Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9722 u jgħid jekk hemmx xi ftehim li fil-ġejjieni ser ikunu mwaqqa' l-kmamar fl-Armier u jinbnew oħrajn ġodda? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ftehim ma' xi assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar li jobbliga s-sidien tal-kmamar preżenti li jridu jkunu bilfors membru ta' l-assoċjazzjoni? Jekk l-assoċjazzjoni hiex meħtieġa li tagħmel il-kontijiet tagħha pubbliċi? Hemmx xi drittijiet għas-sidien tal-kmamar kemm jekk huma membri ta' l-assoċjazzjoni jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma hemm l-ebda ftehim li jagħti xi drittijiet in virtù biss ta’ sħubija f’assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar jew li jobbliga sħubija bil-fors.
Filwaqt li niringrazzja lill-Minisitru u l-Awtorità dwar it-Trasport għal inizjattiva li ħadu sabiex ma kull bus stop fil-Mosta illum għandha tabella li turi n-numri ta' rottot ta' servizz pubbliku. Madankollu nixtieq niġbed l-attenzjoni lill-awtorità li tabella ma bus stop li hemm fil-pjazza tal-Mosta għal xi raġuni inqagħlet u ma reġgħetx tpoġġiet f'postha. Jista' l-Ministru jara li l-awtorità terġa' tpoġġi it-tabella f'postha biex f'kull bus stop ikun hemm it-tabelli kollha meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-Awtorita konċernata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim li fil-ġejjieni ser ikunu mwaqqa' l-kmamar fl-Armier u jinbnew oħrajn ġodda? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ftehim ma' xi assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar li jobbliga s-sidien tal-kmamar preżenti li jridu jkunu bilfors membru ta' l-assoċjazzjoni? Jekk l-assoċjazzjoni hiex meħtieġa li tagħmel il-kontijiet tagħha pubbliċi? Hemmx xi drittijiet għas-sidien tal-kmamar kemm jekk huma membri ta' l-assoċjazzjoni jew le?
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Awtorità dwar it-Trasport jikkonsidra li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex fuq il-pont tal-Knisja tal-Isperanza fil-Mosta ma tibqax il-possibilità li minn punt jibqgħu jgħaddu żewġ vetturi (two lanes) fl-istess waqt? Għalhekk qed nissuġerixxi li ssir tabella ta' prijorità għal vettura fuq oħra u b'hekk jitnaqqas il-periklu li żewġ vetturi ma jistgħux jgħaddu mill-wiesgħa li hemm.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol fuq iż-żuntier tal-knisja tal-Mosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid issa ladarba d-deċiżjoni tal-paroċċa writ l-interess tagħha li lesta li tħallas dak li huwa mitlub mill-ministeru rispettiv rigward ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Mosta, meta l-Ministru lest li jibda xogħol qabel mal-istess permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-proġett jiskadi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ser jiġu allokati fondi biex il-proġett taz-zuntier tal-knisja tal-Mosta jiġi nkluż biex jitwettaq, fil-programm ta’ xogħlijiet fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-permess tal-MEPA ħareġ fid-29 ta’ Mejju 2009 u għandu validità ta’ sena bil-possibiltà ta’ estenzjoni.
