Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Ħidma Soċjali għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? X’għandu jagħmel pazjent – jew il-qraba tiegħu - biex jagħmel użu minn dan is-servizz waqt li jkun l-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Ħidma Soċjali fl-isptar Mater Dei
huwa servizz olistiku għall-pazjenti li jsofru minn diffikultajiet psikosoċjali minħabba l-kundizzjoni u s-sitwazzjoni medika tagħhom. Dan is-Servizz jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom li jkollhom trawmi fiżiċi u emozzjonali li kienu kkawżati mid-dħul tagħhom fl-isptar.
Is-servizz ta’ Ħidma Socjali jassisti wkoll lill-pazjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tħejjija għal meta dawn ikunu ser jiġu
discharged
mill-istess sptar.
Kull pazjent fl-Isptar Mater Dei jista' jibbenefika mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali billi jitlob lill-uffiċjal infermier inkarigat mis-sala, tabib, konsulent, fiżjoterapista jew
occupational therapist
sabiex jagħmel kuntatt ma’ dan il-
Unit.
Barra minn hekk u fejn meħtieġ, kull professjonist li jaħdem fl-Isptar Mater Dei jista' jirreferi lil kwalunkwe pazjent għas-Servizz ta' Ħidma Soċjali wara li l-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu biex tkun tista’ ssir din ir-referenza.
Għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant jista’ jirreferi għal-
link
t’hawn taħt.
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/social-work/mater-dei-hospital-social.aspx
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf? Kemm huwa twil dan il-kors ta’ taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b’diżabilità? Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta’ dan il-kors? Kemm kien hemm parteċipanti s’issa li nstabilhom impjieg? X’kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6593, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol taċ-Child Protection Investigation u kemm hemm professjonisti jaħdmu f’dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti l-każijiet li hemm indikat f’din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, s-Servizz ta’ Child Protection Investigation huwa wieħed mit-Taqsimiet speċjalizzati fuq ħarsien tat-tfal. L-Investigation, fiż-żmien li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, kien is-servizz responsabbli mill-investigazzjonijiet ta’ allegat abbuż fuq minuri. Dan is-servizz isegwi lill-familji għall-perjodu ta’ 30 sa 60 ġurnata, sabiex jiddetermina l-ħtieġa ta’ intervent għall-protezzjoni tal-minuri in-kwistjoni.
Fil-preżent, it-taqsimiet taċ-Child Protection Investigation u Child Protection Monitoring ġew re-integrati flimkien. Din id-deċiżjoni saret sabiex jiġu kkonsolidati r-riżorsi tas-Servizzi sabiex jintlaħaq livell ta’ effiċjenza u jingħata servizz ta’ kwalita` aħjar.
F’dan l-istadju, s-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Services), għandu r-responsabbiltà li jinvestiga kull allegazzjoni jew rapport ta’ abbuż fuq minuri, f’Malta jew f’Għawdex. Wara l-investigazzjonijiet preliminari, l-ħaddiema soċjali jiddeterminaw il-pjan ta’ azzjoni li jista’ jiffoka fuq sapport lill-familja jew f’każijiet estremi, saħansitra jaħdmu sabiex il-minuri jitneħħew mill-familja materna.
Bħalissa dan is-servizz qiegħed jingħata minn Service Manager, 2 Leaders, 5 Coorindators u 20 social workers.
Wied il-Għajn – anzjani li qed jibbenefikaw mill-iskema tat-tqassim tal-ikel
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6469, jista’ l-Ministru jgħid mill-513 familja li joqogħdu Wied il-Għajn, kemm huma anzjani u li qed jibbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, minn 513-il familja minn Wied il-Għajn li jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel, SFFD (State Funded Food Distribtion) u mill-iskema FEAD (Fund for the European Aid for the Most Deprived), hemm 97 anzjan li qed jibbenefikaw, imqassma kif ġej :
1. Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel miill-fond nazzjonali(SFFD), kien hemm total ta’ 78 li minnom 44-il anzjan/a li jgħixu waħedhom u jirċievu pensjoni tal-eta`(pensjoni mhux kontributorja), filwaqt illi 34 persuna li tgħix waħeda u tirċievi pensjoni kontributorja u l-beneficcju tal-enerġija.
2. Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel ko-finanzjant mill-Unjoni Ewropea(FEAD), hemm total ta’ 19-il anjzan illi huma fuq l-pensjoni tal-età (pensjoni mhux kontributorja).
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li huma taħt kura psikjatrika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li huma taħt kura psikjatrika? Kemm hemm priġunieri li qegħdin fit-Taqsima Forensika ta’ Mount Carmel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 ta’ Ottubru 2018, kien hemm 161 priġunier taħt il-kura psikjatrika. Minn dawn hemm 28 priġunier li huma fit-Taqsima Forensika ta’ Mount Carmel u l-kumplament qed ikunu segwiti minn psikjatra li żżur il-ħabs fuq bażi regolari.
Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jattendu regolarment f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum? X’etajiet għandhom u minn liema lokalità ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mosta preżentament jattendu 677 persuni, dak ta’ Bormla 327, tal-Furjana 748, tal-Mosta 253, tal- Gżira 125, ta’ Ħal Qormi 1,002 u ta’ Raħal Ġdid 1,266. Dawn il-persuni ġejjin mill-maġġoranza tal-lokalitajiet f’Malta.
Applikazzjoni għall-post tal-Gvern – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir inspection fuq id-dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-Gvern peress li hija għandha kera tal-privat ta’ aktar minn €400 fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġranet li għaddew sar kuntatt mal-applikanta.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31244 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz ta’ psikjatra fl-emerġenza 24 siegħa kuljum jingħatax mill-Isptar Mater Dei jew le? Kemm hemm professjonisti oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-psikjatrija jingħata mid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza 24 siegħa kuljum, kemm fl-emerġenzi tat-tfal kif ukoll tal-kbar. Apparti s-servizz ta’ Psikjatra fl-emerġenza tat-tfal, f’ħinijiet partikolari ikun hemm ukoll servizz ta’ nurse speċjalizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Adoloscents Day Programme u kemm huwa twil dan il-programm? X’għandu wieħed jagħmel sabiex jattendi dan il-programm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Adolescent Day Programme fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, huwa programm immirat għal żgħażagħ ta` bejn il-ħmistax u t-tmintax il-sena. Każijiet ta` żgħażagħ iżgħar fl-eta` ukoll jigu ikkunsidrati. L-għan tal-programm huwa li jilħaq żgħażagħ, li minħabba ċirkostanzi diffiċli f`ħajjithom, jispiċċaw vittmi tas-soċjeta` u saħansitra mwarrba mill-familjari, minħabba l-imġieba inaċċettabbli tagħhom.
Dan il-programm huwa mfassal fuq perjodu ta’ sittax il-ġimgħa, fejn il-grupp ta’ żgħażagħ li normalment ikun ta` madwar tmienja, jiltaqgħu erba’ darbiet fil-gimgħa għal madwar erba’ sa ħames sigħat. Il-programm jikkonsisti f’sessjonijiet varji bħal, kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, kif jikkomunika mal-oħrajn, l-effetti u l-konsegwenzi ta` deċizjonijiet li wieħed jieħu, u wkoll informazzjonai dwar il-konsegwenzi li jġibu magħhom sustanzi li wieħed ikun qiegħed jabbuża minnhom. Issir ħidma maż-żgħażagħ biex jemmnu aktar fihom nfushom u fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom. Lejn l-aħħar tal-programm, ż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ta’ madwar ħmistax il-ġurnata mal-Forzi Armati ta` Malta, li flimkien mal-Aġenzija Appoġġ joffru sessjonijiet ta` taħriġ lil dawn ż-żgħażagħ.
