Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ dawk li ngħataw borża ta’ studju fl-iskema tal-gvern għal dawk li qed jagħmlu dottorat barra minn Malta? Kienu eliġibbli għal dawn il-boroz ta’ studji persuni Maltin li qed jgħixu barra minn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-persuni eliġibbli għal dawn il-Boroz ta’ Studju irid ikollhom jew ċittadinanza Maltija, jew il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu f’Malta.
Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq it-tliet diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni? Tista’ tikkonferma jekk humiex iffurmati kif tistipula l-liġi?
Kemm-il darba ltaqgħu dawn id-Diviżjonijiet mit-twaqqif tagħhom u kemm-il deċiżijoni dwar appelli ttieħdet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki ma jispeċifikax kemm u liema għandhom ikunu d-diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. Bħalissa qed issir rivalwazzjoni sabiex jiġi stabbilit kemm għandu jkun hemm diviżjonijiet u liema setturi għandhom ikopru.
Minkejja dan, il-Bord tal-Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki li taħtu jaqgħu dawn id-diviżjonijiet huwa xorta waħda kostitwit peress li l-membri kienu verbalment infurmati li għandhom ikomplu fil-kariga tagħhom, għalkemm qatt ma kien hemm il-ħtieġa li dan il-Bord jerġa’ jiltaqa’.
Kif tintemm ir-rivalwazzjoni tintbagħat ittra uffiċjali ta’ reappointment lit-tlett persuni msemmija.
Bord ta' l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki — Membri Maħtura
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq il-Bord ta’ l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni?
Jista’ għid jekk il-bord huwiex iffurmat kif tistipula l-liġi? Jista’ jikkonferma li ħadd fuq dan il-bord m'għandu konflitt ta’ interess u impediment li jkun fuqu kif stipulat bil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mistoqsija simili tpoġġiet ukoll lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema suġġetti hemm nuqqas ta’ għalliema fl-istituti kollha tal-MCAST? X’qed isir biex jinstabu għalliema f’dawn is-suġġetti biex l-istudenti ma jitilfux il-lezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-suġġetti li hemm nuqqas ta’ għalliema fihom huma: Personal Development, Teknoloġija ta’ l-Informatika u Matematika.
Fil-każ ta’ l-għalliema tal-Personal Development saru l-intervisti u se jissejħu l-kandidati li għaddew. L-intervisti għall-ghalliema fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika se jsiru fil-jiem li gejjin, filwaqt li fil-każ ta’ l-għalliema tal-Matematika ġie ippubblikat l-avviż u l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-ewwel ta’ Diċembru, 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema part-time fl-istituti kollha tal-MCAST u liema suġġetti jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ għalliema part-time fl-isitiuti kollha tal-MCAST jammonta għal 136.
Lista tas-suġġetti li jiġu mgħallma ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul din is-sena kien hemm 1) skrivani 2)eks-uffiċjali 3) eks-kapijiet ta’ skejjel li kellhom xi kuntratt mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa ntemm? X’kienu r-ragunijiet għat-tmiem ta’ dawn il-kuntratti? Fl-istess żmien kemm ingħataw kuntratti ġodda fl-istess oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul din is-sena kien hemm erba’ kuntratti li ntemmu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Grad
Numru
Skrivani
0
Eks-uffiċjali
3
Eks-Kap ta’ Skola
1
TOTAL
4
Dawn il-kuntratti ma ġewx imġedda jew għax il-persuna nvoluta kienet qed tagħmel xogħol speċifiku li issa ntemm, jew għax ix-xogħol li kienu qed jagħmlu qed isir minn uffiċjali permanenti.
Matul din is-sena ma ngħatawx kuntratti ġodda fl-istess oqsma.
Issa li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ilu mwaqqaf aktar minn tliet snin,tista' l-Ministru tgħid kemm-il Livell Nazzjonali għal Settur ta’ Żvilupp fil-qasam tax-xogħol ġew approvati u ppubblikati minn dan il-kunsill? Kemm kienet s’issa l-ispiża globali minn sena għal sena ta’ dan il-Kunsill u kemm kienet l-ispiża fuq safar? Minn kif qed jagħmel il-ħidma tiegħu dan il-kunsill, x’inhuma l-possibilitajiet li l-miri tan-National Reform Plan sejrin ikunu milħuqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ingħata €422,516.7 mill-Fond Soċjali Ewropew biex f’Jannar 2009 jibda proġett li se jwassal biex Malta jkollha Livell Nazzjonali għal disa’ setturi ta’ żvilupp fil-qasam tax-xogħol.
