Jista' l-Prim Ministru jinvestiga għaliex tender għall-management tal-latrina li hemm fil-pjazza tal-Mosta għadu ma ngħatax? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex sakemm jingħata dan it-tender, id-Dipartiment għall-Kunsill Lokali jara li din il-latrina tinfetaħ sabiex tkun użata u miżmuma nadifa għaliex fil-mument l-għeluq ta' din il-latrina qed joħloq ħafna skumdità u ilmenti ukoll mit-turisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Monitoring Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jistħarreġ il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Hekk kif l-istħarriġ ikun konkluż inkun f’pożizzjoni li nikkomunika l-eżitu tiegħu. Intant id-dipartiment ta’ struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex din il-latrina tibqa’ tinfetaħ għall-użu pubbliku u tinżamm nadifa.
Jista' l-Ministru jgħid f'din il-leġislatura x'kienu l-proġetti li l-Ministru wettaq fil-lokalità tal-Mosta u jgħid ukoll x'kienet in-nefqa ta' dawn il-proġetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet u proġetti li twettqu fil-Mosta tul din il-leġislatura kienu dawn :
Deskrizzjoni Tax-Xogħol
Spiża
Xogħol ta’ tisbiħ fuq iz-zuntier tal-Mosta
(parti
oħra mill-ispiża tal-progett tħallset mill-Parro
ċċca tal-Mosta).
€ 86,064.00
Istallazzjoni ta’ żewg funtani dekorattivi
€46,400.00
Xogħol ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
€11,232.85
Bini ta’ ħitan f’Triq Durumblat
€5,582.04
Xogħol fil-ground tal-futbol
€11,588.40
Jista' l-Ministru jgħid f'din il-leġislatura kemm kien l-infiq ta' proġetti ta' toroq li saru l-Mosta? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali għal bini ta' Triq il-Ħtajriet fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din il-leġislatura fil-Mosta tlestew toroq b'valur ta' madwar €2,475,000.
In-nefqa totali ta' Triq il-Ħtajriet kienet ta' € 1,022,152.
Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — finanzjamenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'din il-leġislatura x'kienu l-finanzjamenti tal-kunsilli lokali għall-komunità ta' San Pawl il-Baħar u kemm kienu jekk kien hemm proġetti li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar applika għalihom? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa f'toroq li saru f'din il-lokalità lil skema tal-Public Private Partnership?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 24274 u 24633. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li hemm bosta tipi ta’ proġetti bħal dawk li jsiru b’fondi Ewropej u oħrajn li jsiru bl-għajnuna tal-iskemi tal-Gvern. Għaldaqstant ikun aħjar jekk jogħġbu jkun aktar speċifiku għal liema proġetti qiegħed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid f'din il-leġislatura x'kienu l-proġetti ta' xogħol li saru mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u anke min-naħa tal-politika soċjali fil-lokalitajiet tal-Birgu, l-Isla u Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-proġetti kapitali li bdew isiru f'din il-leġislatura u kemm hi n-nefqa totali għal dawn il-proġetti kapitali li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Birgu, l-Isla u Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġetti huma tal-Baċir Nru 1 li jinkludi Xatt ir-Risq u l-Housing Estate u l-Proġett tar-Rijabilitazzjoni madwar ix-Xatt tal-Isla. Dawn il-proġetti huma stmati li se jiswew €11.3 miljun
Barrakka t'isfel — qanpiena fil-monmnet mhux iddoqq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-qanpiena fil-monument ta' ħdejn il-Barrakka t'isfel mhijiex iddoqq? Jekk hemm xi ħsara meta se titranġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Wara dsatax-il sena istallat, ftit żmien ilu l-mekkaniżmu li tħaddem il-qanpiena waqaf jaħdem. Minn spezzjoni li saret jirriżulta li l-ħsara li saret fuq dan il-mekkaniżmu b’mod partikolari fuq il-parti elettrika ħtija tal-melħ mir-raxx tal-baħar, m’huwiex vijabbli li jissewwa. Għaldaqstant l-Uffiċċju għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fi ħdan dan il-Ministeru, qiegħed fil-proċess li jbiddel dan il-mekkaniżmu għal wieħed ġdid.
