Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq mogħtija t-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri se jintużaw mill-ADT biex jiġu identifikati toroq ġodda li se jkunu qed jingħataw it-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita Dwar it-Trasport qed tibni numru ta’ toroq skond lista li kienet saret fl-ewwel nofs ta’ l-2006, liema lista tinkludi toroq residenzjali li riedu jinbnew għal ewwel darba u toroq oħrajn li, minħabba d-daqs u l-kundizzjoni tagħhom, l-ADT iddeċidiet li tassumi r-responsabilita’ tal-bini mill-ġdid tagħhom. Aktar ‘il quddiem matul din is-sena, l-ADT se tkun qed titlob lill-Kunsilli Lokali kollha biex jibgħatu lista ta’ toroq li skond huma għandhom jinbnew mill-ADT. Dan se jkun qed isir skond ‘policy document’ li qed jitħejja

Joint Office — Qbiela tar-raba'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied? Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Manifattura ta' dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Bini ta' skola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu skedat li jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta jinbeda meta jinħareġ il-permess tal-bini mill-MEPA.

MCAST — Faċilitajiet għall-għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-facilitajiet ta’ l-għalliema fil-kulleġġi ta’ l-MCAST ikunu mgħammra bin-neċessitajiet meħtieġa, bħalma huma staff rooms u toilets? Qed ngħid dan għax kien hemm min ikkummenta li l-għalliema fil-kulleġġi ta’ l-MCAST kienu qed isofru minn xi nuqqasijiet.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għalliema ta’ l-MCAST għandhom in-neċessitajiet u l-faċilitajiet neċessarji, inkluż staff rooms u tiolets. F’ċerti istituti dawn il-faċilitajiet qed jigu modernizzati u l-istaff rooms qed jigu attrezzati b’kompjuters.

Inbejjed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalita’, x’tip u x’ammont ta’ inbid inġieb lejn Malta mill-Ewropa għall-finijiet ta’ negozju fl-aħħar sena minn April 2007 sa April 2008, u li ddaħħal fil-Port il-Kbir fejn fost oħrajn jitrakka il-Catamaran?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħxejjex u Frott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-istatistika miġbura mid-Dipartiment għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, kemm inġiebu lejn Malta ħxejjex u frott (f’kalkolu ta’ piż u tipi differenti) mill-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ kummerċ u mhux ta’ użu personali minn individwi, minn April 2007 sa April 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma jżommx dan it-tip ta' statistika.