Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim mal-għaqdiet tal-Baned u tal-Piroteknika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ladarba l-ftehim li għamel hu, f’isem il-Gvern mal-għaqdiet tal-Baned u tal-Piroteknika li ser ikopri b’vouchers għall-ispejjeż ta’ tariffi tal-pulizija għal skorta ta’ nar fil-festi u li ladarba dan il-ftehim huwa għal tliet snin, jista’ jiddikjara li dan ser jerġa’ jiġġedded awtomatikament u immedjatament għal tliet snin oħra? Din il-mistoqsija qed titressaq sabiex titneħħa l-inċertezza li hemm fil-preżent fost dawk li jaħdmu n-nar li d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħmel tajjeb għall-ħlas ta’ tariffi tal-iskorta tal-pulizija huwa biss ta’ tliet snin.

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern hu impenjat li jibqa’ jappoġġja lill-għaqdiet u s-soċjetajiet li tant jagħtu kontribut lill-kultura Maltija. Dan b’konsultazzjoni sħiħa, kif fil-fatt seħħ fil-każ li qed jirreferi għalih hekk kif il-ftehim kien imfassal wara diskussjonijiet mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Baned u l-Għaqda Piroteknika Maltija. Dawn is-soċjetajiet jistgħu jserrħu moħħhom li bħalma l-gvern kien ta’ spalla għalihom fis-snin li għaddew hekk se jibqa’ jkun fiż-żmien li ġej.

Liġijiet — emendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18220 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u ċjoè: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex isiru l-emendi fil-liġijiet rispettivi, sabiex aħwa mill-istess omm imma b'missier differenti u għalhekk kunjom differenti, bil-ġenituri miżżewġa, tkun tista' tiġi trasferita għalqa/raba’ li tkun bi qbiela tal-privat fuq il-missier filwaqt li oriġinarjament ir-raba’ kien bi qbiela fuq l-antenati min-naħa tal-omm peress li sal-lum it-trasferiment tal-qbiela tal-għalqa/raba’ ġie mċaħħad għaliex ulied l-omm li oriġinarjament il-qbiela kienet fuq in-naħa tal-antenati tagħha ma ġewx rikonoxxuti mis-sidien bħala werrieta għaliex huma ta' kunjom differenti minn tar-raġel li kien żewġ ommhom fit-tieni żwieġ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet fuq water culvert

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18635 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18314, jista' l-Ministru jgħid l-ilma tax-xita li qed ikun miġbur b'water culvert minn Triq il-Kbira: a. meta se jintemm dan il-proġett li l-istess Ministru qed jgħid 'imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment imur fil-wied'; b. x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward dan il-water culvert; minn fejn se jkun estiż dan il-water culvert biex finalment jerfa' l-ilma fil-wied; għal liema parti tal-wied qed jirreferi l-Ministru; c. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-proġett sabiex il-Gvern juri pjan ħolistiku ta' dan il-proġett; u d. meta se jkun sar il-proġett li finalment jaqgħad il-water culvert mal-Wied?

Response (BORG, IAN)

Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega meta weġibt mistoqsijiet parlamentari oħrajn li saru mill-istess Onorevoli membru, dan il-proġett jibda miz-zona ta’ Triq il-Kunċizzjoni u jispiċċa ħdejn Pjazza San Leonardu u l-ispiża preliminari tammonta għal €1,380,000. Minħabba li t-triq indikata kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, sar disinn ġdid bil-għan li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Minbarra bini ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq, ix-xogħol jinkludi wkoll tibdil tas-servizzi jew servizzi ġodda taħt l-art għall-ilma, drenaġġ u telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida ta’ water culvert għall-ilma tax-xita. Filwaqt li beda x-xogħol fuq il-water culvert fil-limiti tal-proġett dan imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment jitfa’ fil-wied. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-water culvert li saru mill-Marine and Storm Water Unit u li Infrastructure Malta se tkun qed twettaq fiż-żmien li ġej. Il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iz-zona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Żoni Industrijali tal-Ħandaq u Mosta — tindif

