Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-MCAST kienx suġġett għall-multi jew penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT mill-2008 sal-lum? Jekk dan hu l-każ, tista' tagħti d-dettalji dwar dawn il-multi jew penali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-multi u l-penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT li l-MCAST kien suġġett għalihom mill-2008 sal-lum huma dawn:
26/5/11 €200 Late return submission - CIR
10/01/12 €50 Additional Tax & Interest - CIR
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri ta’ kemm irriżenjaw lecturing staff kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, eskluż irtirar bl-età, mill-MCAST, sena b’sena, minn meta twaqqaf il-kulleġġ sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mis-sena 2007 sal-lum qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-snin preċedenti bejn 2001 u l-2006, minħabba li l-informazzjoni trid tinġabar manwalment u titħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni l-oħra mitluba se tingħata ‘l quddiem.
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, minn mindu twaqqaf l-MCAST sal-lum, kemm ingħataw kuntratti definiti għal lecturing posts, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, u kemm minnhom ma ġewx imġedda għal bażi indefinita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li dan ix-xogħol irid isir manwalment u jieħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.
Università ta' Malta — assciate professor jew professor - lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni
Question
Tista' l-Ministru, mingħajr ma semmi ismijiet ta' individwi, tagħti lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni għall-gradi ta' associate professor jew professor fl-Università ta' Malta minn Jannar 2006 'il quddiem u jgħid f'kull każ:
a) minn liema fakultà, istitut jew ċentru kien l-applikant;
b) għal liema grad kienet l-applikazzjoni;
ċ) id-data meta l-università rċeviet l-applikazzjoni;
d) jekk sal-lum l-applikant rċeviex risposta finali dwar l-eżitu tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha; u
e) f'każ li l-applikant irċievu risposta finali:
i) id-data li fiha l-applikant ingħata risposta dwar l-eżitu tal-applikazzjoni; u
ii) jekk l-applikazzjoni kinetx pożitiva jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk dawn il-kumpaniji sussidjari tal-MCAST hux qed joperaw bi profitt, u jekk qed jagħmlu qligħ x’qed isir minnu? Tista' tikkonferma jekk id-diretturi jew persuni f’karigi għolja f’dawn il-kumpaniji jew entitajiet humiex jieħdu parti mill-profitti jew qligħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-rapporti finanzjarji awditjati għall-perjodu li għalaq fil-31/12/09 u għas-sena li għalqet fil-31/12/10 il-kumpanija sussidjarja tal-MCAST, l-MCAST Gateway to Industry Ltd kellha profitt. Il-profitti kollha jiġu ttrasferiti fir-riservi tal-kumpanija. Qatt ma sar tqassim ta’profitti lid-diretturi jew persuni oħra f’karigi għolja f’din il-kumpanija.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk dawn il-kumpaniji jew entitatjiet sussidjari tal-MCAST, kemm ilhom imwaqqfa kenux suġġetti għall-multi jew penali mid-Dipartimenti tat-Taxxa jew tal-VAT?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni fuq is-salarju kif ukoll kull kumpens finanzjarju inkluż fringe benefits, allowances, ħlas jew kwalunkwe kumpens finanzjarju jew ta’ xorta oħra li għandhom dawn il-persuni fl-MCAST:
a) Iċ-Chairman tal-Board of Governors tal-MCAST; u
b) Membri ohra tal-Board of Governors tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Minstru tgħid jekk tinżammx attendenza tal-laqgħat tal-Board of Governors tal-MCAST? Jekk tinżamm attendenza, tista' tingħata l-attendenza tal-membri preżenti tal-bord mid-data tal-appointment tagħhom sal-lum? Jekk ma tinżammx attendenza, tista' tingħata raġuni l-għala ma tinżammx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Minuti ta’ kull seduta tal-laqgħat tal-Bord tal Gvernaturi titniżżel l-attendenza.
Dawn huma l-attendenzi tal-Membri tal-Bord mill-02.11.10, l-ewwel seduta minn meta nħatar il-President il-ġdid tal-Bord.