Kull professjonist, ġenitur jew adult, bil-permess tal-ġenituri, jista` jirreferi żgħażagħ għal dan il-programm, li fi tmiemu, ż-żghażagħ jiġu riferuti għal servizzi oħra, skont l-bżonn, kemm fi ħdan l-Aġenzija u wkoll għal servizzi oħra offruti minn entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti l-Proġett INK u meta twaqqaf? Kemm-il sessjoni fih dan il-programm ta’ taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b’diżabilità? Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti li għandhom diżabilità u qed jattendu dan il-kors ta’ taħriġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-proġett INK (fil-qosor għal Inklużjoni), li tnieda f’Jannar 2018, huwa proġett ko-finanzjat mill-UE, bl-għan li nippromwovu l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà u li jħejjijhom sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, permezz ta’ taħriġ u esperjenzi pożittivi fuq il-post tax-xogħol. Dan il-proġett joffri taħriġ lil persuni b’diżabilità, lill-ġenituri tagħhom, lil min iħaddem u anke lil professjonisti fil-qasam tad-diżabilità.
B’kollox il-proġett ser ikun qiegħed jilħaq ’il fuq minn 1000 persuna: 300 persuna b’diżabilità, 300
employer
, 300 ġenitur ta’ persuni b’diżabilità u 150 professjonist kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Il-persuni b’diżabilità benefiċjarji ta’ dan il-proġett ser ikollhom 8 xhur ta’ taħriġ, li jinkludi kemm taħriġ formali kif ukoll eperjenza fuq post tax-xogħol (
placement
).
Il-proġett INK mhuwiex biss proġett li jimmerita is-sostenn tal-Aġenzija SAPPORT, imma l-Aġenzija qiegħda taħdem b’kollaborazzjoni ma’ msieħba oħra; kemm lokali, kif ukoll barranin; dawn huma il-Kummizzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita` bħala regolatur u l-organizzazzjoni Irlandiża, KARE. Matul it-3 snin tal-proġett, huwa maħsub illi madwar 80 parteċipant imorru l-Irlanda għal
study visits
fejn ser jingħataw l-opportunita’ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-imsieħba tal-proġett ġewwa l-Irlanda u b’hekk ninkoraġixxu
peer learning
.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-parteċipanti tal-proġett (il-persuni b’diżabilita`) ser ikunu qed jirċievu €86.20 fil-ġimgħa bħala stipendju, ladarba jattendu t-taħriġ li applikaw għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett fis-sajf dwar l-assenteiżmu? Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan il-proġett mogħti minn social workers f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sajf il-Ħaddiema Soċjali jippjanaw appuntamenti fl-uffiċċju ma’ ġenituri ta’ studenti tal-iskejjel primarji li kienu assenti mill-iskola għal aktar minn 20 jum mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena skolastika. Il-ġenituri ta’ dawk l-istudenti li fallew 30 ġurnata b’kollox, inkluż il-jiem li kienu koperti biċ-ċertifikati mediċi, ġew ikkuntattjati wkoll. Prijorità tingħata lil dawk l-istudenti li fallew l-aktar u dawk li ma sarx kuntatt magħhom matul is-sena skolastika.
Saru wkoll kuntatti ma’ bosta studenti sekondarji li fallew aktar minn 25 jum mingħajr awtorizzazzjoni. Il-ġenituri/kustodji ta’ dawn l-istudenti ġew infurmati permezz ta’ ittra bl-appuntament tal-uffiċċju skedat mal-Ħaddiema Soċjali fl-iskejjel jew fl-uffiċini rispettivi.
Meta l-ġenituri ma tfaċċawx u lanqas ma ntlaħqu bit-telefown, saru żjarat fid-djar mingħajr twissija.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, infurmat li t-tagħrif mitlub qiegħed jiġi finalizzat min-National School Support Services fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li bħalissa jkun qiegħed jiġbor u jgħaqqad id-data tax-xhur tas-sajf. Dan it-tagħrif ikun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Informazzjoni Addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2296 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 145, l-Erbgħa 17 ta' Ottubru 2018)
Servizz ta’ Speċjalisti għat-Tfal b’Diffikultà fl-Imġiba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti s-servizz ta’ speċjalisti għat-tfal b’diffikultà fl-imġiba? Kemm-il sessjoni jkollu kull student mal-professjonisti? Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz matul il-ħames snin li għaddew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispeċjalista tal-SEBD (Social, Emotional and Behavioural Difficulties) toffri s-sapport tagħha kemm lill-iskejjel primarji kif ukoll dawk sekondarji ma’ studenti li għandhom diffikultajiet fl-imġiba emozzjonali u soċjali. Tagħti wkoll is-sapport lill-edukaturi li jaħdmu mal-istess student. L-ispeċjalista taħdem f’kollaborazzjoni ma’ professjonisti oħra fi ħdan id-dipartiment, ma’ aġenziji esterni oħra, kif ukoll mal-ġenituri/kustodji.
