Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4736 u ċioe: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skont din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5812.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-investiment li għamel il-Ministeru tiegħu, permezz tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta matul din il-leġislatura fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-proġetti u x'kienet in-nefqa li saret f'din il-lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-investiment li sar u qiegħed isir fil-lokalità ta’ San Pawl mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa kif ġej:
· Żvilupp ta’ attrazzjoni turistika li tinvolvi akkwarju għall-pubbliku, estenzjoni tal-
promenade
u faċilitajiet ta’ istitut għad-
diving
. Dan il-proġett se jsir fuq bażi ta’ PPP mal-privat. Il-Valur total tal-proġett huwa ta’ €14.5 miljuni li €8.85 minnhom huma ko-finanzjati mill-European Regional Development Fund;
·
Upgrading
tal-
promenade
fi Triq San Publiju, Triq San Franġisk, Triq San Ġilardu u Triq il-Knisja f’San Pawl il-Baħar li se jammonta għal madwar €1.3 miljun + VAT;
· Bdil ta’ servizzi taħt l-art li ma humiex eliġibbli għall-fondi tal-UE u li jammontaw għal aktar minn €40,000 + VAT;
· Ħasil tal-
Promenade
li kienu jammontaw €25,623;
· Programm ta’ rranġar ta’ toroq b’valur ta’ €50,000;
· Proġett f’Qawra Point li ammonta €225,000 oħra f’tisbiħ taż-żona bi pjanti u xi
landscaping
. Twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni ta’ l-iskart;
· Xogħol ta’
maintenance
u
bridge
ġdid fuq il-Buġibba
Perched Beach
li jammonta għal madwar €13,000;
· Żebgħa ta’
garages
viċin il-Buġibba
Perched Beach
, nefqa ta’ madwar €2,000.
Il-valur totali ta’ dan l-investiment ilaħħaq għal aktar minn €16 miljun.
Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ħsara li hemm fi Triq il-Biżbiżija minn fejn tgħaddi l-X3 tkun irranġata għaliex jidher li l-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux qed juri interess li jirranġa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'jista' jsir sabiex l-għalqa li hija immarkja b'X fil-pjanta li qed tintbgħat separatament, ikollha passaġġ pubbliku li s-sidien tal-għalqa jkunu jistgħu jużaw sabiex jidħlu f'din l-għalqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn verifiċi li saru ma jidhirx li l-art li tifred l-għalqa msemmija mit-triq hi art tal-gvern. Però jekk l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni oħra, nitolbu jressaqa. Fil-każijiet fejn l-art ma tkunx tal-gvern, id-dipartiment ma jistgħax jintervjeni.
Bħala l-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jinvestiga b'liema kuntratt qed tinfetaħ il-latrina pubblika fil-pjazza tal-Mosta? Jekk m'hemmx kuntratt, jista' d-dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali jgħid b'liema proċedura l-kunsill lokali tal-Mosta qed jiftaħ din il-latrina pubblika? Jista' d-dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali jgħid x'qed tkun l-ispiża ta' kuljum sabiex tinfetaħ il-latrina pubblika fil-Mosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara illi l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien ħareġ Sejħa għall-Offerti, tqajjmu xi punti legali u intalab il-parir tad-Dipartiemnt għall-Gvern Lokali. Il-Kunsill Lokali talab għal kjarifiki wara l-parir tad-Dipartiment u dawn ġew kjarifikati.
Sakemm din il-materja tissolva, minħabba l-iġjene u biex il-pubbliku jibqa’ jiġi moqdi sew, id-Dipartiment ta l-approvazzjoni tiegħu biex tingħata
‘direct order’
temporanja mill-Kunsill Lokali Mosta.
L-ispiża ta’ kuljum sabiex jinfetħu it-tlett latrini pubbliċi fiċ-Ċentru Ċiviku fil-Pjazza tal-Mosta hija ta’ €5 fis-siegħa (€50 kuljum). Dawn jinfetħu il-ġimgħa kollha bejn is-7am u l-5.00pm inkluż is-Sibt u l-Ħadd bil-prezz jibqa’ l-istess bħal matul il-ġimgħa.
Sadanittant il-Kunsill Lokali qiegħed fil-proċess tal-ħatra tal-membri tal-Bord tal-Għażla.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'din il-leġislatura fuq proġetti li saru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru rispettiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa f'din il-leġislatura fuq proġetti li saru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar tammonta għal € 512,354 f' toroq u € 5,000 oħra fuq il-moll ta’ Buġibba.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni permezz tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jara li bozoz li huma maqtugħa u li huma responsabbilità tal-Enemalta u mhux tal-kunsill lokali, jkunu mibdula u mixgħula peress li dawn il-bozoz maqtugħin jinsabu f'Church Street minn quddiem l-Alexandra Hotel sal-Buon Cafè u faċċata tal-venda tal-linja quddiem Pender Palace ġewwa Paceville?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li fost il-bozoz mitfija hemm 3 bozoz li huma responsabbilta’ tal-Enemalta. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-bozoz saret.
Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid fiex waslet l-applikazzjoni, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li hija applikazzjoni għall-approvazzjoni tar-rationalisation site?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni (PC2/08) tirrigwarda l-ippjanar ta' sit illi tinsab f'"Area of Containment" u mhux f'"Rationalization Site". Peress illi bħal issa qed isir eżerċizzju separat fuq il-proċess ta' fuq kif għandhom jiġu determinati proposti li jinsabu ġewwa l-"Areas of Containment", l-applikazzjoni PC2/08 ikollha bżonn tistenna l-eżitu ta' l-imsemmi eżerċizzju. L-ewwel stadju ta' konsultazzjoni pubblika fuq direzzjoni dwar l-"Areas of Containment" beda nhar it-18 ta' Ottubru 2011.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex tkun mogħtija wiċċ it-triq li tinsab fir-raba' fil-limiti tal-Bidnija, u li tidher fuq il-pjanta li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li din il-ħidma qed tintalab sabiex l-ilma tax-xita ma jibqax jagħmel il-ħsara lill-għalqa li fil-pjanta li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tidher immarkata X ma tibqax issirilha ħsara?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jintbgħat Perit tad-Dipartiment biex jinvestiga l-ilment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, biex ikun determinat jekk l-imsemmi xogħol huwiex fir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi jew le.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu l-passi neċessarji biex jinxtegħlu l-bozoz quddiem il-Kappella tal-Isperanza, fil-Mosta? Jista' jara li din il-kappella tkun imdawla b'dawl bħalma ġara f'postijiet oħra li għandhom valur kulturali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni meħtieġa għandha ssir fi żmien qasir. Biex isiru dwal ġodda, għandha ssir talba mill-Kunsill Lokali u din tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga għaliex rapporti fuq bozza maqtugħa quddiem residenza, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, minkejja li daħlu għand il-kunsill lokal sena ilu, din għadha ma nbidlitx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bozza li qiegħed jirreferi għaliha inbidlet aktar kmieni din is-sena fil-11 ta’ Jannar 2011, skont informazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Minn din l-istess informazzjoni jirriżulta mbagħad li l-Kunsill Lokali tal-Mosta rċieva rapport dwar din il-bozza fis-27 ta’ Ottubru li għadda. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta struzzjonijiet sabiex jerġa’ jsir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-arbli li diġà qegħdin fil-post fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta jsiru traffic lights għaliex fil-preżent hemm diffikultajiet għal dawk li jkunu se jaqsmu t-triq, ladarba issa tneħħiet iż-zebra crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isiru x-xogħlijiet meħtieġa fejn dawn il-pelican lightsu se jibdew jaħdmu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex bus shelter li hemm fi Triq Valletta quddiem l-entratura tal-Mosta Technopark, ikun imnaddaf għaliex fil-preżent jidher li huwa maħmuġ u ftit li xejn jista' jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28623, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa skont Regolament 9 tal-Avviż Legali 425 tal-2003, kif emendat mill-Avviż Legali 80 tal-2010 sabiex jitlob lill-Performing Rights Society tgħid fl-aħħar distrubuzzjoni ta' Lulju 2011 kemm inġabru flus minn Malta u kemm ħallsu flus il-kompożituri Maltin mill-istess Performing Rights Society?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li r-Regolament 9 iċċitat mill-Onor Interpellant jagħti d-dritt lill-awturi u sidien oħra tad-drittijiet tal-awtur li jiksbu tagħrif sħiħ u dettalji dwar l-attivitajiet kollha tal-Collecting Society. Għalhekk mhux il-gvern li jista’ jew għandu jieħu passi kif suġġerit fl-Interpellanza.
Jista' l-Prim Ministru jara li jsiru liġijiet li jirregolaw li fuq stazzjonijiet tar-radio u t-television, id-daqq tad-diski jkun regolat bil-liġi li ma' kull żewġ diski li jindaqqu, tindaqq diska Maltija? Din il-proposta qed issir sabiex fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, terz ta' dak li jinġabar minn Malta jkun irid jitħallas lill-awturi Maltin.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajjeb li wiehed jippreciza li l-Att Dwar ix-Xandir ma fih l-ebda klawsola specifika li tpoggi l-obbligu fuq stazzjonijiet lokali sabiex idoqqu/ixandru diski ta’ artisti Maltin.
Madankollu, jien informat li l-Awtorità tax-Xandir tkun lesta li tistudja din il-proposta u tikkonsulta mad-diversi
stakeholders
biex tara kemm huwa possibbli li jkun hemm xi tip ta’ “threshold” ghad-diski Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'din il-leġislatura fuq proġetti li saru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru rispettiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20399 u ċioe: bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li fiż-żona ta’ Dib fil-Mosta (rationalisation site) ħareġ permess għall-iżvillup wieħed min 2006 sa llum. Fl-istess żona hemm ħames applikazzjonijiet oħra pendenti. Hekk kif jiġu konklużi l-Planning Control Applications (PC). tal-area, ikompli l-ipproċċesar ta’ dawn l-applikazzjonijiet. L-ebda konsultazzjoni ma saret fuq dawn is-sitt applikazzjonijiet għalhiex dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jiġu ipproċessati qabel jiġu approvati l-PCs.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijaiet parlamentari 21410 u 20399 u ċioe: bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fiz-zona ta' Dib fil-Mosta (rationalisation site) ħareg permess għall-izvillup wieħed mill-2006 sa llum. Fl-istess żona hemm ħames applikazzjonijiet ohra pendenti. Hekk kif jiġu konklużi l-Planning Control Applications (PC) tal-area, jkompli l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.. L-ebda konsultazzjoni ma saret fuq dawn is-sitt applikazzjonijiet għaliex dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jiġu ipproċessati qabel jiġu approvati l-PCs.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-finanzjament tal-kunsill lokali tal-Mosta f'dawn l-aħħar tliet snin u jgħid ukoll mill-aħħar elezzjoni tal-istess kunsill lokali x'kienu l-proġetti li l-istess kunsill applika għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.