Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża tal-ikel għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal ġurnata waħda? Jista’ jindika l-menù ta’ ġurnata tipika u jekk hemmx xi Ċentri fejn l-ikel jiġi ppreparat fiċ-Ċentru stess, flimkien mal-klijenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bil-kundizzjoni tal-awtiżmu fl-iskejjel tal-Istat? Fiex jikkonsisti s-servizz mogħti mill-Autism Spectrum Disorder Support Team?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 666 studenti b’awtizmu fl-iskejjel ta’ l-Istat.
L-għan tal-Autism Spectrum Support Team huwa li jsaħħaħ il-ħiliet tal-edukaturi u tal-ġenituri biex jaffaċċjaw il-bżonnijiet edukattivi individwali tat-tfal b’awtiżmu, li jiffaċilita t-tagħlim, li jgħin fl-iżvilupp soċjali u ta’ mġiba, u li jkabbar l-abbiltajiet tal-istudenti fl-ambjenti tal-mainstream.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4613, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija SAPPORT?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament, is-servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija Sapport b’kollaborazzjoni mal-Inspire, jingħata lill-adulti li għandhom diżabilità intellettwali severa.
Dan is-servizz jingħata għal ħames siegħat kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgha. Il-klijenti jirċievu diversi servizzi ta’ terapija, li jinkludu
physiotherapy, occupational therapy, speech & language pathology
u
hydrotherapy
. Dawn il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn servizzi ta’ terapija fil-
multisensory room.
Il-klijenti jiġu ssapportjati wkoll sabiex jipparteċipaw f’diversi attivitajiet varji, bħal xogħol bl-idejn, xogħol ta’ fuħħar, tisjir,
human-animal interaction,
mużika, kif ukoll l-użu tat-teknoloġija tal-informatika.
Il-klijenti li jagħmlu użu minn dan is-servizz, jiġu provduti b’servizz individwalizzat.
Drittijiet tal-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma d-drittijiet tal-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-drittijiet, kif ukoll id-dmirijiet, tal-ġenituri huma dawk li jinsabu fl-Att dwar l-Edukazzjoni Kap 327 tal-Liġijiet ta' Malta.
Universita’ ta’ Malta: Spiża tal-korsijiet mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża fuq kull kors mogħti mill-Università ta’ Malta? Kemm hemm studenti li qed jattendu fuq kull kors mogħti mill-Università?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li lista bin-numri ta’ studenti kurrenti li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista hija maqsuma skont il-kors li l-istudenti qed isegwu bħalissa. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni mill-Università ta’ Malta.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL1671 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 114 nhar it-Tnejn 21 ta' Mejju 2018)
Attachments:PQ 4591 - studenti kurrenti fl-Università ta’ Malta skont il-kors.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa totali għal kull sena għal kull student li jattendi l-iskejjel primarji mmexxija mill-Istat? X’qed tinkludi din in-nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2017, in-nefqa għat-teaching staff fl-iskejjel primarji tal-Istat kienet ta’ €1,911.94 kull student. Din iċ-ċifra tinkludi s-servizzi ta’ LSAs u tas-superviżjoni.
Family Clinics: Incredible Years Parenting Programme
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3874, jista’ l-Ministru jindika aktar dwar fiex jikkonsisti l-intervent terapewtiku li huwa bbażat fuq l-Incredible Years Parenting Programme? X’għandu wieħed jagħmel biex jingħata dan is-servizz mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Incredible Years Parenting Programme, li jiġi offrut mill-Home Based Therapeutic Services(HBTS), huwa programm illi jgħin lill-familji vulnerabbli, jaddottaw trobbija pożittiva meta jkunu qed irabbu lil uliedhom. Hekk kif l-bżonnijet tat-tfal ivarjaw skont l-eta` tagħhom, l-programm jaddatta skont dawn in-neċessitajiet. Il-programm joffri bejn wieħed u ieħor, 18-il sezzjoni u juża diversi metodi biex jgħin lill-ġenituri jitgħallmu aktar dwar trobbija pożittiva, fosthom role plays u diskussjonijiet ibbażati fuq video clips. Il-ġenituri jingħatalhom tgħarif bil-miktub dwar x’ikunu iddiskutew u anke` jkunu mħeġġa jieħdu sehem f’attivitatjiet speċifiċi mat-tfal tagħhom bejn sezzjoni u oħra.