L-istudent li jiġi riferut għal dan is-servizz ikun osservat mill-istess persuna fil-klassi u tagħti miżuri ta’ prattika hands on lill-edukaturi tal-klassi sabiex tnaqqas l-imġiba mhix xierqa li jkun qed joħloq l-istess student. Hija tara bl-aħjar mod kif qed jiġi implimentat u b’liema mod qed jiġi effettiv il-programm ta’ modifikazzjoni ta’ mġiba u tevalwa l-eżitu tal-istess programm.
In-numru ta’ sessjonijiet jiddependi min-natura tal-każ.
Infurmat li n-numru ta’ studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz mis-sena skolastika 2014 sas-sena skolastika 2017-2018 kien ta’ 98 student.
Nofsinhar ta’ Malta – Proġetti ta’ afforestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema postijiet fin-Nofsinhar ta’ Malta hemm il-ħsieb li jsir proġett ta’ afforestazzjoni f’dawn is-sitt xhur li ġejjin? X’sar f’din l-aħħar sena f’dan ir-rigward fin Nofsinhar ta’ Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur tas-sajf ma jsirx tħawwil ta’ siġar. Fil-ħarifa 2018 mistennin isiru żewġ proġetti ta’ tħawwil f’Marsaskala. Ser isir ukoll proġett ta’ tħaddir fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar.
Din l-aħħar sena saru proġetti ta’ tħawwil fil-Qrendi, Marsaxlokk, Ħal Far, Paola, Siġġiewi u Fgura, fejn tħawlu total ta’ 1,600 siġar u arbuxxeli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni separati u single mothers li qed jirċievu r-relief? Mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, sew ta’ persuni separati, kif ukoll ta’ single mothers.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-ġenituri dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom matul din il-Leġiżlatura ? Meta saru dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa f'din il-Leġiżlatura saru 13-il sessjoni ta' taħrig għall-ġenituri dwar id-dyslexia. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ u t-tip ta' korsijiet li saru.
Attachments:PQ 6173 - Taħriġ għall-ġenituri dwar id-dyslexia.pdf
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-għalliema dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-għalliema biex ikunu mħarrġa dwar id-dyslexia u kif jistgħu jgħinu aktar lil dawn l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tas-sessjonijiet ta' taħriġ li saru għall-għalliema dwar id-dyslexia.
Attachments:PQ 6174 - Taħriġ għall-għalliema dwar id-dyslexia.pdf
Strateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika – manwal tal-proċeduri
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri msemmija u li ngħataw l-entitajiet u l-ktejjeb ta’ informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 6175 - Gender-based Violence & Domestic Violence.pdfPQ 6175 - Who is Who Booklet_updated_WEB.pdf
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Ġudikatura mill-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien hemm aggressuri li wettqu din il-vjolenza domestika li weħlu:
a. il-ħabs;
b. Ordni ta’ Protezzjoni;
c. Ordni ta’ Trattament; jew
d. Ordni ta’ Trażżin u Restrizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex fl-akkużi li jinħarġu mill-Pulizija ma jkunx hemm indikat speċifikament li huma każi ta’ vjolenza domestika u għalhekk ma tinżammx statistika f’dan is-sens.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fin-Nofsinhar ta’ Malta hemm il-ħsieb li jiġu rranġati (resurfaced) jew magħmula mill-ġdid f’dawn is-sitt xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.