Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Palma fl-Imtarfa hiex fil-lista ta' prenotazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' għoti ta' tarmak? Jista' jgħid meta hu mistenni li din it-triq tingħata wiċċ ta' tarmak ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpelant hija nkluża fil-program ta’ bini ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru . Hu mistenni li dan ix-xogħol jinbeda fix-xhur li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex l-Imtarfa Boys' Secondary isir il-ground ta' turf li jkun jista' jintuża mill-Imtarfa Football Club u n-nursery ta' l-istess lokalità? Huwa mifhum li dawn il-clubs diġà ħallsu għall-ispiża ta' turf u l-ministeru kien mistenni li jagħmel ix-xogħol tal-konkos.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li, skond il-ftehim iffirmat bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Imtarfa Football Club, il-Gvern għamel parti mill-art ta’ l-Iskola Sekondarja tas-Subien Sir Temi Zammit tal-Kulleġġ San Nikola aċċessibli għall-Club biex jinstalla fiha Jubilee UEFA Mini Pitch. Skond l-istess ftehim, il-Gvern m’għandu ebda obbligu li jagħmel xi xogħol konness ma dan it-tqegħid tal-pitch.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma — sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jara li permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, issir sorveljanza fuq sump tad-drenaġġ quddiem ir-residenza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn qed tikkawza d-drenaġġ li jidħol fil-basements ta' residenzi? Jista' jara li tissewwa l-ħsara li hemm f'din is-sump u s-sistema tad-drenaġġ tal-madwar sabiex id-drenaġġ ma jibqax ifur fil-basements tar-residenti tat-triq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4736 u ċioè: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess? Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4407 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jgħid x'kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4553 u jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f'
a) irġiel u nisa
b) kemm hemm separati
c) single mothers
u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5291 u jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmak li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħew l-imwejjed u siġġijiet li kellha kiosk li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta tali negozju kellu wkoll il-permessi mad-Dipartiment tal-Artijiet mħallsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet flimkien mall-Pulizija ħa azzjoni ta’ żgumbrament u dan skond ma dak li hemm provdut fil-Kap 228 tal-Liġijiet ta’ Malta. Id-Dipartiment kien ittermina l-encroachment ta’ dan il-kiosk.
Mid-dokumentazzjoni fotografika meħuda qabel ma nbdiet l-azzjoni hemm evidenza ċara li l-kundizzjonijiet tal-
encroachment
kienu qed jiġu miksura sfaċċatament. Għal kull bon fini, qed jiġi ribadit li permess ta`
encroachment
huwa minn natura tiegħu wieħed ta` mera tolleranza u għalhekk il-Kummissarju ta` l-Artijiet għandu diskrezzjoni jittermina tali permessi anke meta ma jkunx hemm ksur tal-kundizzjonijiet tiegħu, aħseb u ara f’dan il-każ fejn kien hemm ksur sfaċċat u sostazzjali tal-kundizzonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'policy se tkun qed taddotta l-Awtorità dwar it-Trasport rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli? Skond il-mistoqsija parlamentari 1042 il-Ministru kien żvela li ta direzzjoni lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tevalwa fid-dettall din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppat il-policy li ser tirregola l-ħidma biex sqaqien u passaġġi fir-raba' jkunu aktar aċċessibbli u mtejba speċjalment wara l-istaġun tax-xitwa fejn il-passaġġi f'raba' ssirilhom ħafna ħsara? Din il-mistoqsija qed isir sabiex tiġi mogħtija informazzjoni fuq xi żviluppi li seta' kien hemm wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1042.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4403.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma dawk ta' Marsaskala, Birgu, B'Kara, Dingli, Furjana, Rabat (Malta), Żebbuġ (Malta), Żebbuġ (Għawdex), Rabat (Għawdex) u Mosta.
Infurmat ukoll li l-ADT qed tipproċedi skond id-direttiva li kont ħriġt fis-27 ta' Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħew l-imwejjed u siġġijiet li kellha kiosk li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta tali negozju kellu wkoll il-permessi mad-Dipartiment tal-Artijiet mħallsa?
Jista' l-Ministru permezz tal-Pulizija tal-Għassa tal-Mosta jara li jitieħdu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa l-periklu li hemm f'bini li jidher li ser jaqa' li qiegħed biswit bini ieħor li dettalji tiegħu qedgħin jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-pulizija qed tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmac li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?
Mosta — Awtorità dwar it-Trasport - tabelli bin-numru ta' rotot tat-trasport pubbliku
Question
Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru li permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport ħa l-iniżjattiva li fil-bus stops tal-Mosta jitwaħħlu tabelli bin-numru ta' rotot, jista' l-Ministru issa jara li mal-bini ta' Ċentru Ċiviku jew f'xi post ieħor ċentrali teħel tabella b'numri tar-rotot li tispjega d-destinazzjoni tar-rotot rispettivi? Din l-informazzjoni tiswa ħafna għat-turisti li jkunu qed jużaw is-servizz ta' trasport pubbliku.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tikkunsidra t-talba tiegħek.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġeit riferuta lilu u jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jwieġeb mistoqsija parlamentari 4397 u jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4397.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4400 u jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ħarġu 41 care order bejn Mejju u Novembru 2008. Informat ukoll li hadd mit-tfal ma qed jgħix mal-ġenituri.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 140 fejn il-Ministru għarraf li x-xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel kellu jitkompla mill-Works Division, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3669 u jgħid xi żviluppi saru li jwasslu biex ix-xogħol ta' tindif f'dan il-wied jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-enforcement minn naħa tal-MEPA sar u x-xogħol ta’ tindif fil-wied beda u mistenni jitkompla fl-imkien ma’ xi xogħol ieħor lejn nofs din is-sena.