Joseph Farrugia 100%
Tonio Portughese 75%
Helga Ellul 94%
Phyllis Farrugia 81%
Michael J Mallia 56%
Jonathan C Borg 81%
Anne Marie Callus 88%
Sue Vella 81%
Francis Fabri 69%
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-karigi u rimunerazzjoni - inkluż kull salarju, kumpens, allowance, fringe benefits u benefiċċji ta’ kull xorta li għandhom il-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tinforma jekk fl-MCAST hemmx impjegati kemm fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jagħtu xi forma ta’ servizz bi ħlas jew kwalunkwe kumpens li huma qraba ta’ dawn il-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fl-Amministrazzjoni tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm biss każ wieħed fejn instab li hemm impjegata li hija qariba ta’ wieħed mill-persuni msemmija fl-istess mistoqsija. Dan kien każ partikolari ħafna, fejn għalliema tal-Kulleġġ waqfet taħdem minħabba leave tal-maternita’ fl-aħħar 10 ġimgħat ta’ din is-sena akkademika.
Meta nħolqot din il-ħtieġa, il-Kulleġġ analizza l-lista tal-għalliema kollha li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet li nħarġet pubblikament biex jinstabu għadd ta’ għalliema ‘part-time’ f’suġġetti differenti. Madankollu, l-uniku wieħed minnhom li seta’ jagħti sigħat ta’ xogħol matul il-ġurnata (fil-ħinijiet tal-lezzjonijiet tal-korsijiet ‘full-time’) fis-suġġett involut, ikkonferma fl-applikazzjoni tiegħu li ma kellux l- esperjenza meħtieġa fit-tagħlim tas-suġġett involut.
Meta kien konfermat li ħadd minn dawk li applikaw ma seta’ jiġi impjegat għal dan it-tagħlim, ġew avviċinati xi persuni li għandhom ir-rekwiżiti neċessarji għal din il-ħidma temporanja fil-ħinijiet meħtieġa. Kien hawnhekk li ġiet avviċinata l-persuna imsemmija, li hija għalliema irtirata b’esperjenza kbira fis-suġġett, biex fuq insistenza tal-Kulleġġ tagħti dawn il-lezzjonijiet sakemm tispiċċa s-sena akkademika u b’hekk l-istudenti ma jiċċaħdux mit-tagħlim li kellhom bżonn biex itemmu s-sillabu tagħhom fil-ħin u joqogħdu għall-ezamijiet tal-aħħar tas-sena.
L-impjieg ‘part-time’ temporanju ta’ din il-persuna jintemm fl-aħħar ta’ Ġunju, hekk kif tispiċċa s-sena akkademika.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk fil-faċilitajiet tal-MCAST kellux jinbena hangar biex l-istudenti jagħmlu prattika fuq it-tiswija tal-ajruplani? Jekk il-Ministru tikkonferma, tista' tagħti r-raġuni għala dan il-hangar baqa’ ma sarx fil-faċilitajiet tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST kien oriġinarjament ippjana li jibni ‘hangar’ fil-Kampus Ewlieni tal-MCAST, f’Raħal Ġdid, biex fih iżomm ajruplan żgħir li l-MCAST juża għat-taħriġ tal-istudenti.
Madankollu, xi xhur ilu, l-Kulleġġ talab lil għadd ta’ MROs (Aviation Maintenance and Repair Organisations) biex jassistu lill-MCAST billi jipprovdu taħriġ fuq il-lant tax-xogħol lill-istudenti, biex dawn ikunu jistgħu jakkwistaw il-prattika u l-esperjenza meħtieġa. Ħafna MROs laqgħu t-talba tal-MCAST u saħansitra offrew li jagħtu dan it-taħriġ mingħajr ħlas. Xi drabi, l-akbar diffikulta’ li kienu jiltaqgħu magħha l-MROs kienet in-nuqqas ta’ ajruplan li fuqu l-istudenti jkunu awtorizzati jagħmlu taħriġ. Għalhekk, ġie deċiż li l-ajruplan żgħir tal-MCAST jinżamm fl-Ajruport ta’ Ħal Luqa, biex dawn id-diffikultajiet jissolvew waqt li jiġi żgurat li l-istudenti qed jieħdu l-aħjar taħriġ possibli.
