Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Response (FENECH, TONIO)
L-AL 128 ta’ l-2005 jittrasponi d-Direttiva 94/25 EC. Din id-Direttiva Ewropeja minn dejjem kienet teskludi (madwar l-Ewropa kollha) milli wieħed jissottometti d-dgħajsa tiegħu għall-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni CE jekk din tkun ġiet maħduma speċifikament mill-persuna nnifisha u għall-u¿u tagħha; biss, meta tkun iddikjarata li saret taħt din id-deroga, imbagħad ma tistax tgħaddi għand terzi persuni qabel ma jgħaddu ħames snin: fi kliem ieħor tkun tista’ tinbiegħ biss bħala ”second hand” u mhux aktar bħala ġdida. L-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards, permezz tad-Direttorat għas-Sorveljanza fuq is-Suq, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Awtorita’ Marittima Maltija, qegħda ssegwi mill-qrib ir-reġistrazzjoni tad-dgħajjes li jaqgħu taħt l-AL 128 ta’ l-2005, u tara li ma jkunx hemm abbu¿ mill-imsemmija deroga. Ta’ min wieħed jgħid ukoll illi mill-1 ta’ Frar tal-2008, qed jiġu riveduti il-proċeduri interni kollha fl-Awtorita’ sabiex wieħed ikun jista’ jtejjeb l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.
PB237
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11 u jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta' nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta' April 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta’ nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta’ April 2008 huwa kif jidher fiż-żewġ tabelli mqegħda fuq il-mejda tal-Kamra It-tabelli juru l-pajjiż, l-HS Code, il-prodotti, il-valur u l-kwantita’. Il-figuri huma proviżorji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT?
Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil-
carriage way
fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-bejjiegħa ta' day trips li qed jinbiegħu max-xatt ta' Sliema jkunu regolati b'liġi bħal ma ġew regolati l-bejjiegħa ta' time share? Din il-mistoqsija qed issir għaliex fis-sajf li għadda kien hawn diversi drabi li ġew imsejħa l-pulizija minħabba tilwim li jinqala' bejn il-bejjiegħa u turisti
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kas tat-talba (HA49/2008) għal xiri ta' propjeta' taħt Avviż Legali 3, shared ownership, tinstab xi soluzzjoni sabiex l-avviż li ġie mogħti fit-8 ta' Mejju 2008 ikun jista' jiġi emendat?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 406, f’Seduta Numru 10.
Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti taħt l-iskema ta’
shared owership
u għalhekk it-talba tal-persuna konċernata ma tisax tiġi kkunsidrata favorevolment.
Jista' l-Ministru jgħid x'ihni l-policy tal-Gven rigward l-użu ta' safe guard clause li jista' jintuża' mill-Gvern biex jiddefendi xi prodott agrikolu mill-importazzjoni jew it-transport ta' l-istess tip ta' prodott lejn Malta minn pajjiż tal-EU?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-safeguard clause hija maħsuba biex f’każ ta’ bżonn jittieħdu miżuri protettivi biex jissalvagwardjaw xi settur milqut ħażin minn importazzjoni. Biex titħaddem din is-safeguard clause, irid l-ewwelnett isir monitoraġġ tas-setturi l-aktar importanti u fkaż li l-importazzjoni jkollha, jew ser ikollha, effetti negattivi li joħolqu żbilanċ qawwi fuq xi settur partikulari, il-Ministru javża lill-Kummissjoni Ewropeja, li wara ħamest ijiem hi obbligata tagħti deċiżjoni dwar liema miżura protettiva tista’ tittieħed biex tagħmel tajjeb għal xi impatt negattiv fuq xi settur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jara li t-talba li qed issir lid-Dipartiment ta' l-Artijiet mill-familja, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, tiġi kkunsidrata u l-kumpens involut jingħata jew jibda jsir djalogu kif dan il-kumpens se jingħata?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied?
Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi persuna li għandha f’isimha qbiela li titħallas lill-Uffiċċju Konġunt tista’ tittrasferixxi l-inkwinilat tar-raba’ lill-axxendenti jew dixxendenti lineari, skond id-definizzjoni ta’ membru tal-familja, a tenur tal-Kapitolu 199 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Fil-każ in kwistjoni, persuna miżżewġa li ma jkollhiex ulied, ma tistax tittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ lil ħutha jew lit-tfal ta’ ħutha. F’każijiet bħal dawn l-Uffiċċju Konġunt jipproċedi bil-ħruġ ta’ sejħa għall-offerti, skond il-proċedura stabbilita’ ai termini tal-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 61 u jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-by-pass tal-Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha s-sistema tad-dawl?
Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex din it-triq imsemmija jkollha d-dawl tant meħtieġ?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10 u jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied?
Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-promenade minn San Pawl il-Baħar sal-Qawra fix-xhur tas-sajf ikollu d-dawl meħtieġ u jkun imżejjen bħalma hu mżejjen il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta qegħda f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jiżdied id-dawl fuq il-promenade ta’ Bugibba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29 u jara li mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar sal-Qawra jiġu mwaħħla slielem sabiex jintużaw mit-turisti u minn dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’diversi postijiet tal-kosta msemmija mill-Onorevoli Interpellant jitwaħħlu slielem biex jintużaw mill-għawwiema. Jekk l-Onorevoli Interpelllant għandu xi post partikulari f’moħħu, nitolbu jindikali u ngħaddi s-suġġeriment lil Awtorità kkonċernata.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta' nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta' April 2008?
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalita’, x’tip u x’ammont ta’ inbid inġieb lejn Malta mill-Ewropa għall-finijiet ta’ negozju fl-aħħar sena minn April 2007 sa April 2008, u li ddaħħal fil-Port il-Kbir fejn fost oħrajn jitrakka il-Catamaran?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm il-kwalita’ kif ukoll it-tip ta’ inbid li jinġieb Malta mill-Ewropa jvarja ħafna.
Bejn April 2007 u April 2008, fil-Port il-Kbir daħal 2,491,254 litru ta’ inbid f’kwalita’ u tip varju.
Jista' l-Prim Ministru permezz ta' l-Malta Toursim Authority jara li l-Malta Maritime Authority tieħu l-passi neċessarji biex fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa kull sena jkunu nstallati l-miżuri ta' lqugħ ta' sigurta' għal għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f'diffikulta'?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fil-preżent fl-Universita'? L-istudenti barranin minn liema pajjiż ġejjin? L-istudenti Maltin minn liema lokalita' ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti fl-Universita’ hu ta’9546. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, it-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.