Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4397 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat-Dwejra — Manutenzjoni ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Rabat ser jieħu azzjoni fuq it-toroq tad-Dwejra u Tal-Virtu.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - water culverts

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn l-Ministru għarraf li saru spezzjonijiet fuq il-water culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta u li t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet ippjanati, jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex jara li dan ix-xogħol isir għaliex il-periklu għal karozzi u min isuq rota jew mutur qed jiżdied?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 4409.

Rabat — Wied Rini - Proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li l-proprjeta’ in kwistjoni hija tal-Gvern.
Leg 11 PQ #4736 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnejna — Slipway

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar. Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4089 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — ħlas għal permess ta' cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema qed jaħdem bi proċedura fejn jitlob ħlas ta' €2.33 għal permess ta' crane, filwaqt li għall-istess permess, jekk l-applikant ikun żviluppatur, ikun mitlub €46.58? Jista' jinvestiga ukoll jekk skond ir-regolamenti tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li diġà jitolbu lill-iżviluppatur li jħallas depositu fuq xi ħsara li tista' ssir fuq bankina, l-istess kunsill ta' Tas-Sliema qed jitlob garanzija għall-istess skop? Peress li l-kunsill lokali qed jitlob ħlas għall-ħitan li jkunu mibnija f'toroq bħala ilqugħ kif ikunu mitluba li jinbnew mill-istess Awtorità, jista' l-gvern iwaqqaf dan l-aġir? Jista' l-gvern jara jekk il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandux bye-lawgħal dawn il-proċeduri, u jekk għandu bye-law jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-bye-law?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li għandu jintalab mill-Kunsill Lokali għal permessi ta’ crane hu dak stabbilit fl-Avviż Legali 119 tal-2002 u l-ebda ħlas ieħor mhu permess fil-każ ta’ ħitan mibnija bħala lqugħ (boundary walls) m’għandu jintalab l-ebda ħlas. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ma jista’ jagħmel l-ebda Bye-Laws li jmorru kontra regolamenti jew leġislazzjoni nazzjonali. Għaldaqstant jekk sar ħlas mhux skond kif spejgat aktar ’il fuq, min ħallas għandu dritt għal rifużjoni mingħand il-Kunsill rispettiv.

Applikazzjonijiet għal social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f' a) irġiel u nisa b) kemm hemm separati c) single mothers u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Lotterija Super 5

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex is-Super 5 bħas-sena li għaddiet reġgħet telgħet għas-somma ta' flus fenomenali u qed jidher li hemm pattern ta' kif u meta din il-lotterija jkollha l-premju tagħha daqshekk kbir?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Passaġġi fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppat il-policy li ser tirregola l-ħidma biex sqaqien u passaġġi fir-raba' jkunu aktar aċċessibbli u imtejba speċjalment wara l-istaġun tax-xitwa fejn il-passaġġi f'raba' issirilhom ħafna ħsara? Din il-mistoqsija qed isir sabiex tiġi mogħtija informazzjoni fuq xi żviluppi li seta' kien hemm wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1042.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Wied il-Għasel

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 140, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Works Division ħawwilx siġar u għamilx il-ħidma ta' tindif f'Wied il-Għasel, speċjalment fl-inħawi ta' taħt il-pont fl-inħawi tal-Kappella tal-Isperanza, il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni u l-pont il-kbir li hemm f'tarf ta' Triq il-Fortizza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Triq il Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet fuq water culvert

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn intqal li diġà saru spezzjonijiet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tiswijiet meħtieġa kellhom jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet li l-istess Awtorità dwar it-Trasport kellha ppjanta għall-Mejju li għadda, jista' l-Ministu jgħid għala s'issa għadu ma sar xejn? Din il-mistoqsija qed issir ħalli l-Awtorità tieħu miżuri meħtieġa sabiex water culvert f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta ma jibqax ta' periklu għall-karozzi kif ukoll għal min ikun qed isuq rota jew mutur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li biex tiġi solvuta l-problema msemmija hemm bżonn li jsir proġett sħiħ ta’ resurfacing ta’ din it-triq biex terġa titbaxxa għal-livell oriġinali. Ġara li matul is-snin ingħata wiċċ fuq ieħor b’konsegwenza li l-livell tat-triq għola ‘l fuq mill-outlets tal-ilma tax-xita tad-djar. Għaldaqstant kien tħalla kanal mal-ġenb tat-triq u madwar il-gradilji li jiġbru l-ilma tat-triq. Bħala miżura sabiex titjieb is-sigurtà f’din it-triq, l-ADT ser tagħmel marki fuq il-ġenb tat-triq biex tħares aħjar is-sigurtà ta' min isuq.
Leg 11 PQ #4395 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking Space

