Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjan ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment

Question

Filwaqt li nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-Ministeru li jorganizza Micro Enterprise and Business Support Unit, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-Ministeru jippubblika pjan ta' ħidma li fiha jidhru l-inizjattivi li l-Ministeru qed jieħu biex janalizza issues li qed jiltaqgħu magħhom self employed u sidien ta' negozi żgħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal fini ta’ korrettezza l-isem tal unit li twaqqaf huwa MICRO BUSINESS SUPPORT UNIT, u mhux kif ġie referut fil-mistoqsijja. Rigward il-pubblikazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma b’inizjattivi favur is- self-employed u negozji zgħar, il-Ministeru għadu kif waqqaf Enterprise Policy Directorate, li bħalissa qed ifassal l-istrateġija adekwata ta’ kif dawn l-istess inizjattivi jkunu magħrufa, diskussi, u magħmula accessibbli.
Leg 11 PQ #1450 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gnejna — Slipway

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali ta’ l-Infurzar tal-MEPA fil-lok indikat fil-Mistoqsija jiġifieri qrib is-slipway fin-naħa tal-Ġnejna magħrufa bħala t-Trozz. Però ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ taraġ li ġie maqlugħ fl-inħawi. Għaldaqstant intalbet l-għajnuna kemm ta’ nies midħla tal-post u kemm tal-Kunsill Lokali. Barra minn hekk ġew ukoll konsultati ritratti uffiċjali meħuda mill-ajru u xorta waħda dan it-taraġ li allegatament twaqqa’ ma kienx identifikat. Għaldaqstant ikun apprezzat li, jekk hu possibli, l-Onorevoli Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.

Tachnopark

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Malta Enterprise jekk hux possibli li fil-Mosta Technopark ikun hemm il-faċilitajiet ta' canteen għall-ħaddiema ta' dan l-industrial park?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Industrial Parks Limited flimkien mal-Mosta Technopark Tenants Association (MTTA) għandhom jaraw il-possibilita li jkun hemm faċilitajiet ta’ Canteen għall-ħaddiema ta’dan l-industrial park.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dak il-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jitkompla sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent li t-twaqqif ta' dan il-proġett qed joħloq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta Triq il-kostituzzjoni — Salib it-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT f'rigward tal-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f'Triq il-Kostituzzjoni fejn illum il-proġett imsemmi jidher wieqaf u dan qed iwassal sabiex f'kull salib t-toroq f'din it-triq ewlenija qed joħolqu periklu u inkonvinjent għal dawk kollha li jkunu mixjijn f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1450 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gnejna — Slipway

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta- Bus Stops

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa permezz ta' l-ADT li jara li fil-bus stops fil-Mosta, kemm fil-pjazza ewlenija kif ukoll fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza jkollhom numri tar-rottot rispettivament għal kull bus stop? Jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li qed isibuha diffiċli liema bus stop se jużaw.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fi Triq il-Kostituzzjoni diġa hemm żewg bus shelters tal-kumpannija Faces Ltd. li fuqhom hemm informazzjoni għall-passiġġieri, li tinkludi n-numri tar-rotot, toroq minn fejn jagħaddu, kif ukoll ħinijiet. Għar-rigward tal- bus stops li hemm fit-toroq kollha msemmija, l-ADT ser tiegħu ħsieb tordna “ flag type ” bus stops li jkunu juru n-numri tar-rotot rispettivi.

Passaġġi f'raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 823 u 632 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed jiġu riferuti lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-present l-ADT għad m'għandiex 'policy' dwar dak li staqsa l-Onor Interpellant. Qed nagħti direzzjoni lill-ADT biex tevalwa fid-dettal din il-materja.

Persuna mill-Eġittu — Tiġi Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta u x'inhi l-proċedura sabiex persuna mill-Eġittu japplika għall-visa sabiex ikun jista' jiddaħħal Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li persuna mill-Eġittu jista japplika għall-visa mill-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr. Din l-applikazzjoni għandha ssir fi normi tal-visa policy li Malta tħaddan taħt is-Schengen acquis, cioe li flimkien ma' l-applikazzjoni għandhom jiġu pprezentati dokumenti skond l-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni li jagħtu appoġġ lill-iskop u l-kondizzjonijiet taż-żjara ppjanata, kif ukoll tagħti garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi ta' għejxien. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-ewwel parti tal-mistoqsija dwar il-proċeduri biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1044 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking area

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 583 u jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi din il-biċċa art hija parti mixtrija mill-Gvern Ċentrali u l-parti l-oħra hija tal-privat. Taħt din l-art hemm skavi fosthom strutturi ta’ żmien Ruman u oħrajn ta’ żmien aktar riċenti. Jidher li kien hemm proposti biex din l-art tiġi rranġata billi tingħata wiċċ bit-tarmac b’tali mod li meta jkun meħtieġ dan jista’ jitneħħa u l-iskavi jinkixfu mill-ġdid.

Bypass ta' Birguma — Sistema ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat, u ċioe’ lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Tiżjin mas-siġar

Question

Ladarba t-tiżjin permezz ta' sistema tad-dawl li hemm mas-siġar li qegħdin max-xatt ta' Tas-Sliema sa San Ġiljan jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru, kif qed ikun suġġerit permezz tar-risposta għal mistoqsija parlamentari 782, jista' l-Ministru jara li jsir l-istess tiżjin f'xatt San Pawl il-Baħar sa Buġibba sabiex f'dawn iż-żewġ lokalitajiet turistiċi jkun hemm l-istess tiżjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Membru li hemm il-ħsieb li d-dwal mas-siġar ikompli jinfirex ftit ftit, anke jekk mhux neċessarjament bl-istess mod, f’lokalitajiet oħra inklużi x-xatt ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba.

Bypass ta' Birguma — Sistema ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #241 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajn Tuffieħa — Miżuri ta' sigurta'

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz ta' l-Malta Toursim Authority jara li l-Malta Maritime Authority tieħu l-passi neċessarji biex fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa kull sena jkunu nstallati l-miżuri ta' lqugħ ta' sigurta' għal għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f'diffikulta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima kull sena timmarka żoni li jkunu riservati esklussivament għall-għawwiema f’numru ta’ bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna fosthom ġewwa Għajn Tuffieħa. Barra minn dan, l-Awtorità tagħmel kampanja fuq il-media u mezzi tax-xandir li biha, fost oħrajn, tavża lill-għawwiema sabiex ma jgħumux fil-maltemp jew meta l-baħar ikun imqalleb. F’din il-bajja jitqiegħdu wkoll avviżi fuq signboard apposta f’dan is-sens. Rigward il-miżuri ta’ lqugħ ta’ sigurtà għall-għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f’diffikulta, l-Awtorità Marittima qegħda f’diskussjonijiet ma’ l-għaqda volontarja Gaia Foundation sabiex ġewwa din il-bajja, għal darb’oħra din l-għaqda terġa’ tinstalla safety lines li jservu għal dan il-għan.

Mosta-Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 545 u jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT? Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil- carriage way fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qabel il-kuntrattur seta’ japplika għall-permess biex jsiru xogħlijiet fit-triq, il-kunsill loklali jrid jitlob biex l-iskema li jrid jwettaq tkun approvata mill-ADT. Iż-żewġ applikazzjonijiet huma distinti. Ta’ l-ewwel tkun iġġudikata fuq kriterji varji speċjalment ta’ ‘Traffic Management u Safety’ filwaqt li l-applikazzjoni għand it-Trenching Unit tal-ADT/ NID trid issir mill-Kuntrattur li jkun ngħata x-xogħlijiet mill-Kunsill. Din l-applikazzjoni torbot lill-Kuntrattur b’kundizzjonijiet speċjali fuq ix-xogħlijiet kuntemplati u tkopri l-istess xogħlijiet b’garanzija finazjarja u polza ta' assikurazzjoni li l-istess Kuntrattur għandu mal-ADT. F’dan il-każ bi żvista it-trenching permit nħareġ mingħajr ma kien hemm l-ewwel approvazzjoni tal-pjan propost mill-Kunsill Lokali. Il-permess li ngħata bi żball huwa bħalissa sospiż sakemm tingħata risposta fuq proposta li għamel riċentament il-Perit tal-Kunsill lill-ADT.

Passaġġi f'raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 823 u 632 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed jiġu riferuti lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — Xogħol f'toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1044 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking area

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 583 u jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Triq il-Kostituzzjoni- Mosta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 559 u jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.