Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li bozza maqtugħa li ġiet irrapurtata fil-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex li qiegħda quddiem it-Tulip Bar fi Triq Testa Ferrata, tkun irranġata għaliex ilha rrapurtata ġimgħatejn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li bozza b'referenza 50/0573/08 li ġiet approvata kemm mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mill-Kunsill Lokali tar-Rabat kif indikat fil-korrispondenza li qed tingħata separatament? Jidher li min korrispondenza mall-Kunsilli Lokali tar-Rabat hemm indikazzjoni li wires li kienu hemm u għal xi raġuni tneħħew illum qed joħolqu diffikulta sabiex din il-bozza titwaħħal f'postha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il binja/proprjetà tal-gvern hemm mal-Victoria Lines li hija okkupata illegalment u jekk jafx minn min hu okkupat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jirriżulta li hemm sitt (6) strutturi proprjetà tal-Gvern fil-Victoria Lines li m’humiex mikrija u li x’aktarx huma okkupati illegalment.
Id-Dipartiment qiegħed jinvestiga din l-allegazzjoni. Jekk u meta jirriżultalu li hemm abbuż, jittieħdu l-passi kollha, inkluż azzjoni ta’ żgumbrament, kif sar fl-istess akkwata madwar sena u nofs ilu fuq abbuż ta’ art pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid il-gvern għandux pjanijiet rigward it-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-pjanijiet ta' estensjoni u jekk jeżistux xi skemi ta' bejgħ ta' oqbra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m’hemm l-ebda ħsieb li ċ-Ċimiterju tal-Mosta jiġi estiż. Bħalissa qed isir studju fiċ-ċimiterji kollha ta’ Malta sabiex jiġu esplorati kull possibiltà ta’ estensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Ministeru jara li ċertu mediċina bl-isem Normacol Plus tibqa' tkun offruta għal bejgħ minn spiżeriji b'mod kummerċjali peress li jidher li din il-mediċina m'għadhiex tiġi offruta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-prodott Normacol Plus ma jinstabx għall-bejgħ f’Malta għaliex il-manifattur ma applikax għall-awtorizzazzjoni biex jitpoġġa fuq is-suq.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabiltà tal-manteniment u l-għoti mill-ġdid tal-wiċċ ta' Triq it-Trinkatur fil-Mosta. Jista' jgħid jekk hemm xi awtorità li tara triq jekk għandhiex wiċċ ta' tarmak li huwa ta' kwalità sodisfaċenti jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk kont li qed jingħata separatament għandux ikun emendat sabiex il-klijent ikun jista' jħallas dak li hu dovut minnu b'mod ġust ladarba l-arloġġ ta' three-phase ġie mneħħi fil-bidu ta' Marzu 2009 u minkejja dan, il-kont kif jidher qed ikun mibgħut b'mod li qed jitlob il-ħlas tal-perjodu ta' żmien li fih l-arloġġ ta' three phase kien diġà imneħħi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu passi permezz ta' Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex jara li l-ex lukanda li kien jisimha Lapsi Hotel quddiem il-pitch tal-waterpolo tan-Neptunes fil-Balluta, San Ġiljan, li llum hija proprjetà f'idejn il-BOV u l-HSBC, jsir xogħol ta' tindif fiha minħabba ilmenti ta' ġirien li qed ikun hemm ħafna ġrieden li qed joħolqu wkoll perikolu għall-istess ġirien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat fil-fond Lapsi Hotel, Triq il-Kbira, San Giljan fil- 23 ta’ Frar 2010, wara lment li daħal fl-istess ġurnata . Ġie kkonfermat illi fil-fatt din l-ex lukanda hija maqsuma f’żewġ strutturi ta’ bini separati mifrudin bi Trejqet il-Bajja imma huma konnessi b’passaġġ taħt it-triq. Waqt l-istess spezzjoni, l-uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali kien akkumpanjat minn persuna responsabbli minn waħda mill-istrutturi tal-bini magħrufa bħala ‘Lapsi Annex’. Waqt l-ispezzjoni ġie nnutat kemm akkumulu ta’ żibel kif ukoll ħmieg tal-ġrieden. Inħarġet ordni sabiex jitnaddaf dan il-bini u kif ukoll biex isir trattament kontra l-ġrieden. Is-sid ikkonċernat ħareġ l-applikazzjonijet għat-tenders sabiex isir ix-xogħol rikjest. Infurmat li issa li t-tender ingħata, ser jibda ix-xogħol ta’ tindif f’din il-lukanda mill-iktar fis. Ser jittieħdu passi legali jekk tali xogħol ma jibdiex sal-ġimgħa d-dieħla.
Trattament kontra l-ġrieden kien sar minn dan id-Dipartiment fl-14 ta’ April 2010 u reġa sar trattament ieħor fis-6 ta’ Mejju 2010.
Mosta — traffic barriers ħdejn il-ground tal-logħob
Question
Jista' l-Minsitru jara li la darba x-xogħlijiet fuq gandott li kien qed isir madwar il-ground tal-logħob fil-Mosta, huma lesti, jitneħħew it-traffic barriers li kien hemm fit-toroq u li qed joħolqu inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-traffic barriers in kwistjoni fil-fatt tneħħew hekk kif tlestew ix-xogħlijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex vandaliżmu li sar fuq l-ilquħ taċ-ċnut tal-Pont tal-Isperanza li jinsab biswiet il-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta f'Triq it-Tama jiġi rranġat? B'riżultat ta' inċident ta' traffiku numru ta' snin ilu kienet ġrat ħsara fuq taraġ li jieħu mit-triq għal ħdejn l-għar ta' taħt il-kappella li llum hu taraġ magħluq u mkisser, jista jara x'passi jistgħu jittieħdu sabiex dan it-taraġ jiġi rranġat ukoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ħadt nota tal-ilment imressaq mill-Onor Membru u se nara li x-xogħol meħtieġ issir . Dwar l-ilment tal-Onor Membru dwar l-ilquħ taċ-ċnut tal-Pont tal-Isperanza ninforma l-Onor membru li għaddejt l-informazzjoni lid-dipartiment biex jieħu l-passi neċessarji biex dan jiġi rranġat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed juża l-Gvern sabiex sit li jintuża bħala residenza tkun tista' tinxtara mill-inkwilini li qegħdin fiha illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli membru li l-iskema li kienet taħseb biex persuni li qed jokkupaw proprjetà tal-Gvern taħt titlu ta’ kera jew ċens temporanju setgħu jixtru r-residenza tagħhom twaqqfet fid-29 ta’ Jannar 2009 sakemm jiġu proċessati t-talbiet pendenti. Għalhekk bħalissa t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma għandha l-ebda skema li biha inkwilin jista’ jixtri r-residenza fejn joqgħod u qed tipproċessa biss dawk it-talbiet li kienu saru qabel id-29 ta’ Jannar 2009.
Mosta — traffic barriers ħdejn il-ground tal-logħob
Question
Jista' l-Minsitru jara li la darba x-xogħlijiet fuq gandott li kien qed isir madwar il-ground tal-logħob fil-Mosta, huma lesti, jitneħħew it-traffic barriers li kien hemm fit-toroq u li qed joħolqu inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' tindif u restawr tal-Victoria Lines? Liema fortizzi huma sal-lum okkupati illegalemnt minn escavaters u allura ma jistax isir użu tagħhom u jkunu parti mill-proġett ta' għoti ta' ħajja lura lil Victoria Lines?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm bħalissa t-Taqsima tar-Restawr mhix qed tagħmel xogħol ta' restawr fuq il-Victoria Lines, preżentement diġà qegħdin isiru xogħlijiet preparattiv necessarji biex ix-xogħol fiżiku fuq dan is-sit jitkompla fil-futur qarib. Informazzjoni konnessa mal-użu tal-artijiet tal-gvern hija amministrata mid-Divizjoni ta’ l-Artijiet. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jitlob din l-informazzjoni mingħand il-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mwiet li seħħew fit-toroq tagħna riżultat ta' inċident tat-traffiku? F'liema toroq u lokalitajiet saru dawn l-inċidenti fatali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4407 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każijiet li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jgħid x'kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjoni li saret lill-Kunsill Lokali tal-Mosta hija li r-road humps jerġgħu jitwaħħlu mill-ġdid.
direzzjoni different għat-traffiku dieħel u ħiereġ mill-Mosta
Question
Jista' l-Ministru permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu in konsiderazzjoni tal-proposta li ladarba fil-Mosta, Triq Indipendenza u Triq il-Kungress Ewkaristiku ġew reġistrati bħala toroq li fihom hemm ċertu livell ta' inkwinament tal-arja minħabba l-flow tat-traffiku, għal Novembru u Diċembru li ġej bi prova l-flow ta' traffiku fil-Mosta tinbidel b'mod li :
(i) t-traffiku li jkun dieħel fil-Mosta jibda dieħel minn Triq il-Kungress Ewkaristiku,
(ii) t-traffiku mill-pjazza ewlenija jibqa' joħroġ lejn in-Naxxar kif inhu fil-preżent sa Triq il-Kbira,
(iii) t-traffiku mill-Imġarr jidħol fil-Mosta minn Triq il-Kbira lejn Pjazza Rotunda kif inhi fil-preżent u
(iv) t-traffiku mill-pjazza lejn San Pawl il-Baħar u minn San Pawl il-Baħar lejn il-pjazza jibqa' kif inhu fil-preżent minn Triq il-Kostituzzjoni?
Din il-proposta qed nagħmilha bil-ħsieb li noffri possibilità alternattiva għat-traffic flow fil-preżent, bil-ħsieb li jonqos l-inkwinament f'dawn it-toroq. Din il-proposta qed issir bi prova għax-xhur ta' Novembru u Diċembru biex hekk ikun ikkalkolat x'bidla tkun qed issir kemm f'dak li hu inkwinament kif ukoll kummerċ.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan is-suġġeriment kien diġà ġie diskuss u kkunsidrat fl-2008 u kien ġie deċiż li ma jsirx u wara li Transport Malta reġgħet ikkunsidrat il-proposta, ġie deċiż li ma jkunx għaqli li jsir it-tibdil propost.
Postijiet ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja qed jingħataw postijiet li huma ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali u jekk hemmx xi lista ta' dawn il-postijiet li huma magħrufa bħala postijiet ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Iskema għall-Proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli għall-Intrapriżi Privati, għandha l-faċilita’ li tiffinanzja proġetti f’attrazjonijiet turistika. L-iskema tkopri interventi varji li jiffukaw fuq il-prodott, l-ambjent, informatika, studji speċjalizzati u marketing.
Taħt l-ewwel sejħa ta’ l-iskema tletin benefikant ġew allokati fondi. Minn dawn il-benefikanti, l-iskema ffinanzjat tlett proġetti li huma attrazzjonijiet turistiċi taħt l-ewwel sejħa. Dawn huma Maypole Valletta Ltd, Katridral Metropolitan ta’ Malta u l- Limestone Heritage.
Barra minn hekk, il-mużewijiet u s-siti storiċi mmexxija minn Heritage Malta ukoll huma attrazzjonijiet turistiċi u dawn jingħataw finanzjament mill-Gvern ukoll.
Attrazzjonijiet turistiċi jinkludu ukoll postijiet naturali u ta’ valur ambjentali bħar-riżervi naturali.
Rigward fondi mill-Unjoni Ewropea, bħalissa qed jiġu implementati diversi proġetti f’postijiet ta’ attrazzjoni turistika. Fost dawn hemm proġett ta’ titjib fil-Qawra (permezz ta’ akkwarju, mużew tal-arkeoloġija ta’ taħt il-baħar, skola tad-
diving
, eċċ), f’Pembroke (tisbiħ tal-patrimonju naturali) u f’San Pawl il-Baħar (titjib fil-pavimentar tal-promenade). Apparti minn hekk, grazzi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, qed isiru wkoll proġetti ta’ tisbiħ, ċentru/i għal viżitaturi, passaġġi, programmi ta’ moniteraġġ, riċerka u analiżi, ilqugħ protettivi u miżuri oħrajn għal protezzjoni mill-elementi f’siti ta’ importanza arkeoloġika bħalma huma l-Katakombi ta’ San Pawl, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien u t-Tempji tal-Ġgantija.
Attrazzjonijiet turistiċi jinkorporaw attrazzjonijiet storiċi, kulturali, ambjentali, rurali, arkitettoniċi u ta' divertiment fost l-oħrajn. It-tipi ta' attrazzjonijiet ivarjaw skond l-interessi partikolari tal-vjaġġatur jew turist. Minħabba n-natura diversa ta' dawn l-attrazzjonijiet ma jkunx possibbli jew prattiku li wieħed jiġborhom f'lista waħda iżda li jippreżentahom b'mod kategorizzat bħal ma wieħed jista jsib fil-portal www.visitmalta.com. It-teknoloġiji tal-Web 2.0 li se jiġu nkorporati f'dan il-portal meta jiġi mġedded aktar tard din is-sena, se jippermettu li listi bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jiġu ntegrati f'sistemi ta' mapep virtwali li permezz ta'
layering
wieħed ikun jista' jindika x'tipi ta' attrazzjoni qiegħed ifittex u jiġġenera mappa lokali li tindika fejn jinsabu dawn l-attrazzjonijiet flimkien ma link lejn il-websajt uffiċjali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed juża l-Gvern sabiex sit li jintuża bħala residenza tkun tista' tinxtara mill-inkwilini li qegħdin fiha illum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) x'inhi l-ispiża rikkorrenti sabiex tkun amministrata l-Faċilità Korettiva ta' Kordin?
b) kemm hemm inmates f'din il-faċilità li huma ta' inqas minn:
i) 15-il sena sa 18-il sena?
ii) 18-il sena sa 20 sena?
iii) 20 sena sa 25 sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ispiża rikkorenti sabiex tkun amministrata l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija ta’ € 8,859,000. F’dan l-ammont hawn inkluż il-pagi, spejjeż (day to day running) li jinqalgħu fil-ħabs, il-gratuity u work and pay li jitħallsu l-inmates, it-tobba, nurses, tal-Caritas u tas-Sedqa li jagħtu s-servizz tagħhom kuljum. Infurmat ukoll li f'dan l-ammont hawn inkluż € 185,000 Kapitali li dan jintuża biex isir ir-refurbishment tad-divisions, kif ukoll manutenzjoni fejn ikun meħtieġ.
L-informazzjoni għat-tieni mistoqsija hija kif ġej:-
i) inmates bejn 15-il sena sa 18-il sena 6
ii) inmates bejn 18-il sena sa 20 sena 13
iii) inmates bejn 20 sena sa 25 sena 82