Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11479 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — handymen

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokali llum kemm-il handyman għandu? Kemm huwa n-numru tal-handymen li qed ikunu sussidjati mill-Gvern u kemm huwa n-numru ta' handymen li qed jiġu finanzjati mill-kunsilli lokali stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11002 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — tnaqqis ta' burokrazija u aktar effiċjenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir sabiex diretturi li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku jaraw li jnaqqsu l-burokrazija u jkunu aktar effiċjenti kif titlob il-liġi tas-Servizz Pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ħa u qed jieħu diversi miżuri biex titnaqqas il-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza fis-Servizz Pubbliku. Ewlenija fosthom hija l-inizjattiva tal- Better Regulation li hija intiża biex jitħaffef il-piż amministrattiv fuq in-negozju u iċ-ċittadini. Il- Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed iwettaq Strateġija ta’ Regolamentazzjoni Aħjar li ġiet approvata mill-Kabinett. L-istrateġija hija mibnija ukoll fuq proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa fosthom numru ta’ laqgħat mas-setturi kollha tan-negozju biex jitkompla ix-xogħol fuq simplifikazzjoni ta’ regolamenti u proċessi amministrattivi. Il-mira hi illi jitnaqqas il-piż amministrattiv bi 15% sal-2012. Diġa ttieħdu numru ta’ inizjattivi biex titnaqqas il-burokrazija u jkunu aktar effiċjenti. Il-miżuri illi qegħdin jittieħdu jinkludu: użu aħjar tal-informazzjoni interna bejn Dipartiment u ieħor; użu aħjar tal- Common Database; simplifikazzjoni ta’ proċessi interni; kif ukoll ġie konkluż l-ewwel Pjan ta’ Simplifikazzjoni. Sar xogħol ukoll fuq kif il-proċess ta’ policy making jista’ jiġi mtejjeb biex jiġu kkunsidrati iżjed alternattivi qabel ma jiġu proposti regolamenti ġodda bl-analiżi tal-implikazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-BRU b’għajnuna ta’ fondi mill-UE nieda manuals ta’ Better Regulation, kif ukoll, sejjer jibda minn dan ix-xahar iħarreġ numru ta’ uffiċjali pubbliċi fl-użu ta’ dan il- manual . F’dan l-isfond ta’ min jgħid illi l-Kummissjoni Ewropeja apprezzat din l-istrateġija għar-regolamentazzjoni aħjar u rat illi hija komprensiva, rilevanti u valida għall-pajjiż. Inizjattiva oħra li qed tiġi mplimentata f’firxa ta’ dipartimenti hija l-flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol. Dan it-tibdil fil-ħinijiet jgħin biex is-servizzi jingħataw b’mod aktar effettiv u effiċjenti kemm fis-Servizz Pubbliku stess kif ukoll liċ-ċittadin. Din is-sena saru wkoll audits f’dawk id-dipartimenti li għandhom il- Quality Service Charters biex jiġi żgurat li l- istandards imniżżla fihom jibqgħu jintlaħqu. Isir ukoll moniteraġġ regolari fuq id-dixxiplina li qed tiġi infurzata fid-dipartimenti tal-Gvern. Progressivament qed isir ukoll tnaqqis fl-għadd totali ta’ ħaddiema impjegati fis-Servizz Pubbliku (head count reduction) . Ta’ min ifakkar ukoll li l-uffiċjali kollha fit- Top Management tas-Servizz Pubbliku għandhom performance plan li kull sena jiġi rivedut skont l- agenda u l-inizjattivi tal-Gvern. Dan il-pjan għas-sena jelenka x-xogħol li irid jiġi mwetteq, flimkien ma’ miri speċifiċi. Dan iwassal għal aktar kontabilita’ u moniteraġġ fil-ħidma tas-Servizz Pubbliku.

CASMA Ltd — ħaddiema mingħajr collective agreement imġedded

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11004, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex il-collective agreement tal-ħaddiema tal-CASMA għadu ma sarx meta l-collective agreement ewlieni ilu li skada u fil-preżent il-ħaddiema tal-CASMA li qed jaħdmu fid-Dragonara Casino m'għandhom l-ebda collective agreement imġedded?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent għaddej il-proċess biex jiġġedded il-permess biex id-Dragonara Casino jkompli jopera għall-għaxar snin li ġejjn. Fil-ġejjieni qarib jista’ jkun hemm il-konferma ta’ l-operatur eżistenti jew il-ħatra ta’ operatur ġdid. Kien fl-isfond ta’ dan il-proċess li ttieħdet id-deċiżjoni li t-tiġdid tal-ftehim kollettiv isir malli jkun maħruġ il-permess il-ġdid biex kemm jista’ jkun il-ftehim kollettiv isir abbażi ta’ dak li se jiġi maqbul bejn il-Gvern u l-operatur prospettiv. Ta’ min wieħed iżid li l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv li skada għadhom applikabbli u jibqgħu jgħoddu sa kemm ftehim ġdid jiġi miftiehem. Fil-frattemp, qed jittieħdu miżuri biex il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema ma jkunux effettwati b’mod negattiv b’xi ftehim li jista’ jintlaħaq bejn il-Gvern u operatur ġdid.

