Mosta — żona ta' Sriedaq - servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux possibbli li f'Triq il-Kbira għall-komunità li tgħix f'żona magħrufa ta' Sriedaq fil-Mosta, ikollhom is-servizz ta' bus shelter li tagħti kenn lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku li jgħaddu minn dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tweġiba tal-mistoqsija fuq l-ilment dwar kalkulazzjoni tat-taxxa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fis-sistema ta’ tassazzjoni ta’ min jaħdem barra minn Malta, li kien sar fl-2010, sar sabiex ineħħi l-ħafna abbużi li kienu qegħdin isiru. Is-sistema l-ġdida jidhrilna li hi ukoll aktar fair ma’ kulħadd għaliex tagħti option biex wieħed jagħżel jekk iridx jiġi ntaxxat b’rata fissa ta’ 15% jew inkella bir-rati normali. Jekk jagħżel il-15%, dan l-income jitqies bħala l-ewwel parti tad-dħul għas-sena, u dan sar biex jitneħħew l-abbużi. Per eżempju, ħafna kienu qegħdin jużaw ir-rati ta’ miżżewweġ u ma jħallsu l-ebda taxxa fuq interessi tal-bank, dividendi, paga tal-konjuġi, eċċ, li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-impjieg barra minn Malta. Li r-rata ta’ 15% hija vantaġġjuża ferm fil-maġġoranza kbira tal-każi joħroġ ċar mill-fatt li din hija l-aktar option li tintagħżel.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-pont tal-Bidnija jingħatalu l-manutenzjoni meħtieġa għaliex qed jidher li qed tinżel il-livell ta' triq u dan qed joħloq possibilità ta' inċidenti? Jista' jieħu passi meħtieġa sabiex bus shelter fil-Bidnija tkun imnaddfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-responsabbilta` għall-manutenzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb tal-pont tal-Bidnija kif ukoll tat-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninsab infurmat li l-imsemmi
bus shelter
se jiġi mnaddaf fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex Triq it-Torri li tieħu mill-Mosta lejn id-Dwejra sabiex din tkun mogħtija l-patching la darba l-Kunsill tar-Rabat mhux qed jieħu azzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ebda waħda minn Triq it-Torri, Mosta kif ukoll Triq it-Torri, Rabat, ma tieħdok lejn id-Dwejra. Triq It-Torri Rabat tinsab ħdejn il-Villa Rumana. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu.
Mosta — Triq Charles Vassallo u Triq il-Kbira - patching
Question
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li f'Triq Charles Vassallo fil-Mosta u Triq il-Kbira mill-knisja lejn wara fil-Mosta ukoll ikunu mogħtija l-patching minħabba l-periklu li qed jinħoloq lil min ikun qed isuq f'dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq msemmija huma fir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilità ta' tiswijja tal-spralli li hemm f'Triq Il-Qalbiena Mostin fiż-żona ta' Santa Margerita fil-Mosta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilità ta’ tiswija tal-ispralli li hemm fi Triq il-Qalbiena Mostin fiż-żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta hija tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Mosta — Triq Kurat Calleja - ilment fuq storbju fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jieħdu l-passi meħtieġa dwar l-ilment li dwaru qed titressaq il-petitzzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata bl-inkonvenjent li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, hija ħadet il-passi meħtieġa immedjatament.
