biex itejjeb il-marka li jkun ġab wara l-ewwel sottomissjoni. Għaldaqstant student jista’ jibqa’ jipproduċi xogħol matul il-kors biex jgħolli l-marka. M’hemm xejn li jżomm lill-amministrazzjoni ċentrali milli tirrevedi dawn il-metodi minn żmien għall-ieħor.
L-internal verifier jista’ jibdel il-marki, preferibbilment, u sa fejn hu possibli, b’diskussjoni mal-lecturer. Huwa rakkomandabbli li l-istudenti jiġu infurmati bil-grad wara li ssir konsultazzjoni bejn il-lecturer u l-internal verifier. Din il-marka tista’ wkoll tinbidel jekk l-eżaminaturi barranin jaħsbuha mod ieħor.
L-uffiċċju tar-reġistratur jistenna li jirċievi l-grad sommattiv jew finali tal-istudenti tad-diversi istituti mhux qabel l-istudy units jingħalqu. Dan jista’ jkun wara sena, jew sentejn, skond it-tul tal-programm. Barra minn dan is-sistemi tal-programmi ta’ barra jvarjaw minn istitut għall-ieħor u kull istitut jimxi ma’ l-istruzzjonijiet mogħtija lilu. Għaldaqstant, fir-rigward, ngħidu aħna, ta’ l-external verifier, hemm każi fejn jintbagħat xi xogħol ta’ l-istudenti barra u hemm każi fejn dan ma jseħħx għax mhux mistenni li jsir hekk.
Postijiet Vakanti fl-iskejjel Primarji u Sekondarji
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2409 u tgħid kemm hemm postijiet vojta segretarjali, klerikali u amministrattivi u ta' personnel inkarigati mit-tindif u manutenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex? Meta se jintlew dawn il-postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ postijiet vojta segretarjali, klerikali, amministrattivi u ta’ personnel inkarigat mit-tindif u manutenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex huwa hekk:
Grad
Malta
Għawdex
Segretarjali
3
Klerikali
5
Tindif/Manutenzjoni
10
10
Qed tittiehed azzjoni sabiex dawn il-postijiet jimtlew.
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2406 u jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2406.
B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jgħid x'wieġbet l-Awtorità għat-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jagħmilx sens li s-sena skolastika tibda fl-ewwel ta' Settembru, l-istudenti jibdew il-kors fil-ħdax ta' Settembru u wara lecturingta' 60 siegħa jingħataw erba' assignments u dan presubilment jingħataw assignment kull ħmistax-il siegħa, u f'nofs Ottubru jerġa' jkun hemm second call għal-late applicants biex dawn jiżdiedu fil-klassi ma' dawk li jkunu ġa spiccaw l-ewwel units fl-ewwel semester skolastiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sena akkademika ta’-MCAST kienet ġiet stabbilita mill-Bord tal-Governaturi tal-MCAST fis-snin imgħoddija għax ħass li kien ta’ vantaġġ aktar għall-istudenti li jagħmel dan. Il-mod kif jiġu ammessi l-istudenti fl-MCAST hu fuq bażi progredat, jiġifieri l-ewwel jidħlu dawk li jkunu qegħdin ikomplu l-kors tagħhom fit-tieni jew it-tielet sena tal-programm, wara jiddaħlu dawk li jkunu qegħdin jipprogressaw minn kors għall-ieħor u fl-aħħar jidħlu dawk li jkunu għadhom ġodda għall-MCAST.
l-MCAST iħaddem sistema ta’ assessjar kontinwu u mhux eżamijiet. Għaldaqstant module ta’ studju jista’ jkollu xi assignment programmat wara numru ta’ siegħat biex isegwi lill-istudent. Il-perjodu bejn assessment u ieħor mhux fiss u jvarja minn unit għall-ieħor skond is-suġġett.
Ta’ sikwit l-assignments jingħataw fil-bidu ta’ kull study module sabiex l-istudent jkun jaf sa minn kmieni x’inhu mistenni minnu.
Ta’ min jinnota li dawn is-60 siegħa ikunu mqassmin fuq numru ta’ ġimgħat. Is-60 siegħa huma guided learning hours marbutin ma’ module wieħed minn numru ta’ modules li jingħataw lill-istudent.
Kunsilli Lokali — Talba biex jieħdu ħsieb il-grawnds tat-terf ta' l-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tispjega jekk għadx kellha xi talba minn xi kunsill lokali sabiex jieħu ħsieb il-grawnd bit-terf tal-iskola u liema kunsilli lokali għamlu din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirriżultax li qatt waslet talba għand il-Ministru minn xi Kunsill Lokali biex jieħu ħsieb il-grawnd bit-terf tal-iskola.