Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Budget għal din is-sena, hemm ammont sostanzjali ta’ miżuri li ser jibbenefikaw minnhom il-pensjonanti kollha, l-anzjani u l-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna. Dawn il-benefiċċji huma kif ġej;
DESKRIZZJONI
TAL-MIŻURA
Minn din is-sena ser inżidu l-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja b’ħames ewro u erbatax–il ċenteżmu (€5.14) fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġa, fejn hemm żewġ adulti li jbagħtu minn mard kroniku u li qed jirċievu din l-Għajnuna.
Mill-ewwel ta’ Jannar 2019, ingħatat żieda ta’ żewġ ewro u sbatax-il ċenteżmu (€2.17) fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, cioè pensjonanti tal-Irtirar, Romol, tal-Invaliditaˋ u dawk li jirċievu l-Pensjoni tal-Etaˋ. Din iż-żieda ma tinkludix iż-żieda li kien hemm biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja. B’hekk kull pensjonant ħa żieda ta’ erba’ ewro u ħamsin ċenteżmu(€4.50) fil-ġimgħa.
Pensjonanti tas-servizz, ser jerġa’ jkollhom żieda oħra ta’ mitejn ewro (€200) fl-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li tiġi injorata fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtaˋ soċjali, biex b’hekk is-somma eżentata issa ser titla’ għal, elfejn, erba’ mija u sitta u sittin ewro (€2,466).
Wegħda elettorali li għamilna kienet dik illi nkomplu ntejbu l-pensjonijiet tas-servizz, billi l-parti li jkunu kkomutaw biex jieħdu s-somma, tibda tkun injorata kollha għal fini ta’ pensjoni tas-sigurtaˋ soċjali. Bħala l-ewwel pass fit-twettiq ta’ din il-wegħda elettorali, minn din is-sena l-pensjonati li jirċievu pensjoni tas-servizz u li għandhom tnejn u sebgħin (72) sena jew aktar, jew illi minn din is-sena ’l quddiem jilħqu din l-etaˋ. Ser ssir irreviżjoni tal-pensjoni tagħhom tas-sigurtaˋ soċjali. Hekk minflok kif dejjem sar s’issa li jiġi injorat nofs l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz illi jkun ġie kkomutat, minn din is-sena ser jibdew jiġu injorati ħamsa u sebgħin (75) fil-mija tal-ammont ikkomutat.
L-għotja ta’ tlett mitt ewro (€300) fis-sena lil dawk illi għalqu l-ħamsa u sebgħin(75) sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom se tkompli tingħata matul din is-sena wkoll.
Il-bonus li beda jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni, l-aktar nisa li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima, mill-1 ta’ Jannar 2019, ser inkunu qed inżidu dan il-bonus
b’ħamsin ewro (€50) fis-sena. B’hekk dawk illi kienu ħallsu aktar minn sena kontribuzzjoni iżda anqas minn ħames snin, il-bonus ser jiżdied għall-mitejn ewro (€200), filwaqt illi l-bonus ta’ dawk
illi ħallsu aktar minn ħames snin kontribuzzjonijiet, ser jiżdied għal tlett mitt ewro (€300) fis-sena. B’din il-miżura ser jibbenefikaw madwar tnax-il elf u ħames mitt (12,500) persuna.
Tlett snin ilu konna daħħalna inċentiv sabiex persuni li jibqgħu jaħdmu, minflok jirtiraw bil-pensjoni u b’hekk tiżdidilhom il-pensjoni tagħhom meta jagħlqu l-etaˋ ta’ ħamsa u sittin (65) sena. Din kienet miftuħa għas-settur privat biss. Minn din is-sena, dan l-inċentiv ser jiġi estiż ukoll għall-persuni li jibqgħu jaħdmu mas-settur pubbliku b’mod gradwali. Dan dejjem jekk ikun hemm talba mill-impjegat u l-kunsens ta’ min iħaddem.
Jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet, jew għal raġunijiet oħra.
(a) Għat-tielet sena konsekuttiva se nallokaw €11 miljun ewro f’fondi biex jiġu ndirizzati dawn l-inġustizzji tal-imgħoddi li jolqtu aktar minn sitt elef (6,000) benefiċjarju, jew l-eredi tagħhom.
