Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorati tal-Edukazzjoni — Pożizzjoniet vakanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'pożizzjonijiet hemm vakanti fl-strati kolla tad-Direttorati tal-Edukazzjoni u kemm ilhom vakanti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx mimlijin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Inter. fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti tal-Università — riċerka fl-iskejjel tal-istat

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm applikazzjonijiet saru minn studenti tal-Università u istituzzjonijiet oħra biex jagħmlu riċerka fl-iskejjel tal-Istat, matul dawn l-aħħar ħames snin? F'liema oqsma ta' studju saret din ir-riċerka?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li mill-bidu ta’ Jannar 2003 sal-21 ta’ Ottubru, 2008, saru 1,468 applikazzjonijiet minn studenti ta’ l-Universita’ ta’ Malta u istituzzjonijiet oħra biex jagħmlu riċerka fl-iskejjel ta’ l-Istat. Se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ l-oqsma ta’ studju li fiha saret ir-riċerka.

Direttorati tal-Edukazzjoni — database

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huwa jew huma l-uffiċjali inkarigati mid-database tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm ilha li nbdiet din id-database? X'forma ta' security clearance għandhom dawn l-uffiċjali? Ma' liema links oħra għandha konnessjoni din id-database? X'budget għandha din is-sezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-istat — Capital Imprest Funds

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi organogram tas-Sezzjoni tal-Inventarju tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Barra minn hekk, tista' tgħid x'mezzi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurzaw l-importanza tal-inventarju ġewwa kull skola tal-istat? X'qed isir minn din is-sezzjoni biex jassiguraw li l-affarijiet li jinxtraw mill-iskejjel permezz tal-Capital Imprest Funds li jingħata kull sena lilhom, jidħol fl-inventarju tal-iskola? Din is-sezzjoni iżżomm kopja tal-inventarji ta' kull skola tal-istat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li s-Sezzjoni ta’ l-Inventarju minn żmien għal żmien tibgħat kopji ta’ ċirkolari fuq l-inventarji u tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-iskejjel sabiex jinfurzaw l-importanza ta’ l-inventarju ġewwa kull skola ta’ l-istat. L-istaff ta’ din is-Sezzjoni jiżgura li l-inventarju jkun dejjem aġġornat u kull skola hija meħtieġa li tibgħat lista ta’ l-inventarji aġġornata darba kull sitt xhur. Minn żmien għal żmien, isiru spezzjonijiet fl-iskejjel sabiex ikun aċċertat illi l-inventarju qed jinżamm skond ir-regolamenti finanzjarji u li qed jidħlu l-assi kollha li jkun nxtraw mill-Capital Imprest Funds. Is-Sezzjoni ta’ l-Inventarji żżomm kopja ta’ l-inventarju ta’ kull skola ta’ l-istat f’Malta.

Dipartiment tal-Quality Assurance — oġġettivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment tal-Quality Assurance? X'inhuma l-oġġettivi għal din is-sena ippjanati minn dan id-dipartiment? Kemm attenda laqgħat jew konferenzi barra minn Malta id-Direttur ta' dan id-dipartiment matul is-sena? Meta u fejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance bħalissa hu kompost minn Direttur. Miegħu se jkollu tliet assistenti diretturi. L-għanijiet prinċipali għal din is-sena (minn Frar 2008) huma: 1. L-evalwazzjoni u proposti fuq il-Performance Management Programme (PMP) ta’ l-għalliema. 2. L-Evalwazzjoni tas-sistema ta’ awditjar estern (external audits). 3. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna lill-iskejjel u kulleġġi fuq evalwazzjoni interna (internal self-evaluation). 4. It-taħrig għan-nies fid-dipartiment fuq l-awditjar. 5. It-taħriġ ta’ l-għalliema waqt l-induction phase. 6. It-taħriġ għall-kapijiet u assistenti kapijiet ta’ l-iskejjel statali, skejjel tal-Knisja u l-indipendenti fuq aspetti differenti kemm waqt l-induction u fuq livell ta’ CPD. Id-direttur attenda żewg konferenzi: 1. Fl-Alma Mater Universita’ di Bologna, Bologna, l-Italia fit-13 ta’ Mejju, 2008. 2. Għat-“25th Meeting of the European Network of Policy Makers for the evaluation of Education Systems”, Lisbona, Portugal, bejn id-29 u t-30 ta’ Mejju, 2008.

Direttorat għas-Servizzi fl-Edukazzjoni — reorganisation

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjani hemm għal-gardening unit li jaqgħu taħt id-Direttorat Għas-Servizzi fl-Edukazzjoni? X'tip ta' reorganisation hemm maħsuba għal dan il-Unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gardening Unit li jaqa’ taħt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi se jiġi inkluż fir-Riforma ta’ l-Edukazzjoni fejn, bil-ħolqien tal-Kulleġġi, issir diċentralizzazjoni tar-riżorsi.