Performing Rights Society — informazzjoni dwar flus
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux l-informazzjoni u jekk għandux il-mezz li permezz tiegħu jista' jiġbor l-informazzjoni dwar kemm inġabru flus mill-Performing Rights Society minn Malta u kemm ħallsu fi flus il-komposituri Maltin mill-istess Performing Rights Society fl-aħħar distribution ta' Lulju ta' din is-sena? Jista' jagħmel din l-informazzjoni pubblika fit-tweġiba ta' din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li talbiet ghal informazzjoni minghand “collecting societies” sew mill-awturi u sidien ohra tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet vicini kif ukoll mill-pubbliku huma regolati minn Regolament 9 tal-Avviz Legali 425 tal-2003 kif emendat mill-Avviz Legali 80 tal-2010.
Ghall-beneficcju tal-Onorevoli Nterpellant, kopja ta’dan l-Avviz Legali (forma konsolidata) qed titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kkonfermax xi ħlasijiet iridu jsiru minn individwi li jridu jagħmlu użu minn servizzi fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Jista' jgħid ukoll jekk fil-preżent, ikkonfermax xi ħlasijiet iridu jsiru għall-użu tal-kapella tal-istess Ċimiterju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Ordinanza dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Kap. 18 il-ħlasijiet li jridu jsiru minn individwi li jagħmlu użu minn servizzi pprovduti fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huma kif jidru fit-tabella hawn taħt:
Servizz
€
Għall-ġarr ta’ kull kadavru minn ġewwa qabar għall-ossarju jew għal qabar ieħor
11.65
Għat-tindif ta’ kull qabar
11.65
Għas-sorveljanza minn persuni awtorizzati ta’ kadavri trasportati għaċ-ċimiterju qabel ma jgħaddu erbgħa u għoxrin siegħa mill-mewt
1.16
Infurmat wkoll li jiġu kunsidrati talbiet biex isir quddies funebri jekk il-persuna responsabbli tkun lesta tassumi r-responsabbilità tal-kappella. Ma jintalab ebda ħlas għall-użu ta’ din il-kappella.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-proġetti ta' restawr u xogħlijiet oħra li saru mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura, fil-lokalitajiet tal-Birgu, Isla u Bormla? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn il-proġetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li proġetti ta' restawr u xogħlijiet oħra li saru minn dan il-Ministeru matul din il-leġislatura, fil-lokalitajiet imsemmija u l-infieq relatat kienu kif ġej:
Bormla:
Restawr tas-Sur ta` San Gwann T’Għuxa:
Fazi 1 €180,000.00
Fazi 2 - s’issa € 71,000.00
Birgu
Restawr tas-Swar tal-Birgu: Sal-lum € 1,385,100.00
Il-kampnar tal- qanpiena ta` Sant’ Anglu € 3,500.00
Is-saqaf tal-polverista ta` Sant’ Anglu € 10,000.00
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-investiment li għamel il-Ministeru tiegħu, permezz tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta matul din il-leġislatura fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-proġetti u x'kienet in-nefqa li saret f'din il-lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq proġetti li saru mill-Ministeru, entitajiet u dipartimenti fid-dekasteru tiegħu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'kienu dawn il-proġetti li saru f'din il-leġislatura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-proġetti u xogħlijiet li saru fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar f'din il-leġislatura minn dan il-Ministeru flimkien man-nefqa ta’ kull proġett imsemmi huma kif ġej:
Proġett
Nefqa
Xogħol ta’ manutenzjoni fil-promenade ta’ Buġibba
€167,969
Xogħol ta’ tiswija ta’ railings fil-promenade ta’ Buġibba
€2,930
Xogħol ta’ kostruzzjoni is-Sirens Waterpolo Pitch
€5,007
Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri
€4,864
Xogħol fuq il-moll
€5,531
Bdil ta’ bankijiet tal-gagazza minn Buġibba sa Għajn Tuffieħa
€4,946
Reġgħet ġiet installata l-funtana fil-baħar fil-Bajja ta’ Buġibba
€24,177
Tindif tas-Sokkorsu tas-Salina
€232,036
Restawr tal-akwadott fix-Xemxija
€ 9,750
Restawr ta’ statwi fuq iz-Zuntier tal-Parrocca
€650