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilha u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tara li ssir il-ħidma ta’ tindif u manutenzjoni kemm fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq fejn hemm bankini mkissra u skart x’jinġabar, kif ukoll fiż-Żona Industrijali ta’ Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm ħtieġa ta’ tindif?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għajn Riħana — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li trejqa f’Għajn Riħana tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa, minħabba li wara x-xogħol li sar fit-triq li saret mill-ġdid lejn Burmarrad, issa din it-trejqa tħalliet ff stat ħażin ħafna?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jippreżenta site plan fejn jindika t-trejqa li qed jirreferi għaliha.

Mosta – Triq Ta’ Sriedaq — one-way

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi li jkunu meħtieġa jidħlu f’Triq Ta’ Sriedaq, li hi Żona Industrijali fil-Mosta, ikunu jistgħu jidħlu one-way bil-kuntrarju ta’ dak li hija s-sistema one-way fil-preżent? Dan ifisser li l-vetturi jidħlu min-naħa ta’ Triq San Pawl tal-Qlejgħa u joħorġu lejn in-naħa ta’ Triq Durumblat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq ta’ Sriedek saret f’direzzjoni waħda bi ħruġ lejn San Pawl tal-Qlejja minħabba li hemm nuqqas ta’ viżibilita’ f’salib it-toroq man-naħa tan-nofs in-nhar ta’ Triq il-Kunċizzjoni. Ukoll il-manuvra li vetturi ġejjin minn Buqana fi Triq San Pawl tal-Qlejja jiksru għal Triq ta’ Sriedek tirrikjedi li tali vetturi jaqsmu l-karreġġjata f’liwja tat-triq u għaldaqstant m’hemmx distanza adekwata ta’ viżibilita’ biex tali manuvra ssir b’mod sigur. Tali arranġamenti tat-traffiku saru b’konsultazzjoni u bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u ġiet approvata mit-Traffic Management Committee ta’ Transport Malta.

Żoni Industrijali tal-Ħandaq u Mosta — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir il-ħidma ta’ tindif u manutenzjoni kemm fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq fejn hemm bankini mkissra u skart x’jinġabar, kif ukoll fiż-Żona Industrijali ta’ Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm ħtieġa ta’ tindif?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda ghandha tigi imwiegba mill-Ministru ikkoncernat.

pjanijiet għal swieq fl-irħula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward is-swieq fl-irħula? Jista’ jikkonferma li fil-preżent qed issir checking minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ f’swieq? Jista’ jgħid jekk jarax li bħalissa huwa l-waqt addattat għal eżerċizzju ta’ verifika meta numru ta’ bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli u ma jistgħux ikunu fuq il-post personalment?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment qiegħda tinġabar informazzjoni dwar l-operat mis-swieq fil-beraħ e¿istenti, bl-iskop li jiġu identifikati ħtiġijiet u nuqqasijiet sabiex dawn jiġu ndirizzati f’regolamenti li eventwalment jinħarġu taħt l-Att Prinċipali, wara li ssir konsultazzjoni mal-partijiet ineteressati. L-informazzjoni li qiegħda tinġabar mill-bejjiegħa tinkludi dettalji dwar kaxxi allokati lilhom, id-dimensjoni tal-istess kaxxi, permess maħruġ mill-Kunsill Lokali u liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni tal-Liċenzji Kummerċjali u kif ukoll qed jiġi oservat jekk l-istess bejjiegħa humiex konformi mal-liġi fost l-oħrajn f’aspetti bħal kobor tat-tilari u ħinijiet tal-operat. Fejn qiegħed jirrizulta li hemm bejjiegħa li mhux joperaw bil-permess tal-Kunsill u l-liċenzja tal-Kummerċ, dawn qed ikunu mħeġġa jirregolarizzaw il-po¿izzjoni tagħhom. Inkwantu għal bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli, l-Onorevolli Interpellant għandu jkun mgħarraf li dawn il-persuni jistgħu dejjem jibgħatu sostitut kif tipprovdi l-liġi. Tajjeb li nenfasi¿¿a li dan huwa ezerċizju ta’ ġbir ta’ informazzjjoni in ġenerali bil-għan li nkomplu ntejjbu s-settur.