Skejjel tal-istat — prodotti tal-asbestos

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja li nafu kemm huwa perikoluż, fl-iskejjel tal-istat għad baqa' ammont konsiderevoli ta' prodotti tal-asbestos? Tista' tgħid jekk qattx inġabret lista komprensiva ta' dawn l-oġġetti? Jekk fl-affermattiv, għaliex qatt ma ttieħed il-pass biex dawn l-oġġetti jitneħħew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskejjel intalbu jipprovdu lista ta’ prodotti li jaħsbu li huma magħmula mill-asbestos. Il-lista li nġabret kienet tikkonsisti f’numru ta’ tankijiet tal-ilma magħmula minn asbestos cement li m’għadhomx jintużaw. Qed tiġabar stima tal-ispejjeż involuti biex dawn jiġu mneħħija mill-aktar fis possibli.

Foundation for Tomorrow School — Bord

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min u kif inhu kompost il-bord tal-FTS? Kull meta jiġi appuntat dan il-bord? X'inhi l-funzjoni u r-rwol ta' kull membru maħtur tal-Bord? X'inhuma it-terms of reference ta' dan il-Bord? Lil min huwa answerable dan il-bord? Kull meta jiltaqa' dan il-Bord? X'remuneration għandu kull membru maħtur fuq dan il-Bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada hu kompost mis-Sur Raymond Fenech, Dr. Maria Sciriha, is-Sur Joseph T. Magro, is-Snra. Marilyn Sciortino u s-Sur Alfred Rizzo. Fuq dan il-bord, li jiġi appuntat kull 3 snin, iċ-chairperson huwa s-Sur Raymond Fenech. It-terms of reference tal-bord huma kif elenkati fl-istatut tal-Fondazzjoni. Il-bord jiltaqa darba fix-xahar u huwa answerable lil Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Ir-remuneration li għandu kull membru tal-bord huma hekk: Is-Sur Raymond Fenech €13,976.00 fis-sena Dr. Maria Sciriha - Is-Snra. Marilyn Sciortino €2795.00 fis-sena Is-Sur Albert Rizzo €2795.00 fis-sena Is-Sur Joseph T. Magro €2795.00 fis-sena

Skejjel tal-Istat — staff complement

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-staff complement ta' kull skola tal-Istat għall-2008, u kif inhu kompost skola b'skola? X'persentaġġ minn dan l-istaff kellu transfer matul l-aħħar sena, kategorija b'kategorija? Kemm mit-teaching staff għandhom first degree u kemm minnhom għandhom second degree u f'liema suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji tal-Istat — intake tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti figuri, sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin tal-intake tal-istudenti fil-livell primarju ta' kull skola tal-istat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 3381 kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Skejjel tal-istat — konsum tal-eletriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus biex jitħallas il-konsum tal-eletriku, fl-iskejjel tal-istat, skola b'skola, tul l-aħħar sena? X'passi qed jittieħdu biex isir użu aħjar minn din l-enerġija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata wkoll li saru diversi kampanji fl-iskejjel biex il-konsum tal-elettriku ikun imnaqqas billi jsir użu bil-għaqal minnu. Hija wkoll policy tad-Direttorati li ma jiġux installati apparati tal-arja kondizzjonata fl-iskejjel ġodda billi qed isir użu estensiv mid-double glazing, jintużaw bozoz u tubi li huma energy saving, jiġu installati panelli li jagħmlu użu mill-enerġija tax-xemx, tiżdied l-insulazzjoni fis-soqfa, u oħrajn. Hemm ippjanati diversi programmi ta’ edukazzjoni fost l-istudenti u l-ġenituri biex dawn isiru aktar konxji tal-bżonn li jitnaqqas il-konsum, sew fl-iskola kif ukoll fid-djar.