Jista' l-Ministru permezz tal-Pulizija jara li maż-żuntier tal-knisja tal-Mosta, jkun hemm barriers li jagħlqu l-aċċess għal dan iż-żuntier fejn hemm ċertu periklu? Jista' jordna lill-Pulizija jivverifikaw il-periklu li jeżisti ma' din l-istruttura? Kemm-il darba il-Pulizija jivverifikaw dan il-periklu, jista' l-Ministru jordna lill-Pulizja fil-Mosta biex jikkordinaw mad-direzzjoni tal-parroċċa biex jaraw li fix-xhur Lulju sa Settembru ż-żuntier ikollu l-aċċess tiegħu magħluq għal ħinijet ta' bejn it-8.00 pm sa 5.00 pm u dan biex jitbiegħed il-periklu għaż-żgħażagħ li fix-xhur tas-sajf jifrekwentaw il-pjazza u jistgħu faċilment ikunu f'periklu kemm-il darba joqgħodu jitilgħu fuq din l-istruttura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fin-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-allegat periklu, il-Pulizija talbet l-assistenza ta’ perit tal-Gvern sabiex jispezzjona z-zuntier imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u jirrapporta dwar il-periklu li jista’ jkun hemm. Meta l-Pulizija jkollha dan ir-rapport tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6357, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni li saret mill-Awtorità ta' Malta tat-Trasport fuq il-pont tal-Isperanza fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT spezzjonat il-pont in kwistjoni u għamlet ukoll konsultazzjoni mal-MEPA. Jirriżulta li s-soluzzjonijiet possibbli sabiex l-ħajt tal-pont ikun iktar għoli huma li jew titpoġġa filata oħra tal-ġebel jew billi jsir railing tal-injam. L-ADT qed tevalwa dawn iż-żewġ proposti u, wara li tiddeċiedi, tkun tista’ tagħmel ix-xogħol meħtieġ skont ir-riżorsi u prijoritajiet li jkollha.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Triq id-Dwejra, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien wiegħed li se jirranġa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dipartiment ikkonċernat ġibed l-attenzjoni tal-Kunsilli Lokali Rabat.
Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja - Kappelli
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7678 li tali mistoqsija saret għall-fini ta' riċerka u storja, jidher li fir-risposta qed jissemew żewġ kappelli. Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kappelli qed jirreferi fir-risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ż-żewġ kappelli in kwisjoni huma l-istess żewġ kappelli li jissemmgħu fid-dettalji li huwa stess bgħat separatament mal-mistoqsija parlamentari 7678 fejn jindikaw li maġenbhom kien hemm iċ-ċimiterji. Dawn iż-żewġ kappelli huma il-Kappella ta’ Sta Margerita, li għada eżistenti sallum, u l-Kappella ta’ San Ġakbu li m’għadiex fil-post. Kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7678, iċ-ċimiterji li jingħad li kien hemm maġenb dawn iż-żewġ kappelli ma kienux fuq art tal-Gvern. It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandha l-ebda informazzjoni oħra fuq ċimiterji fil-Mosta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6357, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni li saret mill-Awtorità ta' Malta tat-Trasport fuq il-pont tal-Isperanza fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Triq id-Dwejra, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien wiegħed li se jirranġa ?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed tkun it-talba tal-Gvern lill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta fir-rigward x-xogħol ta' restawr li jeħtieġ li jsir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid jekk saritx talba sad-data tal-lum mill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta rigward ix-xogħol li jeħtieġ isir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid x'inhi n-nefqa maħsuba li hija marbuta ma' dan ix-xogħol ta' restawr?
Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja
Question
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6993, jista' l-Ministru janalizza r-risposta mogħtija mal-informazzjoni li qed tidher separatament. Din il-mistoqsija qed titpoġġa sabiex għall-fini ta' riċerka u storja jkollna risposta partikolari li tkun konformi mal-istorja. Għalhekk jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-informazzjoni tal-Gvern fir-rigward tal-informazzjoni li qed tidher separatament ma' din il-mistoqsija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandha l-ebda indikazzjoni li ċ-ċimiterji li kienu jinsabu maġenb iż-żewġ kappelli imsemmija fid-dokumentazzjoni ppreżentata huma jew kienu proprjeta’ tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa 50 sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6993.
Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex issir riċerka u jkun stabbilit fil-lokalità tal-Mosta f'dawn l-aħħar 50 sena kemm-il ċimiterju kellu l-gvern fuq l-art tiegħu jew art tal-Knisja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mir-riċerka li saret mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ġie stabbilit li f’dawn l-aħħar 50 sena, il-Gvern kellu ċimiterju wieħed fil-Mosta u li għadu jintuża sallum. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-art tal-Gvern fejn jinsab dan iċ-ċimiterju.
