eżamijiet ta' studenti bil-kundizzjoni tad-Dyslexia
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jsir sabiex studenti b'kundizzjoni ta' dyslexia jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet b'inqas diffikultà? Tista' tgħid jekk hux se jkun possibbli li studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia jagħmlu eżamijiet orali minflok bil-kitba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kundizzjoni tad-dyslexia tvarja minn individwu għal ieħor u għalhekk l-aċċess għall-eżamijiet jingħata skont il-gravita’ tad-diffikultajiet. Dan ifisser li hemm studenti li jkollhom bżonn wieħed jew aktar minn dawn: ħin itwal għall-eżami; karta b’tipa mkabbra; persuna kompetenti biex taqra lill-istudent il-karta tal-eżami kollha jew dawk il-kliem li ma jistgħax jaqra waħdu; persuna biex jikteb b’mod ċar dawk il-kliem li ma jkunx jista’ jintgħaraf minn min jikkoreġi l-eżami.
S’issa mhemm l-ebda ħsieb li student dyslexic jiġi eżaminat taħt kundizzjonijiet differenti.
Rabat — Triq Doni l-Qadima u Triq il-Qadima - manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Triq Doni l-Qadima u Triq il-Qadima, Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tar-Rabat huwa responsabli mill-manutenzjoni ta’ toroq li jkunu mibnija bħal Triq Doni. Madanakollu, Transport Malta ser tkun responsabli minn xogħlijiet ta’ resurfacing fi Triq Doni l-Qadima hekk kif ġie mwiegħed fil-pjan ta’ xogħlijiet residenzjali fill-lokalità tar-Rabat.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex is-Super 5 bħas-sena li għaddiet reġgħet telgħet għas-somma ta' flus fenomenali u qed jidher li hemm pattern ta' kif u meta din il-lotterija jkollha l-premju tagħha daqshekk kbir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għall-Logħob u Lotteriji dejjem tara li kull forma ta’ logħob liċenzjat minnha isir bl-aktar mod ġust, kif ukoll li l-interessi tal-ġugaturi jkunu salvagwardjati. Fil-każ tas-Super 5, it-tlugħ isir dejjem fil-preżenza ta’ numru ta’ nies li fosthom jinkludu rappreżentant ta’ l-istess Awtorita’.
informazzjoni dwar xiri ta' fuel mill-petrol stations
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11072, ladarba qed ikun sostnut li fir-rigward tal-bejgħ tal-fuel hemm suq miftuħ għall-kompetizzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-prezz tal-fuel għall-petrol stations huwiex iffissat jew jekk hux minnu li s-suppliers jistgħu ibigħu l-fuel bi prezz differenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istruttura ta' kommissjoni fuq il-bejgħ u xiri tal-fuel hijiex f'konformità ma' regoli ta' kompetizzjoni ġusta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Mosta — tneħħija ta' ħġieġ imkisser fi Triq il-Kungress Ewkaristiku
Question
Jista' l-Minsitru jieħu azzjoni sabiex f'showroom fil-Mosta li hi proprjetà privata fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, kantuniera ma' Triq il-Ħarifa li tinsab ħdejn il-pompa tal-petrol, jitneħħa l-ħġieġ imkisser li hemm għaliex qed jinħoloq periklu għall-pubbliku li jkun għaddej minn fuq il-bankina? Din ix-showroom hija proprejtà ta' persuna li m'għadhiex residenti Malta, imma minkejja dan jeħtieġ li tinsab soluzzjoni.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
informazzjoni dwar ix-xiri ta' fuel tal-petrol stations
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti il-ftehim li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fil-bejgħ tal-fuel lil petrol stations li jeżistu madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid kif qed iħallsu għall-fuel li qed jixtru s-sidien tal-petrol stations? Liema huma l-petrol stations li qed jixtru bi spiża ogħla u dan għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ftehim mar-rappreżentanti tal-Pompi tal-fuel fuq struttura ta’ kommissjoni. Din l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali, f’suq miftuħ għal kompetizzjoni, fejn il-Korporazzjoni llum hija wieħed mill-kompetituri f’kompetizzjoni diretta ma’ operaturi oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'din is-sena universitarja, kemm hemm studenti barranin u kemm hu n-numru ta' studenti Maltin fl-Università ta' Malta? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-istudenti Maltin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bozoz energy savers s'issa? Kemm baqa' x'jitqassmu u x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar Casa Bottega li għadhom ma ħadux il-bozoz? Jista' jgħid meta ser jingħataw il-bozoz lill-indirizz li qed jingħata separatament?