Direttorati tal-Edukazzjoni — karozzi self drive

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi self drive mikrija jew mixtrija mid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm qed jiswew kull sena f'termini ta' flus lil dawn id-direttorati? Liema sezzjonijiet qed jużaw dawn il-karozzi sezzjoni b'sezzjoni u minn min? Ta' liema marka humma dawn il-karozzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni m’hemmx karozzi self drive mikrija. Fid-Direttorat hemm 25 karozza mixtrija. Huwa kkalkulat li f’termini ta’ flus, dawn jiswew, bejn wieħed u ieħor, €30,000 kull sena fi fuel u manutenzjoni. Dawn il-karozzi jintużaw hekk: Direttorat għal Servizzi Edukattivi: 1 – Direttur Generali 1 – Direttur Human Resources Development 1 – Direttur School Resources Management 1 – Direttur Student Services 1 – Dipartiment ta’ l- iStudent Services (Użu Ġenerali) 1 – Prinċipal Gozo Colleges 2 – Taqsima tat- Technical Services (Użu Ġenerali) 1 – Taqsima tat- Techical Services /Plumbing (Użu Ġenerali 12 – Taqsima tat-Trasport (Użu Ġnerali) Direttorat ghall-Kwalita u Standards: 1 – Direttur Generali 1 – Direttur Curriculum, Management and E-Learning 1 – Direttur Quality Assurance 1 – Education Assessment Unit (Użu Ġenerali) Il-marka tal-karozzi hija kif gej: Chevrolet 11 Toyota 3 Renault 3 Peugeot 3 Skoda 1 Mazda 1 Citroen 1 Ford 1 Wolkswagon 1

MCAST ICT — Private training providers - Kumitat tal-kuntratti

Question

Fil-każ tal-kuntratt għall-private training providers għall-korsijiet ICT mill-MCAST li d-dettajli dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid din is-sena, min ta' l-ordni mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jinbidlu l-marki oriġinali tal-Kumitat tal-Għażla u jiżdiedu sostanzjalment għal erba' bidders li fl-ewwel rapport tal-Kumitat tal-Għażla ġabu inqas min 70 punt rikjesti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.

MCAST ICT — Private Training Providers - Għażla ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet il-Kumitat tal-Kuntratti qabel li jinbidlu sostanzjalment l-ewwel marki li ngħataw mill-Kumitat tal-Għażla fil-każ tat-tender għall-private training providers għall-korsijiet ICT tal-MCAST, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li permezz ta' dawn il-bidliet, 4 kumpanniji li ma kenux intagħżlu fl-ewwel fażi ġew magħżula wara li l-marki inbidlu sostanzjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.

Technical Services Branch — reorganisation

Question

Wara li ġew mlaqqa' n-nies tat-Technical Services Branch nhar is-16 ta' Ottubru 2008, biex jagħtu kummenti tagħhom dwar dak li qiegħed idejjaqhom jew ifixxkilhom fil-qagħdi ta' dmirijiethom, tista' l-Ministru tgħid jekk din il-laqgħa kenitx parti mill-ippjanar tar-reorganisation? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid meta l-pjan għar-reorganisation ser jiġi konkluż u ppreżentat fil-Parlament? Tista' tgħid ukoll kemm s'issa saru konsultazzjonijiet mal-Unions tal-ħaddiema? Jekk fin-negattiv, tista' mela tgħid x'kienet ir-raġuni ta' din il-laqgħa? Min ta struzzjonijiet biex tiġi mgħajta, u x'ser isir bil-feedback li ngħata mill-ħaddiema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru kkomissjona rapport dwar l-operat tat-Technical Services Branch. Il-ħaddiema attendew għal laqgħa biex huma wkoll jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan l-eżerċizzju. Ir-rapport ser ikollu numru ta’ rakkommandazzjonijiet li jridu jiġu evalwati u meta jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet isiru l-konsultazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ bidliet li jkunu ser isiru.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Kintergarten Assisstants

