Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se jiżdiedu għall-iskejjel statali l-kontijiet tad-dawl u ilma skond it-tariffi l-ġodda mħabbra mill-Gvern? Kemm sar provvediment għal din iż-żieda fil-vot tal-Utilities għas-sena 2009? Kemm kienet in-nefqa fl-iskejjel statali f'dawl u ilma tul is-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed jinħadem pjan biex jitnaqqas il-konsum u tkun kontrollata n-nefqa. Meta dan jitlesta tiġi kkalkulata l-ispiża għall-2009.
Dan il-pjan ma jinkludix l-iskola Sekondarja tas-Subien Verdala, Kulleġġ Sta Margerita, u l-anqas l-iskola Sekondarja ta’ Pembroke, Kulleġġ Sta Klara, billi dawn se jagħmlu użu minn solar systems.
In-nefqa fl-iskejjel statali f’dawl u ilma tul is-sena 2008 kienet ta’ € 241,118.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi arretrati x'jitħallsu lill-iskejjel tal-knisja? Jekk iva, kemm hu l-ammont u meta se jitħallsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-arretrati dovuti lill-iskejjel tal-Knisja jammontaw għal €5,065,828.09 sal-2007. Minħabba reconciliations tal-ammonti dovuti kontra pagamenti li jkunu saru, s-somma tal-arretrati għall-2008 għada qed jinħadem.
Malta Qualifications Coucil — Vot 5226 - Estimi 2009
Question
Tista' l-Ministru tgħid fuqiex se jintnefqu €268,000 ivvutati fis-sena 2009 għall-Malta Qualifications Council? Għaliex ġew ivvutati kważi 28% iżjed mis-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, b’effett mit-18 ta’ Awwissu 2008, assorba fih ukoll iċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni u l-Uffiċċju tal-Koordinatur għal Rikonoxximent Reċiproku, żewġ entitajiet li sal-lum ma kellhomx vot apparti. L-impjegati taż-żewg entitajiet ġew ukoll assorbiti fil-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 fuq international memberships żdied għal €104,000 meta mqabbel ma' dak tas-sena 2008 li kien ta' €58,000? X'organizzazzjonijiet ġodda qed jieħu sehem fihom pajjiżna f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-allokazzjoni għall-2009 tirrifletti l-ħtiġijiet riveduti tal-2008 u kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni f’Subsidiary Bodies tal-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD).
Tista' l-Ministru tgħid fuqiex se jintnefqu €23,000 fuq Media Desk fis-sena 2009? Min se jitħallas minn dan il-vot u għal liema servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-MEDIA Desk fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huwa l-uffiċċju li jieħu ħsieb l-promozzjoni u l-ammistrazzjoni tal-programm Ewropew MEDIA. Fis-sena 2009, €23,000 se jintużaw biex jitmexxa dan l-ufficcju u ssir promozzjoni ta’ dan il-programm mas-settur awdjoviżiv.
Students' Maintenance Grant — Vot 5364 - Estimi 2009
Question
Tista' l-Ministru tgħid għal liema studenti u f'liema istituzzjonijiet edukattivi, u kemm studenti f'kull qasam se jieħdu mill-ammont ta' €21,007,000 ivvotati għas-sena 2009 bħala Students' Maintenance Grant? Għaliex żdiedu b' €1,673,000 mis-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li għas-sena finanzjarja 2008, il-vot oriġinali għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti kien jammonta għal €19,334,000 li aktar tard kien supplimentat b’€378,966 għall-ammont totali ta’ €19,712,966.
Għas-sena finanzjarja 2009, il-vot għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti hu ta’ €21,007,000. Mill-estimi wieħed jista’ jinnota li l-vot 55065027 li kien ikopri it-Technicians Apprentice Scheme (TAS) u l-vot 55065245 li kien ikopri l-Extended Skills Training Scheme (ESTS) ma għadhomx jidhru. Il-flus ta’ dawn iż-żewġ voti ġew amalgamati fil-vot għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti billi l-amministrazzjoni tal-fondi ta’ dawn iż-żewġ skemi ta’ apprendistat isir ukoll mill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti.
Meta wieħed iqis dan l-element isib li l-vot reali li jidher taħt Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti żdied b’€522,148 liema ċifra tirrapreżenta żieda ta’ 3% fuq is-sena l-oħra u trid tagħmel tajjeb għaż-żieda fin-numru ta’ studenti li se jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment is-sena d-dieħla.
L-istudenti li llum jirċievu għotja ta’ manteniment jinqasmu hekk:
SENA AKKADEMIKA 2008-2009
Istituzzjoni Edukattiva
Sena
Studenti
Sena
Studeni
Junior College
1
1423
2
1243
Higher Secondary School
1
566
2
360
MA Refalo (Gozo)
1
246
2
215
St. Aloysius College
1
217
2
217
De La Salle College
1
136
2
132
St. Martin’s College
1
43
2
40
University of Malta
5645
MCAST (Full Time)
3333
Apprentices
600
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2978 u jgħid meta se jiġu ssettjati t-tariffi ġodda tal-ilma u d-dawl, x'attenzjoni ser tingħata biex b'miżuri prattiċi ma jinħoloqx faqar ġdid, dak li jissejjaħ faqar tal-enerġija, imkejjel li f'pajjiżi oħra meta familji jkollhom jonfqu sa 10% jew iżjed mid-dħul tagħhom fuq prezzijiet tal-prodotti u servizzi enerġetiċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma jidhirlix li l-premessa tal-Onor. Interpellant hi korretta neċessarjament apparti li hi ipotetika.