Benefiċċju soċjali u drittijiet ta' ħaddiema li jsiru ommijiet permezz ta' adozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-benefiċċji soċjali u drittijiet ta' ħaddiema li jsiru ommijiet permezz ta' adozzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jsiru ommijiet permezz ta’ addozzjoni għandhom l-istess drittijiet taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) daqs ommijiet oħra, bl-unika differenza hi li ma għandomx dritt għall-Benefiċċju għal Maternità.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex toqba li saret quddiem il-Knisja tal-Parroċċa tat-Trinità fil-Marsa tkun magħluqa sabiex ma jibqax l-inkonvenjent li hemm bħalissa u li jidher li minħabba dan l-inkonvenjent qed jinħolqu diffikultajiet lil dawk li jkunu jridu jgħaddu mill-pjazza jew jidħlu fil-Knisja waqt funerali jew tiġijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-inkonvenjent li semma l-Onor. Interpellant tneħħa.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — nefqa tal-karnival
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għall-attività tal-karnival din is-sena? Tista' din l-informazzjoni tkun tirrifletti n-nefqa kollha li saret u r-risposta tkun tinkludi lil min sar il-ħlas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-budget għall-attività li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ta’ €10,000 li żdiedu mal-€2,000 li l-Kunsill ingħata mill-iskema tal-fondi għall-attivitajiet kulturali, maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali sa issa nefaq is-somma ta’ €10,974. Għal din l-attivita nġabru wkoll numru ta’
sponsorships
li se jkopru parti mill-ispejjeż. Sa issa €5,000 minn dawn l-ammonti diġa' ġew koperti permezz tal-imsemmija
sponsors
mis-settur privat.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — pubblikazzjoni ta' ktieb
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) għall-pubblikazzjoni tal-ktieb Citta Rohan? Kemm kien il-budget li l-kunsill kien ħaseb għalih meta kien iddeċieda li ssir il-pubblikazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ispiża tal-ktieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hija ta’ madwar €10,000. Madankollu nfurmat li l-Kunsill ħa deċiżjoni li għas-sena 2012 l-ispejjeż ta’ dan il-ktieb u l-magazines tal-Kunsill se jkunu kollha koperti minn sponsors jew riklami minn kumpaniji tas-settur privat. Infurmat ukoll illi l-Kunsill diġa' ġabar numru ta’ reklami/sponsors konsiderevoli u qiegħed jistma’ li ma jkollu l-ebda spejjeż.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — nefqa fuq attivitajiet ta' ġemellaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li għamel il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fl-attivitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ġemellaġġ li l-kunsill għamel mal-komunità ta' Acireale?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma għamel l-ebda ġemellaġġ mal-Comune ta’ Acireale, iżda ffirma ftehim ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ lokalitajiet. Fid-dawl ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill kien mistieden itella’ delegazzjoni ta’ sittin bandist sabiex jipparteċipaw fil-ftuħ tal-Karnival ta’ Acireale. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, permezz tal-ftehim bejn iż-żewġ maħat, kiseb sponsorship ta’ €12,275 li permezz tiegħu tħallsu direttament l-akkomodazzjoni u t-trasport tal-bandisti bir-riżultat li l-Kunsill ma kellu jħallas xejn għal dawn l-ispejjeż.
Infurmat ukoll illi permezz ta’ ftehim ma’ kumpanija Maltija mis-settur privat, il-Kunsill laħaq ukoll arranġamenti sabiex l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-bandisti jkunu
waivered
u l-Kunsill iħallas biss il-
port charges
tal-
catamaran
, li jammontaw għal madwar 960 ewro. Il-bqija l-Kunsill kull ma ħallas kienu l-ispejjeż tad-delegazzjoni tal-Kunsill bħal ma jagħmel is-soltu kull meta xi kunsillieri jsiefru fuq xogħol tal-Kunsill.
Inżid ukoll li l-Kunsill Lokali fetaħ din iż-żjara wkoll għall-akkumpanjaturi ta’ dawn il-bandisti, iżda kwalunkwe persuna mhux parti mid-delegazzjoni tal-Kunsill jew mill-grupp tal-bandisti kellu jħallas għall-ispejjeż tiegħu.
Jista' l-Minsitru jgħid fl-2010, 2011 u f'dawn l-ewwel xhur tas-sena 2012, kemm-il direct order sar mill-Kunsill Lokali tal-Birgu u lil min sar dan il-ħlas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Birgu ma tax Direct Orders fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi dan il-Kunsill dejjem talab kwotazzjonijiet kif tippermetti l-Liġi.
Jista' l-Minsitru jgħid x'miżuri qed jittieħdu fis-CDAU sabiex titnaqqas il-waiting list ta' tfal li qed jistennew biex jiġu assessed?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fiċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU) hemm waiting list tas-Servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. M’hemmx waiting list fis-servizzi tal-Medical Nursing u Speech Therapy.
Biex titnaqqas il-waiting list, il-Gvern qiegħed jagħmel outsourcing ta’ parti mis-servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. Fil-fatt l-outsourcing tal-Occupational Therapy diġà beda u s-servizzi tas-Psychology qiegħed fil-proċess tal-adjudication.