Il-Mosta – Bdil fid-direzzjoni tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż minn Transport Malta dwar bdil fis-sistema ta’ traffiku fil-Mosta f’toroq fl-inħawi ta’ San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta u parti minn Triq il-Kbira fl-inħawi ta’ Triq San Pawl tal-Qlejja (Mosta)? Jista’ jgħid ukoll liema toroq fil-preżent qed ikun maħsub li tinbidel ir-rotta tat-traffiku fil-Mosta u jkunu introdotti sistemi ġodda ta’ one way? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ kif se jsir?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta tal-mistoqsija Parlamentari 18221 tas-Seduta 416.

Ċimiterju tal-Mosta – bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni ħdejn iċ-ċimiterju tal-Mosta fi Triq Durumblat bankina tal-konkos li saret ftit ta’ żmien ilu, qed terġa’ tiġi mkissra? Jista’ jgħid ukoll meta Transport Malta ser tieħu d-deċiżjoni u tirranġa l-parti tal-bankina li tiġi quddiem l-entratura taċ-Ċimiterju tal-Mosta, peress li minn meta saret sal-lum, kull meta tagħmel ix-xita, qed ikun hemm għadira ilma li qed toħloq periklu u inkonvenjent għal min ikun dieħel iċ-ċimiterju?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tal-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, Triq Patri Ġuże Delia u Triq il-Fortizza tal-Mosta. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej. Triq Durumblat hija arterja ta' 1.8 kilometri bejn Ħ’Attard, Ta’ Qali u l-Mosta, u għaldaqstant il-bini mill-ġdid tagħha qed isir f’fażijiet biex l-inkonvenjent ikun mill-inqas possibbli. Minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt, f’din it-triq qegħdin isiru diversi xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni kif ukoll dwal tat-triq ġodda. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed tintroduċi bankini maż-żewġ naħat biex tiffaċilita l-konnessjonijiet bil-mixi bejn il-lokalitajiet li semmejt u biex ittejjeb ukoll l-aċċess għall-ġonna pubbliċi u l-faċilitajiet sportivi ta’ Ta’ Qali. Il-parti tal-bankina li qed issir referenza għaliha nbniet fuq livelli ġodda iżda x-xogħol fuq il-karreġġjata nnifisha għadu ma sarx u għalhekk meta din titlesta se jiġi rraġat ukoll il-livell t-triq. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet fuq water culvert

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18314, jista' l-Ministru jgħid l-ilma tax-xita li qed ikun miġbur b'water culvert minn Triq il-Kbira: a. meta se jintemm dan il-proġett li l-istess Ministru qed jgħid 'imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment imur fil-wied'; b. x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward dan il-water culvert; minn fejn se jkun estiż dan il-water culvert biex finalment jerfa' l-ilma fil-wied; għal liema parti tal-wied qed jirreferi l-Ministru; c. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-proġett sabiex il-Gvern juri pjan ħolistiku ta' dan il-proġett; u d. meta se jkun sar il-proġett li finalment jaqgħad il-water culvert mal-Wied?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Triq Burmarrad – xogħlijiet fuq triq u bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża fil-proġett tax-xogħol li sar fi Triq Burmarrad biex reġgħet inbniet mill-ġdid din it-triq? Jista' jgħid għal liema raġuni qed terġa' tinqala’ l-bankina li kienet għadha kemm inbniet u issa qed terġa' titkisser? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża tal-ħidma li qed issir biex titkisser bankina u biex din l-istess bankina terġa' tinbena mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18560 tal-istess Seduta.