L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri Privati - IT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2979 u jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Tista' l-Ministru tispjega kif waqt li l-vot fuq t-trasport fis-sena 2008 kien €93,000, se jitla' għal €118,000 għas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iż-żjieda fit-trasport hija dovuta primarjament għaż-żjieda ta’ l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. Meta ġew ippreżentati l-estimi Finanzjarji ta’ l-2008, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ma kellux Segretarju Parlamentari.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq Professional Services għas-sena 2009 kiber b'iżjed minn erba' darbiet minn dak għas-sena 2008? Fl-2009 min se jitħallas minn dan il-vot, kemm se jitħallas u għal liema servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ivvutat għall-2009 huwa bbażat fuq l-ispiża attwali fl-2008 u l-ispejjeż ġodda fil-Ministeru jaf bihom (forseen expenditure).
Barra minn dan, hemm iż-żieda ta’
Cost Centre
ġdid għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport. L-allokazzjoni taħseb wkoll għaż-żieda fin-numru ta’ eżamijiet u r-rati li jitħallsu lill-eżaminaturi.
Matul l-2009, minn dan il-vot se jitħallsu l-ispejjeż għal servizzi legali, mediċi,
accountancy,
awditjar u servizzi professjonali oħra skond il-ħtieġa. Ma jistax jingħad minn issa min se jitħallas minn din l-allokazzjoni.
Information services — Vot 29 - Estimi 2009 Ministeru
Question
Tista' l-Ministru tgħid fuqiex huwa mistenni li jintnefqu l-€136,000, Information Services għas-sena 2009 u għaliex żdiedu b'46% mis-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ispiża fuq l-Information Services għas-sena 2009 mistennija tkun fuq: reklamar, pubblikazzjonijiet, fieri u esebizzjonijiet.
Iż-żieda fl-ammont fuq l-Information Services għas-sena 2009 hija primarjament dovuta għall-materjal ta’ informazzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport mit-taqsima taż-Żgħażagħ.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 fuq Office Services tela' għal €106,000 meta mqabbel ma' €70,000 tas-sena 2008? Fuqiex huma maħsuba li jintnefqu dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ż-żieda fil-Vot fuq Office Services hija primarjament dovuta għaż-żieda tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari. Dawn il-flus jintefqu kif indikat f’paġna 2 tal-Financial Estimates 2009, ippublikat mill-Budget Office.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq travel minn €49,000 fl-2008 se jitla' għal €83,000 fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li iż-żieda fil-Vot fuq Travel għas-sena 2009 hija dovuta primarjament għall-inklużjoni ta’ Cost Centre għas-Segretarjat Parlamentari għaz-Żgħażagħ u Sport.
Skejjel tal-Knisja — Vot 5024 - Programmes and Initiatives
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 għall-iskejjel tal-Knisja tela' għal €33 miljun meta fis-sena 2008 kien ta' €29,816,000? Għaliex ġew ivvutati €3,184,000 iżjed? Hemm xi arretrati li jridu jitħallsu lill-iskejjel tal-Knisja? Jekk iva, kemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-vot tela’ għal €33 miljun wara li ttieħdu in konsiderazzjoni:
1. iż-żieda fil-pagi skond il-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Gvern għall-perjodu 2005-2010;
2. l-
increments
dovuti lill-i
staff
;
3. iż-żieda ta’
staff
skond il-ftehim mal-Knisja;
4. l-ispejjeż ġenerali minn sena għal oħra.
Kontinwament issir rikonċiljazzjoni ta’ l-ammonti dovuti kontra l-pagamenti li jkunu saru biex l-aġġustamenti neċessarji isiru fis-snin ta’ wara.
Tista' l-Ministru tgħid kif huwa ppjanat li jintnefqu l-€438,000 ivvutati għal Child Care Centres tul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-somma ta’ €438,000 ivvutati għal Childcare Centres tul is-sena 2009 hija maħsuba sabiex tkopri r-rikurrent tal-iSmart Kids fil-Kottonera u f’B’Kara u l-iSmart Kids il-ġdid li se jibda jopera fil -Qawra inkluż il-pagi tal-impjegati f’dawn iċ-Ċentri.
Minn dan il-vot jiġu koperti wkoll xi spejjeż rikorrenti fiċ-
Childcare Centres
ta’ Ħal-Luqa, il-Għargħur u Raħal Ġdid.
Fondi oħra jridu jintefqu sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa sabiex jitlestew
childcare centres
ġodda li ser jinfetħu matul is-sena li ġejja, fosthom dak li ġie identifikat fis-Siġġiewi.
Restructuring — Public Broadcasting Services - Vot 5438 - Estimi 2009
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex huwa ppjanat li jintnefqu l-€747,000 ivvutati għal restructuring of Public Broadcasting Servicesgħas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ta’ €747,000 ivvutati għar-restructuring tal-Public Broadcasting Services Ltd. għall-2009 huwa kontinwazzjoni ta’ pagamenti mis-sena 2004 kif ġej:
Salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u
bonuses
ta’ impjegati
redeployed
.
Skemi A u B ta’ irtirar kmieni – pagamenti ta’ żewġ terzi tas-salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u
bonuses
lil dawk l-impjegati li ħadu l-imsemmija skemi fl-2004.
Tista' l-Ministru tgħid liema inizjattivi edukattivi ġew finanzjati min dan il-vot tul is-sena 2008? Kemm ingħatat flus kull inizjattiva u xi kriterji ntużaw biex jingħataw dawn il-fondi? Liema inizjattivi se jiġu finanzjati tul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Contractual Services — Vot 30 - Estimi 2009 Ministeru
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq Contractual Services għas-sena 2009 iżjed minn irdoppja mis-sena 2008? Min qed jitħallas minn dan il-vot u kemm qed jitħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ż-żieda fil-vot tal-Contractual Services hija prinċipalment dovuta għall-inklużjoni ta’ Cost Centre għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pagamenti li saru minn dan il-vot matul l-2008.