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1044, jista' l-Prim Minisitru jara li sas-sajf li ġej jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent ta' trab u nuqqas ta' sigurtà għal min juża' l-istess parking space? Skond ir-risposta mogħtija jidher li diġà kien hemm proposti f'dan ir-rigward u għalhekk qed nerġa' nagħmel din it-talba għall-azzjoni li tant hi meħtieġa.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art imsemmija mhix kollha proprjetà tal-Gvern. Qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati sabiex jiġi stabbilit kif din l-art għandha tintuża għall-aħjar skopijiet pubbliċi.
Leg 11 PQ #4397 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat-Dwejra — Manutenzjoni ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Care Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Rabat — Wied Rini - Proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Bus stops - tabelli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 781, jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu mibdula t-tabelli fil-bus stops preżenti fil-pjazza tal-Mosta u toroq oħra li biex juru kemm in-numru kif ukoll l-informazzjoni tar-rotta? Peress li skond ir-risposta għall-mistoqsija l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tieħu ħsieb tordna flag type bus stops li jkunu juru n-numru tar-rottot rispettivi, jista' jgħid jekk din l-ordni mill-Awtorità dwar it-Trasport saritx u meta l-awtorità beħsiebha twaħħal dawn it-tabelli l-ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tabelli tal-Bus Stop ġew ordnati għal- Triq il-Kostituzzjoni u Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tip ta’ bus stops ordnati huma flag type bus stops. Infurmat ukoll li dawn ser ikunu mwaħħla fi żmien qasir.

Mosta — Restawr taż-żuntier tal-Knisja

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 138 f'seduta 6 tal-20 ta' Mejju 2008, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' restawr fuq iż-żuntier tal-Knisja tal-Mosta li skond risposta mogħtija, kien qed jiġi kkunsidrat fil-programm ta' xogħlijiet tad-divizjoni, huwa mistenni li jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-pjanti u l-istimi għat-tisbiħ taz-zuntier inkluż ir-restawr jew tibdil tal-balavostrar mad-dawra taz-zuntier saru. Dan ix-xogħol għadu qed jiġi kkunsidrat fil-programm tax-xogħlijiet tad-Diviżjoni.
Leg 11 PQ #3673 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba u Qawra — Promenade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sajf li għadda x'passi ħadet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex il-promenade ta' Buġibba sal-Qawra tkun imżejna u msebbħa kif ukoll tibqa' tinżamm nadifa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA dan is-sajf assistiet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar f’servizz ta’ tindif kuljum matul il-promenade ta’ San Pawl, Buġibba u Qawra. L-MTA ħallset sabiex issir it-tieni frekwenza ta’ tbattil tal-bins matul il-promenade, u sabiex kuljum tinħasel parti mill-promenade biex tkun inħaslet kollha darbtejn fil-ġimgħa, apparti li ż-żona pedonali tinħasel tlett darbiet fil-ġimgħa. L- MTA tellgħet erba’ (4) week e nds bi prova ta’ żona pedonali f'Buġibba, kif ukoll offriet divertiment bil-parteċipazzjoni ta’ baned, face painters , u attivitajiet oħra għat-tfal. L- MTA organizzat ukoll attività mużikali bħala parti mill-Malta Music Week u għenet finanzjarment sabiex tittella’ l- Air Show.
Leg 11 PQ #3671 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x 'ħidma saret fis-sajf li għadda bejn Ġunju u Settembru biex ikun hemm sistema effiċjenti ta' ġbir ta' skart f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar tawwal il-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart skond il-ħtiġiet tal-lokal. Fiż-żoni turistiċi, l-iskart nġabar anke fil-Ħdud u l-festi pubbliċi. Il-Kunsill qabbad gwardjani lokali pajżana biex jissorveljaw l-area kontra l-ħruġ ta’ skart minn residenti jew entitajiet kummerċjali f’ħinijiet jew postijiet li fihom l-iskart ma kellux jinħareġ. Il-Kunsill għamel ftehim ukoll ma’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex ikun hemm tbattil addizjonali tal- multi-litter bins kif ukoll il-ħasil ta’ ċertu żoni turistiċi. Barra minn hekk, il-Kunsill offra s-servizz tal-ġbir ta’ skart bil-goff bla ħlas għar-residenti, anke dawk li jmorru joqgħodu hemm fix-xhur tas-sajf biss, u offra servizz speċjali ta’ ġbir ta’ skart bil-goff erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jinġabar skart li jintrema minn xi nies irresponsabbli.

Rabat- Wied Rini — Propjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-propjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex propjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.