L-ispiża globali għas-snin 2005-2007 kienet kif ġej:
2005 € 7,295.6
2006 € 75,658
2007 €164,354
L-ispiża fuq safar ta’ uffiċċjali tal-MQC hi kif jidher hawn taħt:
2005 xejn
2006 €1,829.45
2007 €5,132.19
2008 €6,310
Parti sostanzjali minn din l-ispiża hi koperta mill-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki diġa’ qed jilħaq il-miri tan-National Reform Plan billi:
ħoloq il-Qafas Malti għall-Kwalifiki sostnut bil-pubblikazzjoni ta’ erbgħa volumi (
Valuing All Learning Vol I, II, III
) ta’ riċerka u informazzjoni kif ukoll publikazzjoni dwar il-Ħiliet Basiċi li jikkumplimentaw il-Qafas Malti tal-Kwalifiki;
nieda abbozz ta’ politika għall-valutazzjoni ta’ edukazzjoni informali u mhux formali
nieda
Passaporti
għall-edukazzjoni vokazzjonali
għin biex jinħoloq
School Leaving Certificate
ġdid li jikkorrispondi għad-deskrittur ta’ l-ewwel Livell tal-Qafas Malti għall-Kwalifiki
qed jirristruttura l-qasaf legali u amministrattiv tar-rikkonoxximent tal-Kwalifiki biex dan jikkorrispondi aktar għal-miri ta’ Lisbona.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' sick leave meħud mis-sezzjonijiet li jaqgħu taħt iż-żewġ Direttorati tal-Edukazzjoni, xahar b'xahar matul din is-sena, sezzjoni b'sezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont globali ta’ sick leave meħud mis-sezzjonijiet (man-days) li jaqgħu taħt iż-żewg Direttorati ta’ l-Edukazzjoni flimkien, xahar b’xahar, bejn Jannar u Settembru, 2008, hu kif jidher hawn taħt:
XAHAR
MALTA
GĦAWDEX
Jannar
6322
645
Frar
6196
572
Marzu
4138
451
April
6085
625
Mejju
6050
514
Ġunju
2897
321
Lulju
631
92
Awwissu
394
60
Settembru
827
92
Total
33,540
3,372
Ma tinżammx statistika separata għas-Sezzjonijiet.
B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2624 u jgħid x'wieġbet l-Awtorità dwar it-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kien hemm persuni akkużati bi stupru li:
a.) nżammu taħt
house arrest
b.) nżammu l-ħabs
sakemm instemgħu l-każi tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Sena
House Arrest
Inżammu l-Ħabs
Liberta' Proviżorja Normali
2004
1
2
2005
1
2006
1
2
2007
4
2008
10
1
Total
3
14
5
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena:
Kemm kien hemm drabi fejn sptarijiet privati li ssellfu apparat mediku mill-Isptar Mater Dei u x'kien dan l-apparat mediku?
Kemm kien hemm drabi fejn l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati u x'kien dan l-apparat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat matul din is-sena kien hemm 63 okkazzjoni meta sptarijiet privati issellfu apparat mediku mill-iSptar Mater Dei. Dan l-apparat mediku kien tal-Ortopedija, tal-Kardjologija, tad-Dentistrija, tan-Newrokirurġija, tal-Uroloġija, tal-Ġinekologija, tal-Oftalmoloġija, tal-ENT u tal-Kirurġija Plastika.
Matul l-istess perjodu l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati 14-il darba. L-apparat kien tal-Ortopedija, tal-Uroloġija u tal-Kirurġija.
Sptarijiet privati jissellefu apparat mill-Isptar Mater Dei
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jekk l-isptarijiet privati qed jissellfu b'xejn apparat mediku mill-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jispjega kif qed jitolbu ħlas mingħand il-klijenti tagħhom għall-użu ta' dan l-apparat mediku?
Response (DALLI, JOHN)
Kif diġa infurmajt lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2625 is-self ta’ l-apparat mediku bejn l-iSptar Mater Dei u sptarijiet privati isir bil-kundizzjoni li ma jfixkilx l-operat tal-partijiet rispettivi u mingħajr ħlas għall-ebda parti. Nifhem illi sptar privat jitlob ħlas għal servizz provdut u mhux għall-użu ta’ apparat mediku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-segretarji permanenti kollha jingħataw bonus addizzjonali għax żdiedilhom ix-xogħol minħabba li naqsu l-għadd ta’ ministeri? Jekk iva kemm hu mistenni li jkun dan il-bonus addizzjonali? Dan se jingħata lil kulħadd awtomatikament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żjieda fid-doveri ta’ kull uffiċjal naturalment tittieħed in konsiderazzjoni meta jkun qed jiġi kkalkulat il-Performance Bonus u l-Allowance ta’ kull uffiċjal fl-eżerċizzju oġġettiv ta’ evalwazzjoni li jsir kull sena.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex individwu, li qiegħed bħala imprest driver mal-gardening unitma ntalabx jirrifondi flus li huma dovuti lid-Direttorati tal-Edukazzjoni u li huma konsiderevoli, meta sa mill-1987 sa kmieni din is-sena kien qed jiġi mħallas bir-rata ta' imprest truck driver u minflok it-truck dan l-individwu fl-987 kien daħħal van? Biex tkompli taggrava s-sitwazzjoni, dan l-istess individwu jirrifjuta kontinwament li jgħabbi inġenji tal-ġardinara jew inkela skart goff bħal żbir tas-siġar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li malli d-Dipartiment konċernat sar jaf li kien qed ikun ipprovdut servizz ta’ van flok truck, saru l-arranġamenti meħtieġa biex titħallas ir-rata applikabbli.
Għandu jingħad li waqt li l-ispejjeż tal-fuel tat-trucks ma jkunux rifużi, is-sewwieqa li jipprovdu servizz ta’ van huma ntitolati għall-ħlas ta’ fuel użat fuq xogħol tal-Gvern. Fil-każ in kwistjoni kien stabbilit li l-individwu msemmi, għalkemm tħallas rata oghla, qatt ma tħallas tal-fuel li kien ikun intitolat għalih kieku tħallas bir-rata ta’ van.
Ma wasal l-ebda rapport li xi individwu irriffjuta li jagħmel xi xogħol li kien ordnat jagħmel.
Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż hemm pendenti ma' suppliers tal-ponsjetti u indoor plants in konnessjoni mal-perijodu tal-Milied 2007, meta nxtaw numru konsiderevoli ta' fjuri tal-ponsjetta u indoor plants, xi uħud minnhom għal prezz ta' madwar LM 20 li kienu ingħataw lil konstitwenti ta' persuna fil-Ministeru tal-Edukazzjoni bħala omaġġ għall-Milied?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru m’għandux kontijiet pendenti dwar is-suġġett imsemmi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm requisitions forms ġew preżentati matul din is-sena mill-gardening unit għal materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu u kemm minnhom ġew aċċettati? X'kienu ir-requests oġġett b'oġġett u kemm kien il-valur globali tagħhom? Min kienu s-suppliers u kemm intnefqu flus għand kull supplier?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul din is-sena ġew ippreżentati 45 requisition forms mill-Gardening Unit għall-materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu. Minnhom gew aċċettati 43.
Lista tar-requests oġġett b’oġġett, kemm kien il-valur globali tagħhom, min kienu s-suppliers u kemm intefqu flus għand kull supplier, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorat għas-Servizzi Edukattivi — gardening unit - ġardinara
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm s'issa hemm ġardinara mill-gardening unit taħt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li ġew ingaġġati mal-Kulleġġi? X'qed iżomm li aktar ġardinara ma jiġux detailed permanentement mal-kulleġġi kollha? Min jeħodha deċiżjoni bħal din?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ebda Kulleġġ ma għandu ġardinara allokati miegħu, għalkemm hemm xi ġardinara allokati ma’ xi skejjel. Il-ħsieb li dan isir qiegħed hemm u dan jiġi mwettaq fil-qafas tar-Riforma tal-Edukazzjoni. Din id-deċizjoni ittieħdet mid-direzzjoni tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Direttorati tal-Edukazzjoni — fondi allokat għal xiri ta' stores
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji ta' kemm hemm fondi allokati għal xiri ta' storesgħal użu tad-Direttorati tal-Edukazzjoni għas-sena 2008? Kemm diġà intnefqu minn din l-allokazzjoni u x'kienu l-affarijiet li inxtraw, oġġett b'oġġett? Kemm minn dak li nxtara tqassam u lil liema units?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammonti allokati għal stores u l-infieq minn dawn l-allokazzjonijiet għas-sena 2008 huma hekk:
ItemAmmont Allokat
€Ammont Minfuq
€
Operating Materials & Supplies 63,23053,121
Cleaning Materials & Supplies5,1804,804
Sundry Materials & Supplies8,5008,126
Stationery34,20026,265
IT Consumables9,6759,534
120,785101,850
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-listi ta’ l-affarijiet li nxtraw għad-Direttorati għall-Edukazzjoni, oġġett b’oġġett, kif tqassmu u lil liema units tqassmu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm flus ġew allokati għal safar din is-sena? Kemm intnefqu s'issa u f'liema destinazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għamlu użu minn dawn il-fondi u għal liema raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.