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-proġetti li saru mill-Ministeru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar f'din il-leġislatura? Tista' tgħid ukoll x'kienet in-nefqa f'din il-lokalità għal kull proġett rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minbarra dik tal-Kunsill Malti għall-iSport u il-Fondazzjoni Servizzi għall-Ħarsien Soċjali.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir xogħol ta' tiswija fit-triq li tidher immarkata fil-pjanta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li l-ilma tax-xita qed jidħol fl-għelieqi minflok ma jibqa' sejjer fit-triq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni tal-imsemmija triq taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali tal-lokalità msemmija u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Birgu, l-Isla u Bormla — finanzjamenti tal-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-finanzjamenti tal-kunsilli lokali mill-bidu ta' din il-leġislatura tal-Birgu, l-Isla u Bormla u x'kienu l-proġetti li ġew finanzjati mill-iskemi tal-gvern u kemm kienet tiswa fi flus kull skema rispettiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24633, fit-rigward tal-finanzjamenti tal-kunsilli lokali mill-bidu ta’ din il-leġislatura tal-Birgu, l-Isla u Bormla. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni, fir-rigward tal-proġetti li ġew finanzjati mill-iskemi tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jara x'inizjattivi jistgħu jittieħdu sabiex f'sit fejn illum hemm ħofra kbira fejn qabel kien hemm is-sit magħruf bħala l-Galaxy li bħalissa fih qed jinġabar l-ilma tax-xita, peress li dan l-ilma qed jikkawża inkonvenjent bħal nemus u insetti oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-iżvilupp li għalih qed issir riferenza u li fuqu bħalissa għaddej ix-xogħol ta' kostruzzjoni, huwa kopert bil-permess validu PA 5896/06 maħrug fil-31 t' Ottubru, 2007. Għaldaqstant il-ħofra li saret biex isiru livelli ta' bini sotteranji kienet waħda temporanja sabiex jinbnew il-livelli ta' taħt it-triq, skont dan il-permess. Tajjeb li ninforma li sallum, din il-]ofra inbniet sal-livell tat-triq skont il-pjanti approvati u allura l-inkonvenjent li seta' temporanjament inħoloq fix-xitwa li għaddiet minħabba l-ilma tax-xita issa spiċċa.
Bidnija — Triq Sagra Familja - tindif ta' ħaxix ħażin
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25367, filwaqt li t-tindif ta' toroq illum huwa taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri minn triq li jkollha titnaddaf mill-kunsill lokali u l-kunsill lokali jonqos milli jagħmel hekk? Ladarba l-kunsill lokali responsabbli milli jnaddaf bil-qtugħ tal-ħaxix ħażin, Triq Sagra Familja fil-Bidnija, limiti tal-Mosta qed jonqos milli jagħmel dan, min jista' jara li dan ix-xogħol ta' tindif tat-toroq isir sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu fl-indafa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiġbed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Ninsab infurmat li meta kunsill lokali jonqos li jieħu azzjoni meħtieġa biex inaddaf, il-prassi hija li d-Direttorat għat-Tindif uffiċjalment jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali konċernat u javżah li f’każ li dan ma jsirx fiż-żmien indikat, id-Direttorat għat-Tindif jaghmel ix-xogħol neċessarju a spejjeż tal-kunsill lokali. Kopja ta’ din l-ittra lill-kunsill lokali tintbgħat ukoll lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan l-ilment u mmedjatament d-Direttorat ser joħrog din it-twissija lill-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-eżerċizzju tal-approvazzjoni ta' rationalisation sites li ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk jonqosx li jittieħed vot fil-Parlament għall-approvazzjoni uffiċjali ta' sites?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta jiġu stabbiliti ż-zoning parameters li jinkludu fost l-oħrajn road alignment u l-height limitation u dawn jiġu approvati mill-Ministru responsabbli skont il-provediment tal-liġi, m'hemmx ħtieġa ta’ vot fil-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal proċess tal-planning control application PC 39/09 bil-ħsieb biex jiġu stabbiliti z-zoning u
l-
building height
tal-istess
rationalisation site
fiż-żona ta' Ta' Qali fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsultati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi waqt l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni PC 39/09 ġew ikkonsultati l-Malta Resources Authority, d-Department of Environmental Health, it-Trasport Malta, l-Water Services Corporation u l-Enemalta Corporation. It-Transport Malta għadha ma rrisponditx għall-ittra ta’ konsultazzjoni.