MIMCOL — ħaddiema li jaħdmu bħala self employed

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jieħu l-passi meħtieġa sabiex numru żgħir ta' ħaddiema li jaħdmu mall-MIMCOL li huma reġistrati bħala self employed jiġu reġistrati bħala ħaddiema impjegati tal-MIMCOL biex ma jibqgħux aktar self employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi effettivament il-ħaddiema msemmija ma jaħdmux mall-MIMCOL. Dawn joffru servizzi ta’ Security Guards mall-uffiċini tal-Enterprise Centre bħalissa okkupati mal-Malta Enterprise u l-MIMCOL. Mhuwiex maħsub li dawn il-ħaddiema reġistrati bħala self employed jiġu ngaġġati mal-MIMCOL direttament.
Leg 11 PQ #11194 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

approvazzjoni dwar l-iskemi tal-bini ta' artijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jonqos li jsir biex l-iskemi tal-bini ta' l-artijiet li kellhom jiġu approvati kollettivament bil-permessi kollha meħtieġa jkunu inklużi u approvati u l-bini tal-iżvilupp li jkun diġà applika għalih ikun jista' jibda jinbena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11196 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp minn irziezet fis-Siggiewi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn rziezet li kienu qed japplikaw biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

rziezet tal-baqar tal-ħalib mhux approvati mill-istandards Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi rziezet tal-baqar tal-ħalib li għadhom ma ġewx approvati mill-istandards Ewropej u li mhumiex jieħdu sussidju tal-Gvern? Jista' jgħid kemm baqa' rziezet li huma fl-iskemi tal-bini u li għadhom jaħdmu bla permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lin-numru ta’ rziezet tal-ħalib li għadhom fil-proċess li jiġu kompletament approvati mill-istandards Ewropej huma 17 f’Malta u 4 f’Għawdex. Dawn l-irziezet illum qegħdin fiz-zoni urbani u allura jridu jiċċaqalqu f’post alternattiv barra miż-żona taż-żvilupp qabel ma jkunu jistgħu jiġu kompletament konformi mal-kundizzjonijiet rispettivi. Il-Gvern applikazzjoni lill-MEPA fejn dawn l-irziezet jistgħu jiġu rilokati.

direzzjoni different għat-traffiku dieħel u ħiereġ mill-Mosta

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu in konsiderazzjoni tal-proposta li la darba fil-Mosta, Triq Indipendenza u Triq il-Kungress Ewkaristiku ġew reġistrati bħala toroq li fihom hemm ċertu livell ta' inkwinament tal-arja minħabba l-flow tat-traffiku, għal Novembru u Diċembru li ġej bi prova l-flow ta' traffiku fil-Mosta tinbidel b'mod li : (i) t-traffiku li jkun dieħel fil-Mosta jibda dieħel minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, (ii) t-traffiku mill-pjazza ewlenija jibqa' joħroġ lejn in-Naxxar kif inhu fil-preżent sa Triq il-Kbira, (iii) t-traffiku mill-Imġarr jidħol fil-Mosta minn Triq il-Kbira lejn Pjazza Rotunda kif inhi fil-preżent u (iv) t-traffiku mill-pjazza lejn San Pawl il-Baħar u minn San Pawl il-Baħar lejn il-pjazza jibqa' kif inhu fil-preżent minn Triq il-Kostituzzjoni? Din il-proposta qed nagħmilha bil-ħsieb li noffri possibilità alternattiva għat-traffic flow fil-preżent, bil-ħsieb li jonqos l-inkwinament f'dawn it-toroq. Din il-proposta qed issir bi prova għax-xhur ta' Novembru u Diċembru biex hekk ikun ikkalkolat x'bidla tkun qed issir kemm f'dak li hu inkwinament kif ukoll kummerċ.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar ix-xiri ta' fuel tal-petrol stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti il-ftehim li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fil-bejgħ tal-fuel lil petrol stations li jeżistu madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid kif qed iħallsu għall-fuel li qed jixtru s-sidien tal-petrol stations? Liema huma l-petrol stations li qed jixtru bi spiża ogħla u dan għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tlestija ta' bankina fi Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex bankina f'Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta li għadha mhix lesta, tkun finalment lesta? Illum din il-bankina li qed tidher mhix lesta f'salib it-toroq fejn hemm il-Monument tal-Missjunarji Maltin qed toħloq inkonvenjent u periklu għal dawk li jkunu mixjin fuqha.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