Fid-dawl ta’ dan, l-MCAST ħass li l-bini ta’ dan il-‘hangar’ fil-Kampus tal-MCAST m’huwiex neċessarju f’dan il-mument hekk kif l-istudenti xorta waħda qed jirċievu taħriġ ta’ kwalita għolja fuq il-lant tax-xogħol.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk studenti full-time tal-MCAST humiex jintbagħtu biex jattendu għal-lezzjonijiet għand kuntratturi jew kumpaniji privati li ġew subcontracted jew imqabbda mill-MCAST għal dan il-għan minflok li jattendu għal-lezzjonijiet fl-istituti rispettivi tagħhom u r-raġunijiet għala dan sar jew qed isir, kors b’kors, kemm ilu mwaqqaf l-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ studenti ‘full time’ tal-Kulleġġ jintbagħtu għal lezzjonijiet għand xi kumpaniji ta’ taħriġ privati li ġew ‘sub-contracted’ jew imqabbda mill-MCAST għal dan il-għan. L-ingaġġ ta’ dawn il-kumpaniji sar taħt wieħed mill-programmi tal-MCAST ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-UE, li kellu l-għan li jżid ir-riżorsi ta’ tagħlim meħtieġa biex jilqa’ għaż-żieda sostanzjali ta’ żgħażagħ Maltin li jagħżlu karriera fis-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT). B’hekk l-MCAST ingħata r-riżorsi meħtieġa biex joffri taħriġ lil aktar studenti minn kemm kieku seta’ joffri mingħajr din l-għajnuna.
Il-korsijiet li fihom l-istudenti qed jattendu għal xi lezzjonijiet għand kumpaniji privati imqabbda mill-MCAST huma:
- Foundation Certificate in Computing,
- First Diploma in Computing,
- National Diploma in Computing (Software), u
- National Diploma in Computing (ICT Systems Support).
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kumpaniji sussidjarji tal-MCAST u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tad-diretturi u/jew shareholders ta’ dawn il-kumpaniji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandu kumpanija waħda sussidjarja, l-MCAST Gateway to Industry Ltd. L-ismijiet tad-diretturi u shareholders ta’ din il-kumpanija huma dawn:
Diretturi
Maurice Grech
Emanuel Attard
Vince Maione
Helga Pizzuto
Shareholders
Malta College of Arts, Science and Technology
Maurice Grech
Is-Sur Clive Demicoli waqaf jokkupa il-kariga tiegħu ta’ direttur f’din il-kumpanija. Postu se jittieħed minn Dr Lorna Buttiġieġ.
Tista' l-Minisru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts ta’ dawn il-kumpanjij jew entitajiet sussidjarji tal-MCAST minn mindu twaqqfu sallum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar ir-rimunerazzjoni jew kull tip ta’ ħlas, kumpens, allowance, fringe benefits jew benefiċċju li għandhom iċ-chairman, diretturi u/jew dirigenti ta’ dawn il-kumpaniji jew etitajiet sussidjarji tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-chairman, diretturi u/jew diriġenti tal-kumpanija sussidjarja tal-MCAST, l-MCAST Gateway to Industry Ltd ma jirċievu l-ebda forma ta’ rimunerazzjoni jew ħlas, kumpens, allowance, fringe benefits jew benefiċċju mill-istess kumpanija għas-servizzi li huma jagħtu lill-istess kumpanija.
Skejjel statali — btieħi u grounds li għadhom bis-cement jew art iebsa tar-ramel
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull skola statali f'Malta li l-bitħa/ground tagħhom għadu bis-cement jew b'art iebsa tar-ramel? Meta hemm il-ħsieb li l-art tinkesa b'mod li ma tkunx iżjed perikoluża għat-tfal meta jilagħbu fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti rreġistraw għall-foundation course tal-MCAST u kemm minnhom temmew b’suċċess il-foundation course għal kull sena li ilu jsir dan il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-istudenti li rreġistraw għall-foundation course temmew xi kors full-time jew għadhom isegwu kors full-time fl-MCAST, sena b’sena kemm ilu jsir il-foundation course
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li dan ix-xogħol irid isir manwalment u jieħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti rreġistraw għal korsijiet full-time fl-MCAST u kemm minnhom temmew b’suċċess il-kors li bdew, kors’ b’kors, minn kemm ilu jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.