Dan il-programm bħalissa qed jingħata lill-familji li jkunu ġew referuti minn servizzi oħra tal-Fondazzjoni, b’mod partikolari miċ-
Child Protection Services
, u
Looked After Children
. Minħabba d-diffikultajiet illi l-familji vulnerabbli jkunu qed jgħaddu minnhom, u d-diffikulta` li dawn il-familji jsibu sabiex jattendu għall-appuntamenti barra mid-dar tagħhom, dan il-program jiffokka fuq l-individwu u jaħdem mal-familji ġewwa d-dar tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Lifelong Inclusion Unit fi ħdan l-Aġenżija Sapport u x’għandhom jagħmlu l-persuni b’diżabilità biex jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Lifelong Inclusion Unit, hija parti minn proġett illi tħabbar fil-Baġit għall-2018. Dan il-Unit, ser ikun qed joffri servizzi individwalizzati, għat-tfal kif ukoll għall-adulti, waqt li joffri wkoll sapport lill-familjari skont il-b¿onnijiet tagħhom. Dan il-Unit fi ħdan l-Aġenzija Sapport, huwa intenzjonat illi jinkludi tim multi-dixxiplinarju, kompost minn professjonisti ġejjin minn diversi oqsma, sabiex il-persuni b’di¿abilità u l-familjari tagħhom jingħataw servizz ħolistiku, b’mod kontinwu.
Hekk kif il-proġett għadu fil-fa¿i inizjali tiegħu, l-Aġenzija Sapport qed taħdem fuq il-kriterji ta’ eliġibilità u proċeduri ta’ kif wieħed jista’ jibbenefika mis-servizzi, li ser ikunu qed jiġu offruti minn dan l-Unit. Aktar tagħrif dwar dan l-Unit ser ikun jista’ jingħata aktar ‘l quddiem.
Skema JESS u Sheltered Employment għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) u Sheltered Employment għall-persuni b’diżabilità u kif wieħed jista’ japplika biex jirċievi dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-għan tal-Jobs Enhancing Skills Scheme (JESS) huwa li tipprovdi taħriġ u job placements lil persuni b’diżabilità, fl-etajiet bejn is-16 u l-55 sena, li l-uniku dħul tagħhom huwa l-pensjoni tad-diżabilità. Din l-iskema tinkludi siegħat ta’ taħriġ u 20 siegħa xogħol fil-ġimgħa, sa massimu ta’ sentejn, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-opportunita` jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol, f’dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet non-governattivi, akkumpanjati minn job coaches li jservu ta’ gwida u sapport matul l-iskema. Fil-preżent l-applikazzjonijiet ta’ din l-iskema qed jiġu assessjati u pproċessati. Fi tmiem l-iskema, il-benefiċjarji jingħataw ċertifikat ta’ profeciency, illi juri li temmew b’suċċess it-taħriġ u x-xogħol assenjat lilhom.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iskema imsemmija laħqet in-numru li kien ppjanat illi nilħqu bħala applikanti, u għalhekk mhux qed jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet fil-preżent.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema Sheltered Employment, mhijiex skema li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, iżda hija fir-responsabilita’ ta’ Jobs Plus.
Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji – flus miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji ġabret matul is-snin 2014 – 2016? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’dan id-Dipartiment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, huwa kkalkulat illi d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, ffranka madwar €3,832,000 fis-sena 2014, €4,228,000 fis-sena 2015 u €4,020,000 fis-sena 2016.
Ta’ min iżid li l-isem tad-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji issa ġie mibdul. L-isem il-ġdid huwa Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji fi ħdan id-Diviżjoni għall-Osservanza u Investigazzjonijiet.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, bħalissa hemm 13-il impjegat jaħdmu f’dan id-Direttorat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi mħarrġa fil-qasam tas-saħħa mentali fil-Ministeru tiegħu? Kemm kellhom klijenti/pazjenti matul is-sena 2016? X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 15 -il psikologu li jaħdmu fis-Servizzi Psikoloġiċi. Dawn il-psikologi huma kollha mħarrġa fil-qasam tas-saħħa mentali. Sabiex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz hemm diversi mezzi.
Servizzi fil-komunita' jistgħu jiġu utilizzati billi wieħed jagħmel ticket of referral mingħand tabib tal-familja u b'hekk jaċċessa il-GP services. Il-pazjenti li jużaw il-POP u l-Mental Health Clinics jistgħu jiġu referuti għand il-psikologu permezz ta’ referral mingħand psikjatra.
Servizzi fl-isptar mentali: Il-pazjent jiġi riferut mill-psikjatra kuranti. L-aċċess għas-servizz psikoloġiku għat-tfal u ż-żagħżagħ (fi ħdan ic-Child and Young People's Service) huwa permezz ta' referral mill-Konsulent Psikjatra.
Servizzi fl-isptar Karen Grech: Il-pazjent jiġi riferut mill-Allied Health Professionals, mill-Konsulent kuranti, kif ukoll direttament mill-psikologu. Fil-każ tas-servizz ta’ Staff Support il-persuna tirreferi lilha nnfisha sabiex tkun tista’ tagħmel użu minn dan is-servizz.