Ninsab infurmat li l-pożiżżjoni preżenti fuq il-punti msemmija dwar iċ-ċimiterju tal-Mosta fi Triq Duramblat hija kif ġej:
a) Is-sistema ta' l-ilma fiċ-ċimiterju imsemmi hawn fuq, qatt ma' qanqlet ilmenti w uffiċjali mill-uffiċċju tal-amministrazzjoni taċ-ċimiterji tal-Gvern jikkonfermaw li hemm żewġ viti ta' l-ilma f'dan iċ-ċimiterju u li fihom jasal ilma bi pressa tajba u regolari. Is-servizz ta' l-ilma f'dan iċ-ċimiterju huwa għaldaqstant sodisfacenti meta wieħed jikkonsidra d-daqs ta' dan iċ-ċimiterju.
b) Hemm sbatax-il siġra taċ-ċipress fil-passaġġ ta' wara li jifred iż-żewġ taqsimiet ta' oqbra fiċ-ċimiterju tal-Mosta. Dawn is-siġar jiffurmaw il-parti l-kbira tal-siġar li hemm f'dan iċ-ċimiterju. Jekk dawn is-siġar jiġu maqlugħa dan iċ-ċimiterju jitneżża kważi għall-kollox mill-għamara naturali u l-kenn li jofru dawn is-siġar. L-uffiċċju amministrazzjoni tad-dfin fil-passat irċeva lment mingħand wieħed mis-sidien tal-oqbra dwar li l-għeruq tas-siġra viċin, kienu daħlu fil-qabar tiegħu. Jista jiġi kkonsidrat fil-futur li dawn is-siġar jinqalgħu u jergħu jitħawlu fil-post wara li jsirulhom konki tal-konkos meta xogħol pendenti fuq il-passaġġi f'dan iċ-ċimiterju jitwettaq.
ċ) Dwar il-passaġġi hemm rapport tekniku preparat minn perit. Dan ir-rapport jindika li hemm bżonn xogħol estensiv sabiex il-passaġġi li jinsabu fil-parti ta' wara taċ-ċimiterju jitħaffru u jsiru mill-ġdid wara li tkun tħejjiet sistema tajba tad-drenaġġ għal ilma tax-xita u sodda tajba sabiex dawn il-passaġġi ma jibqgħux jisfrundaw. Dan ix-xogħol jirrekjedi fondi finanzjarji konsiderevoli. Dan il-proġett ta' upgrading tal-passaggi f'dan ic-cimiterju qed jiġi kkunsidrat fl-isfod ta progetti ohra f’cimiterji ohra u il-fondi allokati.
Sptar Mater Dei — riżultati bone density - Poliklinika tal-Mosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex test li jsir għal bone density fl-Isptar Mater Dei f'Jannar ikollu r-riżultat tiegħu mgħoddi lill-poliklinika fil-Mosta fejn mill-istess klinika l-pazjenti ġie mgħarraf biex jiġbor ir-riżultat f'Lulju, minkejja li f'nota li ntbagħtet mill-istess klinika qed ikun mgħarraf li dan ir-riżultat diġà qiegħed fl-istess poliklinika fil-Mosta?
Ħal Safi u Ħal Far — barracks - manutenzjoni fuq gradjoli
Question
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex gardjoli li fihom jistkennu suldati fil-barracks ta' Ħal Safi u Ħal Far, fejn hemm d-detention service, issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-Servizz ta’ Detenzjoni qiegħed jagħmel eżerċizzju sabiex jinbiddlu l-gardjoli li sfaw imkissra bl-irjieħat qawwija li ħakmu l-pajjiż dan l-aħħar filwaqt li jissewwew il-gardjoli li għandhom ħsara minima.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5817 li saret mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmak li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tispezzjona l-imsemmi pont.