(b) Matul din is-sena wkoll, ser jiġi fi tmiemu l-proċess biex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eks-ħaddiema tal-
Malta Electricity Board
jew l-eredi tagħhom.
Tejjibna l-ħlasijiet lil dawk illi jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar tagħhom. Dan sar permezz tar-riforma fl-
Allowance
Miżjuda għal
Carers
illi telgħet għal mija u erbgħin ewro (€140) u kif ukoll
l-
Allowance
għal
Carers
illi telgħet għal disgħin ewro (€90).
(a) Minn Jannar 2019,l-eżenzjoni mit-test tal-mezzi sertibda tgħodd għaż-żewġ
allowances
. B’hekk aktar anzjani ser tingħatalhom il-possibilitaˋ li jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunitaˋ,
għax il-qraba li jieħdu ħsiebhom ser jibdew jibbenefikaw huma wkoll. B’din il-miżura, anke persuni miżżewġa sal-età pensjonabbli li jkunu jgħixu taħt l-istess saqaf mal-anzjan jew anzjana,
ser jibdew ikunu eleġibbli għall-
Allowance
għal
Carers
.
(b) Minn din is-sena, meta persuna tapplika sabiex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana, li jkunu laħqu l-etaˋ ta’ ħamsa u tmenin (85) sena, mhux ser tibqa’ ssir evalwazzjoni medika, mill-bord multi-dixxiplinarju u l-
allowance
titħallas awtomatikament, jekk il-
carer
u l-anzjan jew anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.
Bil-għan illi titneħħa diskriminazzjoni li teżisti fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, Kapitlu tlett mija u tmintax (318), ser issir emenda biex persuni li kienu mpjegati f’entita` fejn il-Gvern kien is-sid jew kellu l-maġġoranza tal-ishma, u aċċettaw illi jibbenefikaw minn skema ta’ rtirar kmieni qabel l-1 ta’ Jannar tal-2008, ser ikunu jistgħu igawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom. Dan ser ikun possibli, għaliex il-pensjoni tkun tista’ tinħadmilhom fuq is-snin illi kienu jaħdmu fl-ażjenda tal-Gvern, u mhux bilfors fuq il-paġi li kellhom wara li rtiraw kmieni, minħabba proċess ta’ ristrutturar jew privatizzazzjoni tal-azjenda. S’issa, l-provedimenti tal-liġi japplikaw biss għal dawk l-impjegati li rtiraw kmieni, għal raġunijiet imsemmija wara l-1 ta’ Jannar tal-2008. Minn din is-sena, dawn il-provedimenti ser ikunu japplikaw ukoll għal dawk illi rtiraw kmieni, wara l-1 ta’ Jannar 2003.
Għadd ta’ pensjonanti li fl-imgħoddi ħadmu l-Libja, kienu ġew affetwati negattivament minn tibdil illi kien sar fl-1988, fi Ftehim Bilaterali bejn Malta u l-Libja. Dan it-tibdil kien ħallihom esposti u mingħajr kontribuzzjonijiet imħallsin f’Malta, bil-konsegwenza li affetwalhom bil-kbir il-pensjoni tagħhom. Għalhekk kif wegħdna fil-manifest elettorali, b’effett minn Jannar 2019, ser nagħmlu ġustizzja wkoll ma’ dawn il-persuni, billi jirregolarizzaw irwiehom mad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali, bil-għan illi jibdew huma wkoll igawdu minn pensjonijiet ogħla u li jixirqilhom. Huma qed jingħataw l-opportunita` li, jekk jippreżentaw provi tal-kontribuzzjonijiet illi kienu ħallsu fil-Libja, dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu kkonvertiti f’kontribuzzjonijiet Maltin, skont is-sistema l-antika. F’każ illi ma jkollhomx provi x’juru, dawk milquta ser jingħataw l-opportunita` li jħallsu sa massimu ta’ għaxar (10) snin kontribuzzjonijiet nieqsa, skont ir-rati kurrenti.
Persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb il-ġenituri u jirċievu l-
Allowance
Miżjuda għal
Carers
jew l-
Allowance
għal
Carers
ser jibdew ikunu kkunsidrati bħala kap ta’ familja fil-kalkolu tal-Għajnuna Medika, dejjem
jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi.