Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa ħamsin sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?
Jista' l-Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti taċ-Ċimiterju tal-Ħabs? Jista' jgħid kif fil-preżent qed jintuża' dan l-ispazju u jekk hemmx permess li persuni privati jżuru dan iċ-ċimiterju? Jista' jgħid jekk dan iċ-Ċimiterju għadux jitbierek u jekk hemmx permess li jmorru pelegrinaġġi għal dan il-post? Jista' jgħid jekk dan iċ-ċimiterju hux qed jintuża' biex fih jinżammu fniek u tjur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi xi snin ilu, il-fdalijiet ta' dawk midfuna fiċ-ċimiterju tal-ħabs kienu tneħħew u ttieħdu fil-kannirja taċ-Cimiterju ta' Maria Addollorata. Issa peress li llum mhux permess li jsir aktar dfin fih, il-valur tiegħu bħala ċimiterju huwa biss simboliku. Għaldaqstant m'għadux isir tberik u lanqas isiru pellegrinaġġi f'dan il-post.
Infurmat ukoll li fil-preżent iċ-ċimiterju tal-ħabs iservi bħala ġnien fejn, barra li jitkabbru diversi pjanti u fjuri, jitrabbew xi tjur u anke fniek bħala parti mill-programm tar-ri-abilitazzjoni tal-priġunieri.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra ir-ritratti kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema qed jaħdem bi proċedura fejn jitlob ħlas ta' €2.33 għal permess ta' crane, filwaqt li għall-istess permess, jekk l-applikant ikun żviluppatur, ikun mitlub €46.58? Jista' jinvestiga ukoll jekk skond ir-regolamenti tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li diġà jitolbu lill-iżviluppatur li jħallas depositu fuq xi ħsara li tista' ssir fuq bankina, l-istess kunsill ta' Tas-Sliema qed jitlob garanzija għall-istess skop? Peress li l-kunsill lokali qed jitlob ħlas għall-ħitan li jkunu mibnija f'toroq bħala ilqugħ kif ikunu mitluba li jinbnew mill-istess Awtorità, jista' l-gvern iwaqqaf dan l-aġir? Jista' l-gvern jara jekk il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandux bye-lawgħal dawn il-proċeduri, u jekk għandu bye-law jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-bye-law?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta x'ħidma saret biex mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar ikun hemm aktar slielem u kumditajiet oħra għal turisti u għal dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Sezzjoni tat-Tindif tax-Xtut, bħas-snin ta’ qabel, ħadet ħsieb li jitwaħħlu slielem u railings fil-postijiet kollha li kien jitwaħħal dan l-apparat.
Minbarra hekk, ġew maħduma u tpoġġew slielem u
railings
ġodda kull fejn ġie indikat mill-Kunsilli Lokali jew il-pubbliku li jista’ jittejjeb l-aċċess għall-baħar. Dawn kienu jammontaw għal sebgħa u tletin (37) biċċa.
Ta’ min isemmi wkoll il-
perched beach,
li hu mgħammar b’aċċess tajjeb u għandu wkoll faċilitajiet ta’
toilets.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 218 fejn sar magħruf li l-Ministeru tax-Xogħlijiet flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed iħejju programm ta' xogħlijiet biex issir re-paving ta' bankini fiż-żoni kummerċjali, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tat-Turiżmu jgħid x'inhu l-l-ippjanar tal-gvern għal re-paving tal-bankini fix-xatt ta' Tas-Sliema, Triq Bisazza u Triq it-Torri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol fuq il-pavimentar tal-bankini fil-biċċa t’isfel ta’ Tower Road wara li tbiddlu s-servizzi u twessgħu il-bankini.
Għall-bidu tas-sena d-dieħla, għandu jsir ix-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’
Tower Road
(mill-
HSBC Bank
sal-Pjazzetta).
Dwar Triq Bisazza, il-pjani jiġu konklużi wara diskussjoni fid-dettal li trid issir hekk kif jitlesta x-xogħol fuq
Tower Road.
Il-Kunsill Lokali Sliema qed ikun involut fil-koordinazzjoni tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jara li Triq id-Dwejra fil-limiti tar-Rabat, tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa għaliex l-kundizzjoni tagħha ħażina ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Buġibba u Qawra — Malta Tourism Authority - Promenade
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sajf li għadda x'passi ħadet l-Malta Tourism Authority biex il-promenade ta' Buġibba sal-Qawra tkun imżejna u msebbħa kif ukoll tibqa' tinżamm nadifa?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta x'ħidma saret biex mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar ikun hemm aktar slielem u kumditajiet oħra għal turisti u għal dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi sabiex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking, tingħata t-tarmak sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab li fil-preżent qed joħloq dannu għat-turisti, Maltin u s-settur kummerċjali tar-Rabat?
Jista' l-Ministru jgħid x'policy se tkun qed taddotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli? Skond il-mistoqsija parlamentari 1042 l-Ministru kien żvela li ta direzzjoni lill-ADT biex tevalwa fid-dettall din il-materja.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 218 fejn sar magħruf li l-Ministeru tax-Xogħlijiet flimkien mal-MTA qed iħejju programm ta' xogħlijiet biex issir re-paving ta' bankini fiż-żoni kummerċjali, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tat-Turiżmu jgħid x'inhu l-l-ippjanar tal-gvern għal re-paving tal-bankini fix-xatt ta' Tas-Sliema, Triq Bisazza u Triq it-Torri?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1450, fejn il-MEPA allegat li m'għandha l-ebda ħjiel li kien hemm it-taraġ li ssemma f'dik il-mistoqsija rispettiva, għaldaqstant qed inwassal lill-MEPA ritratt tat-taraġ li kien jeżisti u li qed jidher separatament. Jista' l-Prim Ministru jara li l-MEPA tindika għaliex twaqqa' dan it-taraġ u għalhekk jara li dan it-taraġ jerġa' jinbena biex jitnaqqas l-inkonvenjent li hemm fil-preżent fejn min irid jgħaddi minn naħa għal oħra llum irid jgħaddi minn slipways perikolużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ġie provdut ir-ritratt mill Onorevoli Interpellant, setgħet issir investigazzjoni iżjed dettaljata fejn fil-fatt jirriżulta dan li ġej.
It-taraġ qadim muri fir-ritratt kien fil-fatt demolit minn terzi minħabba l-istat perikoluż li kien jinstab fih. Dan it-taraġ reġa’ nbena mill-ġdid ftit wara mingħajr ma ġie mitlub permess. Iżda wara li ġiet ipproċessata applikazzjoni ta’ żvilupp sottomessa mill-istess persuna li bnit it-taraġ u li kienet applikat biex isir xi xogħol fil-'
boathouses
' sottoposti, il-Kummissjoni dwar il-Kontrol ta’ l-Iżvilupp (DCC) ordnat li dan it-taraġ (illegali) irid jitwaqqa' qabel jinħareġ il-permess mitlub mill-applikant.
It-taraġ in kwistjoni fill-fatt twaqqa’ fil 28 ta' Frar, 2008 fejn allura setgħa jinħareġ il-permess mitlub (PA 3655/05) skond id-deċiżjoni meħuda.
Malta Enterprise u Mimcol — Persuni jaħdmu self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Malta Enterprise u fil-Mimcol, kemm hu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu ma' dawn l-entitajiet bħala self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu bħala self-employed fil-Malta Enterprise, u l-Mimcol huwa ta’ 4 u 3 rispettivament.
Is-servizz li qed jgħatu dawn huwa ta’ Security Services, housekeeping, klerikali u wieħed hu Segretarju tal-Board.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni hemmx persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom lid-dipartiment u fil-preżent qegħdin jintalbu jirreġistraw l-impjieg tagħhom bħala self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm numru żgħir ta’ persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom b’contract for service u b’hekk ikunu self employed.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 140 fejn il-Ministru għarraf li x-xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel kellu jitkompla mill-Works Division, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru li jwasslu biex ix-xogħol ta' tindif f'dan il-wied jitlesta?
Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - water culverts
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn l-Ministru għarraf li saru spezzjonijiet fuq il-water culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta u li t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet ippjanati, jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex jara li dan ix-xogħol isir għaliex il-periklu għal karozzi u min isuq rota jew mutur qed jiżdied?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x 'ħidma saret fis-sajf li għadda bejn Ġunju u Settembru biex ikun hemm sistema effiċjenti ta' ġbir ta' skart f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra?
Jista' l-Ministru jgħid minn Ġunju 2008 sa l-aħħar ta' Settembru 2008 kemm kien hemm pulizija li jagħmlu ronda f'Buġibba u l-Qawra? Jista' jagħti rendikont ta' kemm rapporti saru fl-għassa ta' Buġibba dwar:
a) serq min turisti li kienu mixjin fuq il-bankina?
b)serq minn ħwienet?
c)serq minn residenzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Ġunju u l-aħħar ta' Settembru 2008, kien ikun hemm medja ta' 7 Pulizija kuljum flimkien ma' oħrajn tal-Mobile Squad jagħmlu r-ronda fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra.
Infurmat ukoll li kien hemm 12 il-rapport ta' serq minn ħwienet u 25 minn residenzi. Għar-rigward ta' serq min turisti li kienu mexjin fuq il-bankina, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika b'tali kategorija.
Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1044.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-MTA tagħżel numru ta' ħwienet fi bliet u rħula ta' interess turistiku u jkunu jistgħu jservu ta' sub-information office fejn it-turisti jkunu jistgħu jistaqsu l-informazzjoni li jkollhom bżonn u ta' dan b'xi mod dawn il-ħwienet ikunu mogħtija pagament għas-servizz li joffru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant ċertament fih il-mertu tiegħu. Ninsab infurmat li fix-xhur li ġejjin il-Gvern, flimkien ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, ser iniedi proġett sabiex jiġu identifikati proġetti b’potenzjal turistiku fil-lokalitajiet li llum ma tantx qed jiġbdu turiżmu. Jagħmel sens li din il-proposta li qed isemmi l-Onor. Interpellant tiġi kkunsidrata f’dan il-qafas.