Informat li sar eżerċizzju estensiv fuq l-ispiża ta' kull intervent fl-isptar li bħalissa qed jiġi verifkat qabel ma jkun pubblikat f'avviż legali biex ikunu aġġornati r-rati li huma viġenti llum.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11003, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern fit-tfassil u l-ftehim tal-Collective Agreement mal-Kumpanija Go u dan minkejja li din il-kumpanija hija privata?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — applikanti biex iħaddmu persuni barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex min qed japplika għall-permess ta' xogħol ta' ħaddiem barrani qed jintalab mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ l-audited accounts tal-kumpanija? Ma jaħsibx li din hija żieda ta'spejjeż għan-negozju involut kif ukoll żieda ta' burokrazija? X'jiġri jekk l-applikant ma jkunx kumpanija?
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fid-deċiżjonijiet tagħha tkun effettiva mingħajr ma żżid burokrazija u spejjeż għan-negozji?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-liċenzji ta’ l-impjieg għal ċittadini Ewropej jiġu maħruġa b’mod awtomatiku, mingħajr ma tiġi miflija is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol f’Malta. Applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-impjieg għal persuni li m’humiex ċittadini Ewropej huma suġġetti għal fili sew tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol f’Malta. Hija r-responsabilità ta’ min irid jimpjega li jipprova lill-Korporazzjoni il-bżonn tiegħu li jħaddem dan iċ-ċittadin mhux Ewropew. L-audited accounts huma indikatur tajjeb jekk l-intrapriża hijiex vijabbli biżżejjed biex tinħareg il-liċenzja ta’ l-impjieg jew li tiġi mġedda, għal persuna waħda jew aktar. Minkejja dan, jekk hemm aktar provi li juru biċ-ċar il-bżonn ta’ dan l-impieg, bhal irċevuti fiskali li jirriflettu attività kummerċjali u profitabbli fis-sena ta’ qabel, jew kuntratti għall-provista ta’ servizzi jew prodotti fis-sena li ġejja, allura l-audited aċċounts jistgħu ma jintalbux.
Informat ukoll li l-Korporazzjoni obbligata li ma toħroġ liċenzja ta’ l-impjieg jekk ikollha d-dubji dwar il-ġenwinità ta’ l-applikazzjoni. Għalhekk, il-Korporazzjoni tirriżerva d-dritt li titlob kull informazzjoni li jidhrilha li hi bżonnjuża biex tassistiha fid-deliberazzjonijiet tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10118, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fiex tikkonsisti l-għajnuna soċjali li persuna tieħu għal:
a) persuna waħedha
b) persuna miżżewġa
ċ) persuna separata legalment
d) persuna separata de facto
e) Persuna separata li qed tmantni lill-konjugi
f) persuna divorzjata
Jista' l-Ministru jgħid rispettivament x'inhi n-nefqa tal-Gvern għal kull għajnuna imsemmija hawn fuq?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jonqos li jsir biex l-iskemi tal-bini ta' l-artijiet li kellhom jiġu approvati kollettivament bil-permessi kollha meħtieġa jkunu inklużi u approvati u l-bini tal-iżvilupp li jkun diġà applika għalih ikun jista' jibda jinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm diversi skemi ta' ippjanar kollettiv u għalhekk tajjeb li l-mistoqsija tkun waħda speċifika għas-sit in kwestjoni biex ir-risposta tkun waħda speċifika.
applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp minn irziezet fis-Siggiewi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn rziezet li kienu qed japplikaw biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tlett applikazzjonijiet li qed jiġu proċessati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċernaw bini ta’ rziezet ġodda biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi.
L-applikazzjoni ewlenija qed tipproponi l-kostruzzjoni ta’ tnax-il razzett ġdid biex rziezet tal-ħalib li bħalissa qed joperaw fl-iskema tal-bini jiġu rilokati fl-inħawi tal-Qampiena, limiti tas-Siġġiewi. Din l-applikazzjoni tinkludi wkoll il-kostruzzjoni ta’
Centralised Dairy Waste Digester
u
Waste Conversion Facility
.
Fl-inħawi tal-Qampiena, limiti tas-Siġġiewi, hemm ukoll żewġ applikazzjonijiet oħra għal kostruzzjoni ta’ żewġ irziezet ġodda tal-ħalib.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4406 dwar passaġi fir-raba', jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi minn meta ngħatat ir-risposta f'seduta 78 tat-2 ta' Frar 2009? Jista' jgħid għaldaqstant jekk sarx il-ftehim mill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex ikun hemm pjan ta' xogħol fil-manutenzzjoni ta' passaġi fir-raba'?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nfakkar lill-Onor Interpellant li l-manutenzjoni ta' passaġġi fir-raba' mhix responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, irrid ngħid li fil-konfront tal-Mistoqsija Parlamentari 4406 m'għandix x'inżid mar-risposta li kont tajt fi Frar 2009.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8075 tas-seduta 118 tas-27 ta' Mejju 2009 dwar x-xogħol ta' lqugħ li kien maħsub li jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta, jista' l-Ministru jgħid jekk dan x-xogħol huwiex prijorità tal-awtorità, jekk hux ser jsir u meta? Tista' l-Awtorità dwar it-Trasport tiftiehem mal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jsir dan x-xogħol, ladarba l-istess kunsill lokali għandu applikazzjoni għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jsir xi xogħol ta' manutenzzjoni fuq dan il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT biex isir il-koordinament meħtieġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-allokazzjoni finanzjarja il-kunsilli lokali jingħatawx finanzi apposta għall-bini ta' toroq u għaldaqstant għoti mill-ġdid ta' tarmak lit-toroq fil-lokalitajiet? Jista' jgħid kemm ingħataw finanzji f'dan ir-rigward lil kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali mhumiex responsabbli mill-bini ta’ toroq ġodda iżda għaż-żamma u l-manutenzjoni tagħhom.
Għas-sena finanzjarja 2009/10, il-Kunsilli Lokali b’mod globali ingħataw is-somma ta’
€ 4,798,088 għal din il-funzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-allokazzjoni lil kull Kunsill Lokali.
Minbarra dan, matul is-sena finanzjarja kurrenti, il-Gvern ħareġ diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali setgħu jingħataw fondi addizzjonali, fosthom:
-
Fondi Spe
ċjali għal lokalitajiet bi bżonnijiet speċjali (€ 565,000); u
Fondi Speċjali (€ 250,000)
Awtorità dwar it-Trasport — gwardjani lokali u pulizija tat-traffiku f'roundabouts
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, jara li flimkien mal-pulizija tat-traffiku jkun hemm aktar preżenza ta' gwardjani lokali jew gwardjani tal-Awtorità dwar it-Trasport f'roundabouts u toroq ewlenien f'ċertu ħinijiet fejn it-traffiku jkun kwazi wieqaf minħabba l-amount kbir ta' vetturi? Dan sabiex f'toroq ewlenien jibdew jidhru aktar pulizija u uffiċjali oħra u b'hekk it-traffiku jiġi aktar faċilitat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċjali tal-Infurzar ta' l-ADT m'humiex responsabbli milli jidderieġu t-traffiku.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex f'Ċimiterju tal-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni li hija meħtieġa ladarba hemm passaġġi tal-konkos fuq in-naħa ta' wara ta' dan iċ-ċimiterju li qed jisfrundaw u l-ilma li jkun fil-passaġġi jidher li qed jidħol fl-oqbra? Jista' jagħti ukoll struzzjonijiet sabiex ikun verifikat jekk is-siġar fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċimiterju humiex qed jagħmlu ħsara fl-oqbra?