tiswija fuq il-bankina ta' Triq Pantar limiti tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi meħtieġa sabiex Triq Pantar, parti minnha fil-limiti tal-Mosta, Ħal Lija u Ħ'Attard isiru s-sinjali ta' toroq u fil-ġnub tat-triq isiru bankini sabiex tinħoloq protezzjoni għal dawk li jimxu f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Leg 11 PQ #11087 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Irranġar ta' rampa għall-wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex rampa li tinsab quddiem il-main gate fejn jidħlu għall-out patients fl-Isptar Mater Dei, tiġi rranġata għaliex qed toħloq diffikultà u periklu għal min juża wheelchair?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Isptar qiegħed jieħu l-passi meħtieġa biex it-tiles li nkisru f’din ir-rampa jiġu rranġati.

Tagħlim fl-iskejjel rigward imprenditorija

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent x'tagħlim se jkun qed jingħata lill-istudenti tal-primarja u s-sekondarja f'dik li hija imprenditorija (entrepreneurship)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħlim li ser jingħata lill-istudenti tal-primarja u sekondarja f’dik li hi imprenditorija ser ikun l-aktar ta’ edukazzjoni mhux formali (non-formal education). Dan ifisser li l-istudenti jiġu mgħallma numru ta’ ħiliet permezz ta’ attivitajiet li jsiru fl-iskejjel. Dawn jistgħu ikunu per eżempju fun runs u Jeans Days, fejn l-istudenti jiġbru fondi, jew attivitajiet fejn l-istudenti joħolqu materjal li jiġi mibjugħ.
Leg 11 PQ #11002 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — tnaqqis ta' burokrazija u aktar effiċjenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir sabiex diretturi li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku jaraw li jnaqqsu l-burokrazija u jkunu aktar effiċjenti kif titlob il-liġi tas-Servizz Pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11003 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanija GO — collective agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-laqgħat biex ikun konkluż il-collective agreement mal-Kumpanija GO għadhomx għaddejjin jew humiex fil-preżent wieqfa?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumpanija Go hija kumpanija privata. L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 11 PQ #11004 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

CASMA Ltd — ħaddiema mingħajr collective agreement imġedded

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-collective agreement tal-ħaddiema tal-CASMA għadu ma sarx meta l-collective agreement ewlieni ilu li skada u fil-preżent il-ħaddiema tal-CASMA li qed jaħdmu fid-Dragonara Casino m'għandhom l-ebda collective agreement imġedded?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - manutenzjoni tal-pont

Question

Jista' l-Ministru jara permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, x'manutenzjoni jeħtieġ il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, fejn jidher li hemm ġebel li qed jitmermer kif ukoll hemm ċertu periklu minħabba li l-ħitan tal-ilqugħ fil-ġnub huma biss ta' żewġ filati? Jista' jassigura li dan il-periklu jitneħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Leg 11 PQ #11071 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies dwar bini ta' petrol stations ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed ikunu imħejjija l-policies li jirregolaw il-bini ta' petrol stations ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għaddejja bl-laqgħat ma' diversi aġenziji, inklużi l-MRA, sabiex titfassal policy għal dan il-għan. Ta' min isemmi li l-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna diġà għandu policy fuq faċilitajiet ta' ħażna ta' fuel.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dak il-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jitkompla sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent li t-twaqqif ta' dan il-proġett qed joħloq?

Response (GATT, AUSTIN)

Infurmat li x-xogħlijiet kollha miftehmin bejn it-Traffic Management Unit u l-Kunsill tal-Mosta ġew attwati.

Mosta Triq il-kostituzzjoni — Salib it-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT f'rigward tal-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f'Triq il-Kostituzzjoni fejn illum il-proġett imsemmi jidher wieqaf u dan qed iwassal sabiex f'kull salib t-toroq f'din it-triq ewlenija qed joħolqu periklu u inkonvinjent għal dawk kollha li jkunu mixjijn f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Infurmat li x-xogħlijiet kollha miftehmin bejn it-Traffic Management Unit u l-Kunsill tal-Mosta ġew attwati.