Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma irrispondewx?
Mosta — kunsill lokali - għalqa biswiet iċ-ċimiterju tal-Mosta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20234, peress li għal kuntrarju ta' dak li qed jingħad fir-risposta mhux minnu għaliex f'din l-għalqa biswit iċ-ċimiterju tal-Mosta qabel ma saret il-bankina l-ġdida kien hemm ilqugħ permezz ta' blokki tal-konkos li kienu tpoġġew wara li kien hemm tentattiv ta' serq mill-istess ċimiterju u peress li fil-fatt dan l-ilqugħ li kien hemm tneħħa meta saret il-bankina l-ġdida, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mosta bla dewmien jagħmel ilqugħ adegwati sakemm il-propjetarji jagħmlu dak li huma obbligati li jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ta struzzjonijiet lill-kuntrattur li għamel ix-xogħol fuq il-bankina msemmija biex, jekk kien hemm xi lqugħ tal-konkos ma’ din l-għalqa partikolari u neħħihom, jerġa’ jpoġġijhom. Ser ninkariga lill-uffiċċjal tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isegwu dan il-każ.
Mosta — kunsill lokali - għalqa biswiet iċ-ċimiterju tal-Mosta
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fil-lokalità tal-Mosta, proprju fejn il-kunsill lokali għamel bankina ġdida quddiem iċ-Ċimiterju tal-Mosta li maġenbu hemm għalqa li qabel ma sar ix-xogħol tal-bankina l-ġdida kienet b'xi mod magħluqa bl-ilqugħ, iżda issa dan l-ilqugħ tneħħa u dan qed iwassal sabiex f'din l-għalqa qed jintefa' skart kif ukoll jista' jagħti lok sabiex vetturi jistgħu jidħlu f'din l-għalqa u jkun iffaċilitat serq mill-istess ċimiterju? Jista' l-Kunsill Lokali tal-Mosta jibni ħajt jew jipprovdi ilqugħ u jżomm milli jibqa' jintefa skart f'din l-għalqa biswit ċ-ċimiterju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda forma ta’ ilqugħ fis-sit indikat qabel ma saret il-bankina msemmija. Madankollu qed isiru tentattivi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex jiddentifika s-sidien tas-sit in kwistjoni sabiex itellgħu l-ilqugħ neċessarju.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4736 u ċioè: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess? Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ma tistax tordna li jsir xi żvilupp, inkluż taraġ mingħajr qabel ma tkun sottomessa applikazzjoni formali għall tali żvilupp.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex s'issa kera li kellha titħallas mill-Korporazzjoni Enemalta lil sidien tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tintuża mill-istess Enemalta bħala mħażen u jara li din il-kera dovuta effettivament titħallas lis-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li l-aħħar ħlas relatat ma’ din il-kera sar f’Ġunju ta’ din is-sena. Iċ-ċwievet ta’ din il-proprjetà se jingħataw lura lil sidha fi ftit ġimghat oħra u qed isiru arranġamenti sabiex kull kera dovuta tiġi mħallsa.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabiltà tal-manteniment u l-għoti mill-ġdid tal-wiċċ ta' Triq it-Trinkatur fil-Mosta. Jista' jgħid jekk hemm xi awtorità li tara triq jekk għandhiex wiċċ ta' tarmak li huwa ta' kwalità sodisfaċenti jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq mhix responsabbiltà ta' TM.
Jista' l-Ministru jara li l-bring-in-site li hemm f'St. Peter's Street, Mġarr b'mod urġenti titnaddaf għax is-servizz qed ikun abbuzat tant li qed joħloq inkonvenjent għall-ġirien ta' dawn in-numru ta' skips?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress lit-tindif ta’ din l-Bring - in - Site jaqa’ taħt ir-responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr, dan ta’ l-aħħar ġie infurmat dwar il-kaz. Il-Kunsill qal li hu konxju tal-problema u għalhekk żied il-frekwenza tat-tindif tal-post biex jonqos l-inkonvenjent.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4736 u ċioe: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skont din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4736
Korporazzjoni Enemalta — qtugħ ta' dawl minħabba kontijiet mhux imħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sitt xhur għal kull xahar kien hemm djar residenzjali li l-Korporazzjoni Enemalta ordnat li tinqatgħalhom is-sistema tad-dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħetilhom il-provista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għal risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18095.
B’risposta għat-tieni part tal-mistoqsija, l-valur ta’ kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provista tal-elettriku, kien ta €1,067,716.54 mifruxa fuq 775-il kont.
Ta’ min jispjega, li l-proċess li jwassal għall-qtugħ tal-provvista tad-dawl, jagħti bosta opportunitajiet lil min waqa’ lura fil-ħlasijiet biex jirregolarizza ruħu. Il-proċess ta’ sospensjonijiet (mid-data tal-kont) hu kif ġej:
- Il-kont jrid jiġi mħallas sa 45-il ġurnata mid-data ta’ fuq il-kont
- Ittra tal-‘
Interest reminder’
tintbgħat wara 30 ġurnata mid-data tal-kont
- L-interessi jibdew jiġu ikkalkulati wara il-45 ġurnata u jibdew jgħoddu min wara l-15-il ġurnata
- L-avviż ta’ sospensjoni fis-servizz tad-dawl u l-ilma tintbgħat wara 65 ġurnata mid-data tal-kont
- L-aħħar avviż jintbgħat ftit jiem qabel ma il-kont jiġi immarkat għas-sospensjonijiet. Is-sospensjoni tas-servizz tiġi finalment attwata mill-Enemalta, skond il-prijorita tal-lista ta’ kontijiet li jkunu imnizzla għal-qtugħ tas-servizzi.
F’każijiet fejn il-konsumatur jkun minn 61-il fuq u b’kontijiet pendenti li jammontaw minn €1000 l-isfel, is-sospensjoni ma tiġix atwata. L-istess jsir f’każijiet ukoll fejn l-konsumatur jkun pensjonant jew qed jirċievi l-għajnuna soċjali.
Korporazzjoni Enemalta — qtugħ ta' dawl minħabba kontijiet mhux imħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sitt xhur għal kull xahar kien hemm djar residenzjali li l-Korporazzjoni Enemalta ordnat li tinqatgħalhom is-sistema tad-dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħetilhom il-provista tal-elettriku?
Korporazzjoni Enemalta — arbli tad-dawl fuq il-bankini
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex ikunu identifikati arbli tad-dawl jew arbli oħra tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jostakolaw il-passaġġ tal-bankina u joħolqu diffikultajiet għal aċċess ħieles għal min irid juża bankini speċjalment persuni b'diżabilità u ommijiet li jkunu jużaw siġġu tar-roti? Jista' wara li ssir din l-identifikazzjoni ssir ħidma sabiex dawn l-arbli jiġu mneħħija u l-bankini jkunu ħielsa minn kull inkonvenjent?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi diġà jeżistu mezzi fejn il-pubbliku ġenerali, il-pulizija, l-NGO’s u l-kunsilli lokali jgħaddu lmenti bħal dawn lil Enemalta. Meta jkun hemm rapport ta’ xi arblu li jkun qed joħloq inkonvenzjenza, Enemalta tieħu azzjoni biex iċċaqalqu, dejjem jekk ikun possibbli.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex bozza maqtugħa f'tarf ta' Triq San Pietru, l-Imġarr Malta quddiem il-bring-in sites, tkun mibdula għaliex fil-preżent hija maqtugħa u m'hemm l-ebda dawl fejn il-bring-in sites?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din il-bozza qatt ma ġiet irrapurtata lil Customer Care tal-Enemalta. Madankollu din ġiet mibdula.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Triq Santa Marija l-Imġarr Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali għal dak li hu għoti ta' tarmac? Jekk iva, din it-triq meta se ssir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17997, nixtieq ngħarraf lill-Ministru li l-bozza msemmija li ġiet approvata mill-istess Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mill-kunsill lokali tar-Rabat ma kenitx bozza li tinstab fuq art privata, bil-kuntrarju għat-tweġiba mogħtija, iżda din il-bozza tinstab stallata ma' razzett li huwa proprjetà tal-Joint Office u li t-triq twassal għalih hija triq pubblika u l-ispazju li l-bozza ser tkun iddawwal hija wkoll spazju pubbliku. Għalhekk nixtieq li t-talba mressqa permezz tal-mistoqsija parlamentari 17997, terġa' tiġi kkunsidrata sabiex din il-bozza li hija diġa stallata tkun tista' tinxtegħel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm ir-razzett imsemmi huwa tal-Joint Office, il-lampa mhix imwaħħla fi triq pubblika u l-post fejn qiegħda mwaħħla tixgħel biss lill-bitħa tar-razzett li hu kkunsidrat bħala propjetà privata. Dan mhux l-iskop tal-istreet lighting li qiegħed biex jixgħel toroq pubbliċi u għalhekk din il-lampa ma tistax tiġi mqabbda mal-istreet lighting.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li bozza b'referenza 50/0573/08 li ġiet approvata kemm mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mill-Kunsill Lokali tar-Rabat kif indikat fil-korrispondenza li qed tingħata separatament? Jidher li minn korrispondenza mal-Kunsill Lokali tar-Rabat hemm indikazzjoni li wires li kienu hemm u għal xi raġuni tneħħew illum qed joħolqu diffikulta sabiex din il-bozza titwaħħal f'postha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bozza msemmija hija stallata ġo art privata (u allura m’għandux dritt għal konnessjoni mas-sistema tal-istreet lighting). Barra minnhekk anke jekk il-bozza msemmija tiċċaqlaq, biex tkun tista titqabbad mas-sistema tal-elettriku, hemm bżonn li jiġi estiż il-wire tal-istreet lighting.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17197 u t-tweġiba mogħtija f'Seduta 230, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-kontijiet mibgħuta lill-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta jkunu emendati skont l-informazzjoni li dehret oriġinalment fil-mistoqsija parlamentari? Ma' din il-mistoqsija qed tintbagħat separatament korrispondenza li l-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta irċieva u li turi li l-emendi fil-kont ma kenux korretti u l-klijent għadu qed jitlob li l-kumpens ikun emendat skont l-informazzjoni li ngħatat f'mistoqsija 17197?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilment imressaq fil-mistoqsija parlamentari 17197, ġie investigat u ttieħdet l-azzjoni neċessarja li kien hemm sabiex il-kont jiġi rivedut.
Il-korrispondenza mibgħuta separatament mal-mistoqsija parlamentari 18037 hija l-ittra uffiċċjali li ntbgħatet lill-konsumatur, fejn ġie nfurmat bil-kreditu li ngħata. Il-konsumatur jista’ faċilment jivverifika dan kollu billi jqabbel il-kontijiet li ntbagħatulu. Għaldaqstant l-ittra uffiċjali maħruġa fil-21 ta’ Mejju 2010 hija korretta u l-ammot dovut għandu jitħallas fiż- żmien stipulat.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li bozza maqtugħa li ġiet irrapurtata fil-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex li qiegħda quddiem it-Tulip Bar fi Triq Testa Ferrata, tkun irranġata għaliex ilha rrapurtata ġimgħatejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni tal-bozza msemmija mhiex responsabbiltà tal-Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17197 u t-tweġiba mogħtija f'Seduta 230, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-kontijiet mibgħuta lill-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta jkunu emendati skont l-informazzjoni li dehret oriġinalment fil-mistoqsija parlamentari? Ma' din il-mistoqsija qed tintbagħat separatament korrispondenza li l-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta irċieva u li turi li l-emendi fil-kont ma kenux korretti u l-klijent għadu qed jitlob li l-kumpens ikun emendat skont l-informazzjoni li ngħatat f'mistoqsija 17197?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tikkonsidra li tibda l-proċeduri sabiex football ground fil-Mosta magħruf tradizzjonalment bħala l-ground tal-Logħba li qiegħed f'Valletta Road jibda jkun magħruf bħala Ground tal-Logħba Charles Abela? Qed inressaq dan is-suġġeriment sabiex fl-isem tal-ground jiżdied l-isem ta' Sur Charles Abela li naqas ftit tal-ġranet ilu, għaliex dan l-individwu li kien ex-president tal-Mosta Football Club kien ħa u beda l-inizjattiva sabiex fuq dan il-ground jingħata wiċċ tat-turf. Infatti dan ix-xogħol illum qed isir u għal din ir-raġuni qed inressaq din il-proposta.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ground li qed jagħmel referenza għalih ġie mogħti b’titolu legali ta’ ċens temporanju lill-Mosta Football Club. Għaldaqstant is-suġġeriment għandu jitressaq lill-istess klabb.