Tista' l-Ministru tgħid peress li mill-perijodu minn Ottubru 2008 sa Diċembru 2008, Channel 22 fadallu biss budget ta' €178, kif se jkun qed jitmexxa u kif se jkun jista' jaħdem b'budget ta €59 kull xahar, €2 kuljum? Tista' tgħid mnejn ġejjin il-flus għat-tmexxija ta' dan l-istazzjon sal-aħħar tas-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Management Committee b’koperazzjoni sħiħa mal-impjegati ta’ Education 22 u bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet pubbliċi u privati, nieda l-iskema ta’ Ottubru –Diċembru 2008 li fiha 18-il program ġdid u oħrajn kollha sponsorjati.
Jista' l-Ministru jgħid x'riżorsi umani, livell ta' kompetenza u finanzjarji għandu l-Uffiċċju tal-Kummerċ Ġust biex ikun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu b'mod effettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta. Nixtieq ninfurmah illi kif jaf il-Gvern huwa attivament impenjat sabiex isaħħaħ dan l-Uffiċċju. Nixtieq nassigura l-Onorevoli Interpellant illi għalkemm għaddej dan il-proċess ta’ tisħieħ f’dan l-Uffiċċju, ħafna mill-impjegati huma kkwalifikati f’diversi oqsma bħal per eżempju fil-liġi, ekonomija, accountancy, inġinerija u farmacija u dan sabiex jigi osservat l-Att tal-Kompetizzjoni. Rigward il-finanzjament ta’ dan l-Uffiċċju nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-estimi tal-baġit.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li skond il-banek u l-awtoritajiet finanzjajri se jkunu x-xejriet fis-suq lokali tal-propjetà f'bejgħ u xiri, livell ta' prezzijiet, provvista u domanda fis-suq?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onor Interpellant jaf illi l-ebda Ministru ma hu termometru tas-suq tal-Proprjeta’. Dan hu suq sensittiv ħafna u mhux propizju li wieħed jażżarda jiprevedi jew jispekula dak li qed jitlob l-Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu ssettjati t-tariffi ġodda tal-ilma u d-dawl, x'attenzjoni ser tingħata biex b'miżuri prattiċi ma jinħoloqx faqar ġdid, dak li jissejjaħ faqar tal-enerġija, imkejjel li f'pajjiżi oħra meta familji jkollhom jonfqu sa 10% jew iżjed mid-dħul tagħhom fuq prezzijiet tal-prodotti u servizzi enerġetiċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri privati - IT
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-MEPA biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini huma kollha aċċessibbli għall-persuna b'diżabilità?
Skola Primarja Bice Mizzi Vassallo — Liċenzji meħtieġa
Question
Tista' l-Ministru, b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 2466, xi pjanijiet alternattivi hemm għall-bini tal-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo? Tista' tagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri li fuqhom ħarġu l-liċenzji meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-pjan alternattiv li hemm fil-preżent għall-bini ta’ l-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f’Pembroke hu li jintuża għall-amministrazzjoni u l-użu tal-Kulleġġ Santa Klara.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema ċentri u liċenzji qiegħed jirreferi fit-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern u l-awtoritajiet finanzjajri biex pajjiżna u l-poplu tagħna ma jintlaqtux ħażin mill-maltemp qawwi finanzjarju li qed iħarbat ħafna banek u oqsma finanzjarji fil-bqija tad-dinja?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija li tajt lil din il-Kamra waqt is-Seduta Parlamentari Numru 40, nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, fejn spjegajt fid-dettal il-posiżżjoni tal-Gvern dwar is-sitwazzjoni preżenti, flimkien mal-miżuri meħuda sew mill-Gvern kif ukoll mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'problemi hemm biex jiġu assigurati li jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li jekk ma jogħlewx id-dawl u l-ilma, ma jkunx hemm mnejn jitħallsu l-pagi? X'ġara mill-flus involuti fl-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għall-pagi?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja dak li kien stmat li se ddaħħal l-Enemalta, l-ispiża fil-prezz taż-żejt poġġietha f'pożizzjoni finanzjarja prekarja tant li kienet u għadha fil-periklu li ma jkollhiex biex tħallas il-pagi dovuti lill-impjegati tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għas-sezzjoni tat-Technical Service Branch? Meta sejra issir ir-re-organisation ta' din is-sezzjoni li tant ilha tiġi mwegħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Riċentament ġie kummissjonat studju dwar kif l-aħjar tiġi riorganizzata s-sezzjoni tat-Technical Services Branch, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju ikun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni.
Technical Services Branch u Gardening Unit — Foundation For Tomorrow School
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex matul is-sajf l-ordnijiet lil ħaddiema tat-Technical Services Branchu tal-gardening unit kien primarjament mogħtija mill-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul is-sajf grupp ta’ sitt (6) Bennejja u grupp ta’ erba’ (4) Ġardinara kienu allokati mal-Foundation for Tomorrow’s Schools fuq il-proġett tal-iskola tal-Verdala.
Il-kumplament tal-ħaddiema tat-Technical Services Branch u tal-Gardening Unit kellhom id-direzzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
IPSL — Technical Services Branch u l-Gardening Unit
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-ħaddiema tal-IPSL fir-riorganiżazzjoni tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit li tant ilha tissemma u wkoll tiġi mwegħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Riċentament ġie kkummissjonat studju dwar kif l-aħjar jiġu riorganizzati s-sezzjonijiet tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju jkun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema tal-IPSL li jaħdmu f’dawn is-sezzjonijiet.
Technical Services Branch u Gardening Unit — Ħaddiema - Saħħa u sigurtà
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri jittieħdu biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'ħdan it-Technical Services Branch u l-Gardening Unit fid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, skond kif jitlob il-liġijiet eżistenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-uffiċjali tat-Technical Services Branch iżuru l-postijiet tax-xogħol qabel jinbeda x-xogħol u jsir risk assessment biex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-periklu. Fejn ikun hemm bżonn, nesiġu li jintlibsu il-ħwejjeġ protettivi pprovduti mid-Direttorat kemm għall-ħaddiema tat-Technical Services Branch kif ukoll għall-ħaddiema tal-Gardening Unit.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-iskejjel li fihom sar xogħol ta' manutenzjoni matul is-sajf li għadda jew mill-FTS jew mit-TSB jew mill-Gardening Unit? X'sar f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Kemm man hours kienu involuti f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħata overtime mill-Foundation for Tomorrow School matul is-sajf li għadda biex jitlesta ċertu xogħol fuq l-iskejjel? Min kienu n-nies li ngħataw dan l-overtime? Mil-liema sezzjonijiet tat-Technical Services Branchu l-Gardening Unit ġew dawn l-individwi? Għaliex ċerta individwi tħallew barra fuq ordni espressa tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul ix-xhur tas-sajf li għadda saru tiswijiet li wħud minnhom kienu estensivi, f’diversi skejjel sabiex meta l-istudenti jirritornaw wara s-sajf, dawn isibu skola aħjar tilqagħhom.
Dawn ix-xogħlijiet saru bi pjan imfassal mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li kien jagħti każ tal-prijoritajiet tal-iskejjel. L-overtime lin-nies tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit ingħata skond is-sengħa partikulari li kien hemm bżonn. Kien hemm 1,751 siegħat maħduma mill-Electricians, 1,147 mill-Plumbers, 3,040 mill-bennejja, 1,039 miż-żebbiegħa, 212 mill-ħaddiema tad-Drainage, 336 mill-ħaddieda, 431 mill-mastrudaxxi u 1,480 mill-ġardinara. Ma kien hemm ebda ‘ordni espressa’ tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow’s Schools biex jitħallew xi individwi barra.
Imprest Capital, Maintenance, u Material and Supplies votes — Skejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid b'kemm globalment naqsu matul dawn l-aħħar ħames snin l-Imprest Capital, il-Maintenance u l-Material and Supplies votes li kull sena jingħataw lil kull skola mill-Istat? Tista' tagħti t-tagħrif sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Service Managers mad-Department for School Resources Management — interviews
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-interviews għal Service Managers mad-Department for School Resources Management baqgħu ma sarux bħal ta' dipartiementi oħrajn? X'inhi r-raġuni li ħarġet sejħa oħra għall-applikazzjoni li għalqet fid-19 ta' Settembru 2008? Tidhirlix l-Ministru li dan joħloq ċerti dubji meta dawk li kienu applikaw ma' l-ewwel sejħa kienu nfurmati li ma kellhomx għalfejn jerġgħu japplikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sejħiet għas-Service Managers għat-tlett dipartimenti fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħargu flimkien u għalqu fl-istess data. Il-Bord ta’ l-għazla maħtur mill-kummissjoni tas-Servizz Pubbliku waqt li kien qed jevalwa l-eliġġibilita ta’ l-applikanti ħass li s-sejħa għal Service Managers fid-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Rizorsi ta’ l-Iskejjel kellha klawsola li ma kinitx ċara biżżejjed. Il-Bord ta’ l-għażla kiteb lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex jieħu direzzjoni. Din il-Kummissjoni tat id-direzzjoni li s-sejħa għandha tiġi ċċarata u terġa toħroġ. L-applikazzjoni ħarġet u għalqet fid-19 ta’ Settembru 2008. Min kien diġa applika ma kellux għalfejn jerġa japplika għaliex l-applikazzjoni tagħhom għadha valida.
Disciplinary Charges konnessi ma' skartar fid-dipartiment
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu Disciplinary Charges konnessi ma' skartar fid-dipartiment li jaqgħu taħtha? Kemm minnhom dehru quddiem Disciplanary board u ġew maqtugħa u kemm għad hemm pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li-n-numru ta’ Diciplinary Charges maħruġa konnessi ma’ skartar fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fis-sena 2008 huwa ta’24, li minn dawn 14 ġew deċiżi u 10 għadhom pendenti.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret biex ġew appuntati numru ta' precinct officers ma' numru ta' kulleġġi? Tista' tgħid ukoll meta saru l-interviews biex jimtlew dawn il-postijiet? X'salarji u allowances għandhom kull wieħed minn dawk li tpoġġew f'dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid ukoll mil-liema vot qed joħorġu il-fondi għal dawn il-pożizzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li ma saret l-ebda sejħa għal Precint Officers mal-Kulleġġi.
Tista' l-Ministru tgħid x'policies hemm fis-seħħ li jirregolaw sejħiet biex jimtlew posts of special responsabilities skond il-ftehim milħuq mal- Malta Union of Teachers biex tinżamm uniformità u wkoll ma jsirux abbużi bħal fil-każ tal-ħruġ ta' sejħa biex jimtlew postijiet ta' Health and Safety Teachers, li kienet saret dan l-aħħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis-sejħiet interni li jsiru fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, r-regoli huma stipulati b’mod ċar fis-sejħa stess, skond il-bżonnijiet tar-rwol ta’ dan il-post of special responsibility. Infurmata wkoll li ma kien hemm l-ebda abbuż fil-ħrug tas-sejħa biex jimtlew postijiet ta’ Health and Safety Teachers ta’ din is-sena. Il-policy tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hi li min japplika għal dawn is-sejħiet interni għandu jkollhom il-permanent warrant. Jekk ma jinstabux nies addattati jew bizzejjed bil-Permanent Warrant imbagħad terġa’ toħroġ sejħa għall-għalliema/instructors li għandhom temporary warrant.