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kwalifiki speċjalizzati fil-qasam tal-kindergarten assistants rikonoxxuti mid-Direttorati tal-Edukazzjoni għall-pożizzjoni ta' Kindergarten Assisstant? X'livell ta' rikonoxximent għandha kull kwalifika fil-qasam ta' Kindergarten Assisstant? Kemm saru s'issa korsijiet f'dan ir-rigward minn kull entità? Għaliex mhux kull kwalifika ingħatat l-istess weighting ta' rikonoxximent? Xi tfisser minn livell ta' rikonoxximent għal ieħor f'termini ta' salarju? Fl-aħħarnett, tista' tgħid il-kors organizzat speċifikament mid-Direttorati tal-Edukazzjoni għaliex ma ngħatax wieghting daqs dawk organizzati minn entitajiet oħra, meta huwa l-aktar wieħed intensiv u relevanti għall-ħtiġijiet tad-Direttorati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li għall-pożizzjoni ta’ Kindergarten Assistant I il-kwalifika meħtieġa biex persuna tkun ingaġġata f’dan il-grad hija il-Pre-School Education Certificate jew kwalifika xierqa komparabbli. Għall-pożizzjoni ta’ Kindergarten Assistant II il-kwalifika rikjesta hija l-MCAST-BTEC National Diploma in Early Years li għandha tinkludi l-Extended Training Programme organizzat mid-Direttorat għall-Kwalita u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE), jew kwalifika xierqa rikonoxxuta komparabbli oħra. Dan jirriżulta mill-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT li kien iffirmat f’Lulju 2007. Il-korsijiet f’dan ir-rigward s’issa saru hekk: MCAST-BTEC 4 korsijiet (2003-2005, 2004-2006, 2005-2007, 2006-2008)u kors ieħor (2007-2009)li għadu għaddej. Pre-School Education Certificate 10 korsijiet bejn 1993 u 2004. Kull kwalifika tiġi assessjata bl-istess kriterji u dan jgħodd ukoll għall-kwalifiki kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ Child Care Education . Ir-rikonoxximent jingħata skond il-kriterji stabbiliti mill-istituzzjoni fejn il-kwalifika tkun akkreditata. Il-kors li jingħata mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni inżamm bħala bench-mark għall-kwalifiki l-oħra kollha fis-settur. Kindergarten Assistant I ( Pre-School Education Certificate) jibda fuq l-iskala ta’ salarju 15 u wara ħames snin jitla’ għall-iskala ta’ salarju 14 u wara ħames snin oħra għall-iskala ta’ salarju 13. Kindergarten Assistant II (MCAST-BTEC National Diploma in Early Years + Extended Training Programme (tad-DKSE) jibda fuq l-iskala ta’ salarju 12 u wara ħames snin jipprogredixxi għall-iskala ta’ salarju 10. Dan kollu jirriżulta mill-ftehim li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-MUT f’Lulju 2007. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-paragrafu erba’ hawn fuq.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Ħaddiema tal-IPSL

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-valur tax-xogħol mwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati tal-Edukazzjoni, f'termini finanzjari kummerċjali minn Jannar 2004 sa Settembru 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-valur totali tax-xogħol mwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, f’termini finanzjari minn Jannar 2004 sa’ Settembru 2008 kien jammonta għal €1,744,147.

Skejjel Primarji u Sekondarji — absenteeism

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-livell ta' absenteeism fost l-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji matul l-aħħar sena, skola b'skola? Tista' tgħid x'passi ttieħdu biex jitnaqqas dan l-absenteeism?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li t-tabella annessa tipprezenta il-persentaġġ ta’ assenteizmu (mhux awtorizzat) f’kull skola (primarja u sekondarja) għal kull gurnata ta’ skola f’kull xahar waqt is-sena skolastika 2007-2008. L-iSchool Social Work Service għandu, bħala parti mix-xogħol prinċipali tiegħu, li jintervjeni f’kazijiet ta’ assenteizmu. Is-Social Workers jassessjaw il-kazijiet u jagħmlu zjarat fid-djar kif ukoll zjarat fl-iskejjel, biex jaraw x’ikun qiegħed itellef lill-istudent milli jattendi l-iskola. Wara jsiru l-interventi li jkun hemm bzonn għal kull kaz. Barra minn hekk, meta jkun possibli, isiru proġetti li jiffokaw fuq gruppi ta’ studenti speċifiċi, per ezempju, is-sena l-oħra kien hemm il-proġett ‘Absenteeism in Primary Schools – Summer Project’ u l-proġett ‘Project Chance 2007 – 2008’ li kien indirizzat għal drop-outs minn Form V. Meta l-ġenituri ma jikkoperawx, ma jkunx hemm soluzzjoni oħra ħlief li jittellgħu l-qorti. Ix-xogħol imsemmi hawn l’fuq jaqa’ taħt id-Direttorat għas-Servizzi tal-iStudent flimkien ma’ professjonisti oħra bħal kapijiet tal-iskejjel, guidance teachers, counsellors, psikoloġi, eċċ. Rendikont tal-livell ta’ assemteizmu fost l-istudenti tal-iskejjel primarji u skejjel sekondarji matul l-aħħar sena, skola b’skola qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Private training providers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2481 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports u li issa ġiet irreferuta lilu u jgħid x'passi se tieħu biex tiżgura li l-proċess tal-għażla tal-private training providers għal studenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST kien wieħed nadif, trasparenti u ġust u ġew użati l-kriterji stabbiliti f'kull stadju tal-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Offerta ta' flus lill-familja tat-tifla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija kontra persuni li ppruvaw joffru flus lill-familja tat-tifla Għawdxija ta' 14-il sena biex ma jieħdux passi legali kontra persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, li skond rapporti fil-media allegatament stuprawha? Min huwa dawn il-persuni involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi s-suġġett ta' din il-mistoqsija huwa relatat ma' proċeduri kriminali li għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ma nħossx li jkun opportun li wieħed jikkummenta f'dan l-istadju.