Dar Kenn għal Saħħtek: Ir-resident jkun jista’ jiġi riferut mill psikjatra kuranti u/jew mill-Allied Health Professional u/jew direttament mill-psikologu.
Servizzi f’l-isptar Mater Dei. Il-pazjent jiġi riferut mill-konsulent kuranti tiegħu kif ukoll mill-Allied Health Professionals. Fil-każ tas-servizz ta’ Staff Support il-persuna tirreferi lilha nnfisha għal dan is-servizz.
Ninfurmah ukoll illi fl-2016 kien hemm 3,132 pazjent li għamel użu mis-servizzi Psikoloġiċi
Servizzi ta’ Assistant Psychologists fil-qasam tas-saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm offrew sessjonijiet fi gruppi l-Assistant Psychologists lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Fiex kienu jikkonsistu dawn is-sessjonijiet u fejn saru dawn is-sessjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 saru 341 sessjoni fi gruppi mill- Assistant Psychologists. Dawn is-sessjonijiet kienu jinkludu Psycho-education għal diversi tipi ta’ nies bi problemi differenti, saħansitra għal ġenituri ta’ tfal bi problemi ta’ saħħa mentali u ta’ mġieba, Assertiveness Training, EMDR interventions for Post-Traumatic Stress Prevention u interventi psikoloġiċi għas-support staff post trauma. Dawn is-sessjonijiet saru f’diversi postijiet fosthom fl-isptar Monte Carmeli, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fl-isptar Mater Dei u fil-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Nefqa fil-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità fis-sena 2016?
Nefqa fis-sodod fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Monte Carmeli
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji dwar kemm tiswa ta’ kuljum sodda fl-Isptar Mater Dei u sodda fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-isptarijiet Mater Dei u Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29959 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma dwar il-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu sabiex il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bżonn ta’ kura psikjatrika tkun tista’ tiżdied? Se jinfetħu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum speċjalment għal dawk il-persuni li jbatu mis-solitudni? Jekk iva, fejn se jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri l-ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet u l-pjanijiet jinsabu għaddejjin sabiex b’hekk tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi problemi ta` saħħa mentali fil-komunità speċjalment dawk li jgħixu fiż-żona tat-tramuntana ta `Malta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz ta’ respite matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu ftehim mar-Richmond Foundation li jkopri s-snin 2016 sa l-2018 sabiex jingħata s-servizz ta’ respite f’Villa Chelsea lill-persuni bi problema ta’ saħħa mentali skont il-ħtieġa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm tfal matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija, li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali? Kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien? Jista’ jindika l-età tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 u fl-2016 kien hemm 150 tfal ( 72 subien u 77 bniet) li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali u l-età tagħhom tvarja minn 7 sa 18 –il sena.
Ninfurmah ukoll illi f’Ġunju tal-2016 twaqqfet is-sezzjoni tal-CAPES (
Child and Adolescent Psychiatric Emergency Services
) ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Wied il-Għajn – Benefiċċji Soċjali għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn li jew jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità, jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn u li qed jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta huwa kif ġej :
Assistenza/
Allowance
Residenti f’Wied il-Għajn
Allowance
għat-Tfal b’Diżabilità (DCA)
53
Assistenza Diżabilità Severa (SDA)
83
Assistenza għal Diżabilità (DA)
1
Assistenza Mizjuda Diżabilità Severa (ISDA)
3
Assistenza Persuna B’Vista Batuta (BLD)
2
Total
142
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru delitti f’Malta u f’Għawdex bejn l-1996 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jaqsamhom f’każijiet solvuti u dawk li mhumiex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 1996 u l-25 ta' Ottubru 2017 id-delitti li seħħew f’Malta u f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella li tidher hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll id-delitti li ġew solvuti u dawk li sal-lum għadhom mhux solvuti'.
Każijiet ta' omiċidji mis-sena 1996 sal-25 ta' Ottubru 2017
Sena
Każijiet
Vittmi
Solvuti
Mhux Solvuti
1996
6
7
5
1
1997
3
3
1
2
1998
6
6
6
0
1999
10
11
6
4
2000
4
6
4
0
2001
7
8
6
1
2002
6
6
5
1
2003
0
0
0
0
2004
7
7
7
0
2005
4
4
4
0
2006
0
0
0
0
2007
4
4
3
1
2008
6
6
3
3
2009
4
4
3
1
2010
4
4
3
1
2011
3
3
2
1
2012
10
12
7
3
2013
6
7
3
3
2014
6
6
2
4
2015
4
4
1
3
2016
4
4
3
1
2017
6
6
3
3
Total
110
118
77
33