MCCAA — organic farmers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed tiġi imposta din it-tariffa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) (inkluż il-VAT) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers huma dawn: · €150 għall-ewwel tomna raba u €65 għal kull tomna oħra sa massimu ta’ €540. Dawn it-tariffi ilhom stabbiliti mill-2004 u ikkonfermati f’Ewros fl-2006. Sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu isejħu l-prodotti tagħhom bħala prodott organiku, iridu jikkonformaw mal-Leġislazzjoni Ewropea 834/2007. Jeħtieġ li jsiru kontrolli minn korp rikonoxxut għal dan il-għan sabiex juru li huma konformi mal-Leġislazzjoni Ewropea. L-MCCAA hi rikonoxxuta mill-Aworita’ Kompetenti għal Biedja Organika u mill-Kummissjoni Ewropea bħala Aworita’ Kompetenti biex toffri dan is servizz ta-ċertifikazzjoni. Dan is-servizz jsir bi ħlas sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-kontrolli u testijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament. Dan sabiex il-konsumatur jkun assigurat mill-ġenwinita’ tal-prodotti organiċi.

Eko-Riduzzjoni fuq kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-familja li l-kont tad-dawl u l-ilma tagħha qed jingħataw separatament, ma għandhomx tnaqqis tal-Eko riduzzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Eko kontribuzzjoni hi mfassla u maħsuba sabiex tiffavorixxi lil dawk li b’għaqal jirnexxilhom iżommu l-konsum fil-parametri tan-normalita’ li tikkonsma familja skont minn kemm persuni hija komposta. Dan hu benefiċċju biex il-konsum jinżamm taħt kontroll. F’dan il-każ il-konsum qabeż dan il- kalkolu maħsub allokat għall-familja ta’ żewġ persuni. Allura l-Eko kontribuzzjoni ma’ setgħatx tingħata. Il-kalkolu ta’ l-Eko kontribuzzjoni tinħadem pro-rata fuq kull kont.

Qrati – deċiżjonijiet dwar aċċess sospiż lill-ġenituri għal uliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il deċiżjoni ħadu l-Qrati tagħna: (a) li jkun hemm aċċess temporanjament sospiż biex ġenituri jaraw lil uliedhom; (b) kemm huwa n-numru ta’ missirijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament sospiż; u (c) kemm huwa n-numru ta’ ommijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament miżmum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx din it-tip ta’ statistika fl-Aġenzija dwar is-Servizzi għal-Qrati, Malta u Għawdex.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tara li persuni nkarigati mill-verifika tal-kontijiet tal-ARMS jikkomunikaw ma’ din il-persuna li l-kontijiet tagħha qed jingħataw separatament, biex il-kontijiet ikunu spjegati għaliex skont ir-residenti milquta, mhux jieħdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kontijiet u għaldaqstant ikunu jistgħu jiġu mħallsa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS ikuntatjat lir-residenti kkonċernati fejn ġew spjegati l-kontijiet u ngħataw l-informazzjoni kollha neċessarja.

Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet

Question

Rigward il-proġett li qed isir fil-Mosta, parti fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa u parti fi Triq il-Kbira, jista’ l-Ministru jgħid: 1. X’inhi l-ispiża ta’ dan il-proġett?; 2. Fiex jikkonsisti dan il-proġett?; u 3. Kemm-il darba ser isir water culvert ġdid għall-ilma tax-xita, jista’ jgħid sa fejn ser ikun iwassal u jinġabar l-ilma tax-xita?

Response (BORG, IAN)

Dan il-proġett jibda miz-zona ta’ Triq il-Kunċizzjoni u jispiċċa ħdejn Pjazza San Leonardu u l-ispiża preliminari tammonta ghal €1,380,000. Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega meta weġibt mistoqsijiet parlamentari oħrajn li saru mill-istess Onorevoli membru, billi t-triq indikata kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, sar disinn ġdid bil-għan li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Minbarra bini ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq, ix-xogħol jinkludi wkoll tibdil tas-servizzi jew servizzi ġodda taħt l-art għall-ilma, drenaġġ u telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida ta’ water culvert għall-ilma tax-xita. Filwaqt li beda x-xogħol fuq il-water culvert fil-limiti tal-proġett dan imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment jitfa’ fil-wied. Il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iz-zona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom.