Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sid ta' Razzett — ngħaġ u baħar tal-ħalib

Question

Jista l-Ministru jgħid jekk huwiex permessibbli li sid ta' razzett li fih irabbi n-ngħaġ tal-ħalib, ikun jista' jrabbi ukoll baqra għall-ħalib? Jekk dan mhux permessibbli, jista' jgħid għaliex dan mhux possibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21680 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq E.B Vella - sinjali ta' parking

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li fi Triq E.B. Vella fil-Mosta, il-kunsill lokali minkejja l-kundizzjoni tal-wiċċ ta' triq mhux daqshekk tajba, xorta waħda jara li jagħmel is-sinjali tal-parking sabiex fit-triq imsemmija jonqos id-disgwid bejn residenti tal-istess triq u sabiex ikun iffaċilitat il-parking tal-vetturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta se jevalwa l-istat tat-triq imsemmija u jara jistax jieħu ħsieb li jsir ix-xogħol rikjest.

Ta' Sliema — inkonvenjent għar-residenti

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-iniżjattiva permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġi rranġat is-sit f'Ta' Sliema fejn qabel kien hemm il-Galaxy, fejn illum qiegħed jinġabar l-ilma mix-xita u qed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti tal-madwar minħabba nemus u insetti oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva x’ilmenti rigward akkumulu t’ilma fis-sit indikat. Dawn l-ilmenti ġew ikkonfermati wara spezzjonijiet li wettqu uffiċċjali fi ħdan l-istess Direttorat. Fil-fatt fl-14 t’Ottubru, 2010 intbagħat avviż bil-miktub lis-sidien ta’ dan is-sit sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent u peress li minn spezzjonijiet suċċessivi rriżulta li dan l-ilma baqa ma tneħħiex, ittieħdet azzjoni legali fil-konfront tal-istess sidien.

Trasferiment ta' dgħajsa

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie mitlub iħallas il-miżata ta' trasferiment meta huwa r-raġel tat-tifla tas-sid oriġinali ta' dgħajsa li kienet trasferita u dan wara li skont l-informazzjoni mogħtija mid-dipartiment rispettiv kien ġie indikat li l-miżata ta' trasferiment m'għandhiex titħallas f'każ li t-trasferiment ikun bejn membri tal-familja tal-ewwel grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-individwu li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant mhux membru tal-familja tal-ewwel grad u għaldaqstant l-konċessjoni ma tapplikax fil-każ tiegħu.

residenti li jixtieq jixtru bini tal-militar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed jaddotta l-Ministeru sabiex persuni li qegħdin jgħixu f'bini li kien tal-militar u llum għandhom encroachment fuq dan il-bini, jkunu jistgħu jixtru dan il-bini ta' residenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet qatt ma ta bini tal-Militar b’encroachment għall-abitatzzjoni ħlief f’każijiet fejn kien hemm ċirkustanzi straordinarji. F’dawn il-każijiet isolati, fejn il-Gvern dehrlu li kellu jagħti encroachment u mhux kirja, allura hu aktar diffiċli li l-Gvern jikkunsidra bejgħ. Però kull każ irid jiġi studjat individwalment u mhux b’mod ġeneriku.

wires ta' GO Plc. quddiem residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21130 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ ta' wires li huma proprjetà tal-GO Plc. li fil-preżent jinsabu fuq il-bankini u l-parapetti ta' residenzi privati għax hemm ukoll allegazzjoni li dawn il-wires qed joħolqu periklu u nuqqas ta' aċċessibilità? Jista' jieħu passi sabiex jekk dawn il-wires jitneħħew biex jitnaqqas il-periklu?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.
Leg 11 PQ #21410 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — żona ta' Dib - rationalisation site

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20399 u ċioe: bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

KSI — problem tal-ilma f'Tas Sliema

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tgħid sabiex tisolva l-problema ta' volum tal-ilma li qiegħda tikawża inkonvenjent għax ir-residenti tal-madwar ta' sit f'Tas-Sliema fejn qabel kien hemm is-sit bl-isem Galaxy?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma titlob għal aktar spjegazzjoni, jekk hix problema marbuta mal-ilma tax-xorb jew xi ħaġa oħra. Il-KSI m'għandiex rapporti ta’ problemi ta’ ilma tax-xorb.
Leg 11 PQ #21438 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jara x'inizjattivi jista' jittieħdu sabiex f'sit fejn illum hemm ħofra kbira fejn qabel kien hemm is-sit magħruf l-Galaxy li bħalissa fiha qed jinġabar ilma tax-xita peress li dan l-ilma qed jikawża inkonvenjent bħal nemus u insetti oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18914 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Santa Marija, l-Imġarr — għoti ta' tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Triq Santa Marija l-Imġarr Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali għal dak li hu għoti ta' tarmac? Jekk iva, din it-triq meta se ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imġarr inkluda Triq Santa Marija fil-programm ta’ toroq li se jagħmel fi skema ta’ Public Private Partnership ma’ kuntrattur privat.

Mosta — żona Sant' Andrija - skola bid-dawl mixgħul

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-miżuri sabiex tara li fl-iskola l-ġdida fil-Mosta fiż-żona ta' Sant'Andrija, ma tippermettix li jitħalla dawl mixgħul li joħloq inkonvinjent għal ġirien tal-istess skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li ta l-enginier tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada fil-5 ta’ Novembru 2010 il-livelli ta’ dawl tal-iskola tbaxxew konsiderevolment matul l-ġimgħa l-oħra sabiex jillimita l-ammont ta’ dawl mixgħul iżda jżomm livell sodisfaċenti ta’ dawl għas-sigurtà ta’ l-iskola.

Dwejra — arblu li qed jaqa'

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li l-arblu, li jinsab fl-inħawi tad-Dwerja fuq il-pont u li miegħu hemm cables tal-elettriku u li jidher li qed jaqa', jitneħħa biex jiġu evitati l-perikli?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li saret jrriżulta li l-arblu msemmi miel lejn naħa waħda u li ser tittieħed l-azzjoni neċessarja biex dan jitranġa mill-aktar fis.

Mosta — Triq it-Tama - bini magħruf bħala l-Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-bini magħruf bħala Fortizza fi triq it-Tama, Mosta li għal numru ta' snin kienet mogħtija b'ċens għal residenza, taħt liema Ministeru taqa' bħala titlu? Taħt il-Ministeru responsabli mill-artijiet jew xi Ministeru ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bus shelter li qiegħda fil-proċess li titpoġġa fuq il-parti ta' Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ma tkunx qed tostakola ftuħ li kien sar sabiex minnu jgħaddi l-ilma tax-xita? Jista' jara li kemm-il darba l-bus shelter ikollha titpoġġa f'dak il-post, isir xogħol fuq il-post sabiex ikun hemm aktar postijiet minn fejn jgħaddi l-imla tax-xita, sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma ma jinġabarx fuq il-post fejn ma jkollux minn fejn jinżel fil-kanal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bus shelter li qiegħed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant mhux qed jiġi stallat minn Transport Malta.

wires ta' GO Plc. quddiem residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wires li huma proprjetà tal-GO Plc. li fil-preżent jinsabu fuq il-bankini u l-parapetti ta' residenzi privati għax hemm ukoll allegazzjoni li dawn il-wires qed joħolqu periklu u nuqqas ta' aċċessibilità? Jista' jieħu passi sabiex jekk dawn il-wires jitneħħew biex jitnaqqas il-periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Bini ta' bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont il-liġi li tirregola l-bini ta' toroq u bankini, il-bankini għal min għandhom jinbnew, għall-konvenjenza tal-vetturi li jkunu ħerġin jew deħlin fil-garaxx jew għall-persuni li huma mexjin fuq il-bankini?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhix konswetudni ta' dan il-Parlament illi Ministru jagħti pariri legali.
Leg 11 PQ #20696 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kamra tan-Nar 15 ta' Awwissu — Kwestjoni dwar l-Arloġġ tal-Elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20397 li ta l-Ministru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li għamlu persuni f'isem il-Kamra tan-Nar 15 ta' Awwissu tal-Mosta, li tali applikazzjoni issa daħlet fl-għassa tal-Mosta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi qatt ma kienet il-proċedura li l-Pulizija tindaħal fl-ipproċessar ta' talbiet għal provvista ta' kurrent elettriku.

dawl mixgħul filgħaxija fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx policy fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar x'dawl għandu jibqa' mixgħul filgħaxija fl-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ilu diversi snin jattwa politika ta’ tnaqqis tal-Carbon footprint kemm fl-iskejjel kif ukoll fid-Direttorati. Il-politika mħaddma u direzzjoni mogħtija hija dik li jinżamm biżżejjed dawl mixgħul kemm wieħed jara jsegwi fejn jimxi jekk tinqala bżonn ta’ spezzjoni jew vista matul il-lejl, kif ukoll biex is-sistemi ta’ sigurta’ fl-iskejjel jitħaddmu b’mod effettiv.

Kamra tan-nar 15 ta' Awwissu — kwestjoni dwar l-arloġġ tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża fil-kas ta' applikazzjoni li saret mill-persuni inkarigati f'isem il-kamra tan-nar 15 ta' Awwissu tal-Mosta li tali applikazzjoni daħlet sabiex il-Korporazzjoni Enemalta terġa' tagħti lura l-elettriku proprju fejn hemm l-arloġġ tal-Korporazzjoni Enemalta, jiġifieri fil-kamra li qiegħda barra l-kumpless li waqa' bi splużjoni f'Awwissu li għadda, jiġifieri l-kamra li għad hemm u li hija mibnija bil-permessi kollha meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi biex ikun jista’ jerġa jingħata s-servizz tal-elettriku jeħtieġ li ssir dikjarazzjoni minn electrician liċenzjat li l-installazzjoni hija skont l-ESR. Barra minnhekk, minħabba li din hija fabbrika tan-nar ikun hemm bżonn l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-fabbriki tan-nar li l-istallazzjoni tal-elettriku mhuwiex ta’ periklu.