Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq mogħtija ż-żebgħa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 819 u jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ta' sinjali tat-traffiku hija regolata mill-Avviż Legali 364 tal-2003 series 1200. Din hija marbuta kemm mal-kwalita' taż-żebgħa jew materjal ieħor, kif ukoll mal-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT se tkun qed toħroġ tenders ġodda għas-sinjali ta-traffiku u l-kwalita' ta' dawn is-sinjali ser tkun ittestjata minn evalwaturi independenti skond direttiva li tajt lill-ADT.
Leg 11 PQ #782 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Tiżjin ta' Siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiżjin mas-siġar li hemm max-Xatt ta' Sliema sa San Giljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat li r-responsabbiltà għal din is-sistema tad-dawl ser tgħaddi mingħand l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal għand il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Mosta- Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jinvestiga u jgħid għaliex illum, fi Triq l-Oratorju l-Mosta tneħħew żewġ round topped roads humpsli fis-6 ta' Frar u 24 ta' Ottubru 2006 l-istess ADT approvat biex jitpoġġew f'din it-triq, u li issa tneħħew? Jista' jgħid jekk kienx hemm bżonn permess mill-ADT biex dawn iż-żewġ round topped road humps jitneħħew mit-triq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku jirriżulta li l-Awtorità Dwar it-Trasport ta’ Malta ma ġietx infurmata mill-Kunsill Lokali Mosta rigward it-tneħħija ta’ road humps fi Triq l-Oratorju. F’ dan ir-rigward, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġi li Kunsill Lokali ghandu l-obbligu li jitlob permess biex jitneħħew road humps fi triq tal-Kunsill. Iżda bħala regolatur ta' dan is-settur l-ADT ser tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali.

Pjan ta' Ħidma

Question

Filwaqt li nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-Ministeru li jorganizza Micro Enterprise and Business Support Unit, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-Ministeru jippubblika pjan ta' ħidma li fiha jidhru l-inizjattivi li l-Ministeru qed jieħu biex janalizza issues li qed jiltaqgħu magħhom self employed u sidien ta' negozi żgħar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba li qed issir lid-Dipartiment ta' l-Artijiet mill-familja, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, tiġi kkunsidrata u l-kumpens involut jingħata jew jibda jsir djalogu kif dan il-kumpens se jingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi il-kumpens għal art esproprijata li qed jintalab mill-familja li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #821 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birguma — Bypass

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 61 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsill Lokali Naxxar, dan ta’ l-aħħar beħsiebu jagħmel 7 lampi fis-‘service road’ ta’ din it-triq. L-istima ta’ dan ix-xogħol tammonta għall € 1,893.

Passaġġi f'raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 632 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed tiġi riferuta lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Triq l-Oratorju l-Mosta

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jara x'inhi r-raġuni għaliex f' Triq l-Oratorju, l-Mosta minn fejn jgħaddu ħafna tfal mal-ġenituri waqt il-ħin li jkunu sejrin għad-duttrina f'Oratorju Qalb ta' Ġesu', il-kunsill lokali tal-Mosta spiċċa biex neħħa t-traffic calming measures li l-bżonn juri li għandhom jerġgħu jiġu mqiegħda biex il-vetturi jnnaqsu l-veloċita' ta' sewqan tagħhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT approvat żewg round topped road humps fi Triq Oratorju b’ittri datati 6 ta’ Frar 2006 u 24 ta’ Ottubru 2006. Ma nstabu l-ebda dokumenti sabiex jitnehhew ir-road humps fi Triq Oratorju.
Leg 11 PQ #748 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tourist Sub-information Office

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-MTA tagħżel numru ta' ħwienet fi bliet u rħula ta' interess turistiku u jkunu jistgħu jservu ta' sub-information office fejn it-turisti jkunu jistgħu jistaqsu l-informazzjoni li jkollhom bżonn u ta' dan b'xi mod dawn il-ħwienet ikunu mogħtija pagament għas-servizz li joffru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Triq Tabone Mallia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li trid tieħu l-ADT biex Triq Mallia Tabone fid-daħla tagħha min Triq il-Kbira, fil-Mosta tkun tista' tinfetaħ fejn irid jitwaqqa ħajt li diġa' nofsu mġarraf u madwaru qed jinġabar ħafna skart?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li parti mit-triq fejn hemm mibni l-ħajt imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadha tal-privat. Din il-parti tat-triq trid tinxtara minn min żviluppa l-art skond ir-rekwiżiti ta’ Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta. Uffiċċjali ta’ L-ADT fix-xhur li għaddew iltaqgħu mas-sidien konċernati fuq dan il-każ fejn ġie spjegat lilhom x’inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita.

Mosta- Bus Stops

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa permezz ta' l-ADT li jara li fil-bus stops fil-Mosta, kemm fil-pjazza ewlenija kif ukoll fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza jkollhom numri tar-rottot rispettivament għal kull bus stop? Jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li qed isibuha diffiċli liema bus stop se jużaw.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #782 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Tiżjin ta' Siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiżjin mas-siġar li hemm max-Xatt ta' Sliema sa San Giljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Toroq mogħtija ż-żebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #820 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Ħruġ ta' permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ta' żvilupp ħareġ mill-MEPA skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Att Legali Nru. 71 ta' l-2007 fejn skond dan l-Avviż Legali hemm il-ħtieġa ta' żvilupp komprensiv u li jinvolvi diversi sidien ta' l-artijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta ġew approvati l-emendi tal-konfini ta’ l-iżvilupp, ġew approvati total ta’ 124 applikazzjoni fit-termini ta’ l-Avviż Legali 71 ta’ l-2007.
Leg 11 PQ #222 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajn Tuffieħa Bay

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi biex il-bajja ta' Għajn Tuffieħa kuljum tkun provduta bis-servizz ta' life- savers kemm-il darba dawn il-bajjiet huma fost l-iżjed perikolużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jipprovdi tali servizz fi tmiem il-ġimgħa. Qed jiġi kkunsidrat li dan is-servizz jiġi estiż għal ġranet oħra tul il-ġimgħa.
Leg 11 PQ #583 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking area

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #584 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'policy qed tadotta l-MEPA biex jinħarġu l-permessi tal-bini li jidher fi pjanta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hija mmarkata bl-iswed? Jidher li fl-inħawi ta' l-istess talba hemm numru ta' applikanti oħra li wkoll qed ikollhom diffikulta' biex jinħarġulhom il-permessi. Jista' għalhekk jagħti spjegazzjoni dwar il-policy li l-MEPA qed tadotta fil-preżent għall-ħruġ tal-permessi tal-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sit muri fil-pjanta jinsab fuq art li kkwalifikat biex tidħol fiż-żona ta' l-iżvilupp permezz tar-riżoluzzjoni parlamentari tas-sitta u għoxrin ta' Lulju ta' l-2006. Qabel ma jinħarġu permessi fuq artijiet bħal dawn iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Att Legali numru 71 ta' l-2007. Fost dawn wieħed jista' jsemmi l-ħtieġa ta' żvilupp komprensiv u li jinvolvi d-diversi sidien ta' l-artijiet.

Passaġġi f'raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu iktar aċċessibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-ministru kkonċernat.

Bypass ta' Birguma — Sistema ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 61.
Leg 11 PQ #656 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bugibba — Public Convinience

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li l-public convinience ġiet magħluqa f'Bugibba u jidher li llum ma hemm l-ebda public convinience miftuħa għal pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-public convenience li hemm fiċ-ċentru ta’ Buġibba, jidher li din il-public convenience ilha magħluqa mis-sajf ta’ l-2006. Il-Kunsill kienet inġibditlu l-attenzjoni għal dan. Billi l-Kunsill kien baqa’ ma fetaħx din il-public convenience, id-Dipartiment naqqas mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsill il-parti li tirrigwarda din il-public convenience. Madanakollu nżid ngħid li ser jittieħdu passi biex dan in-nuqqas jiġi rettifikat fl-iqsar żmien possibbli.