Mosta — talba mill-kunsill lokali dwar toroq one-way
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba miktuba li saret mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li permezz tagħha talbet lill-Ministru biex numru ta' toroq fil-Mosta li jinkludu Triq il-Pont, Triq Baskal Buhagiar u toroq oħra fil-madwar isiru one-way?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinvestiga u għaldaqstant ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Kunill Lokali tal-Mosta li jindikaw meta saret il-konsultazzjoni pubblika rigward it-talba għal bidla fis-sistema ta' traffiku minn two-way għal one-way għat-toroq fl-inħawi ta' Triq il-Pont u Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta? X'kien r-riżultat ta' din il-konsultazzjoni pubblika u meta saret d-diskussjoni u ġiet deċiża fil-laqgħat tal-Kunisll Lokali tal-Mosta l-proposti li Triq il-Pont, Triq Baskal Buhagiar u toroq fil-madwar isiru one-way?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret konsultazzjoni pubblika dwar it-talba għal bidla fis-sistema tat-traffiku minn two way għal one way għat-toroq fl-inħawi ta' Triq il-Punt u Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta.
Infurmat ukoll illi dawn is-sinjali tpoġġew fit-toroq wara li saret konsultazzjoni ma’ Trasport Malta fejn uffiċjali ġew fuq il-post u saret spezzjoni kif ukoll kienet l-istess Trasport Malta li iddeċidiet liema sinjali għandhom jitwaħħlu .
Kif appena irriżulta li xi residenti opponew għal din il-bidla mill-ewwel ittieħdet azzjoni (dan sar nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2012) u temporanjament ġew mgħottija l-istess tabelli.
Infurmat ukoll illi għandha ssir laqgħa oħra ma’ trasport Malta biex tirrevedi d-deċiżjoni tagħha għal din il-bidla bil-possibilita' li jsibu karreġġjati ġodda minn fejn jgħaddi t-traffiku.
Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ħsara li hemm fi Triq il-Biżbiżija minn fejn tgħaddi l-X3 tkun irranġata għaliex jidher li l-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux qed juri interess li jirranġa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq mhix arterjali jew distributorja għaddejt il-każ għal kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30909 dwar il-latrina pubblika fil-pjazza tal-Mosta, jista' l-Ministru jgħid:
a) s'issa sad-9 ta' Diċembru 2011 kemm tħallsu f'pagamenti għal
direct order
temporanja li ġiet mogħtija mill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex tinżamm miftuħa l-latrina pubblika fil-pjazza;
b) kemm hemm persuni li se jitħallsu dan il-pagament;
ċ) min huma l-persuni li tħallsu għal dan is-servizz;
d) huwa skont il-liġi tal-kunsilli lokali li kunsill jagħti direct order għal xhur sħaħ;
e) dan id-direct order li kellu jkun temporanju, kemm qed iservi f'termini ta' ġimgħat;
f) il-pagamenti li saru għal dan id-direct order huma pagamenti legali jew huma pagamenti illegali; u
g) id-dipartiment responsabbli mill-kunsill lokali qed iżomm xi investigazzjoni dwar l-għoti ta' dan id-direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li sad-9 ta’ Diċembru 2011 il-Kunsill Lokali tal-Mosta ħallas €3,897.50 f’pagamenti għal direct order temporanju sabiex jinżammu miftuħa it-tliet latrini pubbliċi fil-pjazza tal-Mosta. Qed ngħaddi d-dettalji tal=persuna li qed titħallas dan il-pagament b'mod kunfidenzjali lill-Membru.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Mosta kellu l-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jingħata d-
direct order
b’mod temporanju fid-dawl tal-iġene u l-urġenza tal-każ, sakemm tkun solvuta l-problema tal-aġġudikazzjoni. Dan id-
direct order
issa ilu fis-seħħ mill-10 ta’ Settembru 2011.
Jidher iżda li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għadu qed isib problemi bejn il-Kunsillieri dwar il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-
tender
taż-żamma u t-tindif tal-latrina konċernata. Għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta struzzjonijiet ċari lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex, itemm id-
direct order
nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012.
Id-Dipartiment ta struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex minn din il-ġurnata, jiġifieri mit-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012, jassenja ħaddiem tal-IPSL milli diġa għandu assenjat miegħu biex jieħu ħsieb biss il-latrina in kwistjoni sakemm jispiċċa l-proċess tat-
tender
u jidħol fis-seħħ il-kuntratt il-ġdid li jingħata mill-Kunsill Lokali.