Jista' l-Ministru jgħid x'proċedura jonqos li tinħadem sakemm it-talba li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li qed isir lid-dipartiment ikkonċernat tkun tista' tiġi aċċettata?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ewwel ma jrid isir huwa li jiġi aċċertat min huma s-sidien tal-proprjetà li dettalji dwarha intbgħatu separatament. Dan jista’ faċiliment isir billi l-persuni interessati jagħmlu kuntatt mad-Dipartiment sabiex jiġi spjegat lilhom il-proċedura li tkun trid issir. Wara li s-sidien iġibu prova tat-titlu tagħhom fuq l-art li ġiet akkwistata mill-Gvern u jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment bħala s-sidien vera ta’ din l-art, is-sidien ikunu jistgħu jikkontestaw l-ammont offrut lilhom quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37486, tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura sabiex fil-Mosta, fis-sistema edukattiva jkollu is-servizz ta' club Naħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċedura hi li l-iskola tal-lokalità titlob lill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tiftaħ ċentru ta’ Klabb Naħla fl-iskola. Ta’ min ifakkar li dan is-servizz hu miftuħ għal dawk l-istudenti li jkunu ġejjin minn familji żvantaġġjati.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pliastri mal-Bieb prinċipali taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkunu restawrati sabiex jerġgħu jieħdu posthom fejn kienu qabel ma inqalgħu minħabba l-ħsara li kellhom? Jista' jgħid x'se jsir biex ir-restawr ta' dawn l-ornamenti tal-ġebel jsir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pilastri fiċ-Ċimiterju tal-Mosta tneħħew peress li kienu sors ta’ periklu. Id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali qed jagħmel l-arranġamenti kollha sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji sabiex jitpoġġew f’posthom mill-aktar fis possibbli.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura sabiex fil-Mosta, jkollu club wieħed li jkun estensjoni ma' servizzi edukattivi li diġà huma eżistenti fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija parlamentari nru 37486 dwar il-club li hu qed jirreferi għalih.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ġaladarba l-klinka tal-gvern tal-Mosta ġiet magħluqa sabiex ikun mibnija mill-ġdid u issa dawk li kienu jinqdew minn din il-klinika sar ikun meħtieġ li jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 31 temenda r-rotta tagħha sabiex ikun jista' jsir dak li kien isir b'rotta preċedneti 58 li kienet iddur mar-roundabout ta' fejn hemm it-triq biex tieħu għall-klinika ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li biex persuni jkunu jridu jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, ikollhom jaqsmu triq li hija arterja prinċipali li tista' tkun ta' periklu għal dawk li jkunu jridu jaqmsu din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba għall-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, qatt ma kienet uffiċjalment rikonoxxuta f’xi kirja agrikola preċedenti.
Għaldaqstant, ma tista’ ssir l-ebda reviżjoni ta’ kera, peress li l-ħlas tal-qbiela fuq dan ir-raba’ ġie maħdum skont ir-rati stipulati fl-Iskema tal-Art Agrikola tal-Gvern tas-sena 2000.
Ħlas ta' kumpens għall-biċċa art li ttieħdet biex tinfetaħ triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tal-kumpens għat-talba li kienet saret wara li biċċa art kienet ittieħdet sabiex tinfetaħ triq, u li d-dettalji tal-file qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta, flimkien mal-avukati, qiegħed jinvestiga ir-rikjesta għall-allegat esproprju peress illi dan il-każ huwa kemxejn kumpless.
Kunsill Lokali tal-Mosta — deċiżjoni għad-dawl fil-ġnien ta' wara l-knisja
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mosta jieħu d-deċiżjoni u iwettaq il-ħidma sabiex il-ġnien ta' wara l-Knisja parrokjali jkun aktar imdawwal sabiex jitnaqqsu l-abbużi li qed isiru u qed iwasslu għal indiċenzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li f’April li għadda ħa ħsieb xogħolijiet ta’ titjib tal-ġnien imsemmi. Fost l-oħrajn il-Kunsill Lokali sejjaħ diversi drabi lill-kuntrattur tad-dawl dwar in-nuqqas ta’ dawl li kien hemm fil-ġnien. Infurmat mill-Kunsill Lokali li jirriżultalu li l-parti l-kbira tal-ġnien tinsab imdawwla.
Jista' l-Ministru jagħti l-inkarigu lill-Transport Malta sabiex fil-pjazza tal-Mosta jerġa' jingħata l-kulur liż-zebra crossings li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni u fit-Triq il-Kungress Ewkaristiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew inżebgħu tmien zebra crossings li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni u Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li jmiss li jsir sabiex Triq Gio C. dei Marchesi Mallia Tabone, fil-Mosta tkun miftuħa u wiesgħa peress li parti minn din it-triq għadha mhux possibbli li tkun aċċessibli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija art privata u għaldaqstant sabiex tinfetah sid l-art irid jiddeciedi li jiżviluppa u jkollu l-obbligu li jifforma t-triq kollha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex kamra li hemm fil-Mosta ħdejn il-Kappella tal-Isperanza u l-pumping station tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fl-imgħoddi kienet tintuża mill-ħaddiema tal-Indafa Pubblika tkun magħluqa sabiex fiha ma jibqax jintremma skart?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-post imsemmi sar xogħol ta’ tindif u peress li din il-kamra ma kinitx użata għal dawn l-aħħar għaxar snin u m’hemmx pjanijiet li tintuża fiż-żmien qarib, kien deċiż li l-bieb jiġi mbarrat bil-bricks biex dan ma jirrepetix ruħu.
Jista' l-Ministru jieħu d-deċiżjoni sabiex isir ix-xogħol li jwassal sabiex ċnut fuq il-postijiet li jaqsmu Wied il-Għasel tiżdidilhom filata ma' dak li hemm fil-preżent, peress li l-punt li jaqsam Wied il-Għażel f'Triq il-Kostituzzjoni illum jitqies periklu u huwa baxx ħafna, filwaqt li l-pont il-Kbir li jaqsam Wied il-Għasel li hemm f'tarf Triq il-Fortizza jkun utli li dan tiżdidlu filata ma dak li hemm fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tal-gvern jew le? Jekk hija proprjetà tal-gvern, hemm xi opportunità li l-art tingħata għall-kiri jew għall-bejgħ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà li d-dettalji tagħha ngħataw separatament hija proprjetà tal-gvern li hija diġà mikrija u ix-shareholders l-ġodda li xtraw il-kumpanija, qegħdin jistennew il-permessi tal-MEPA sabiex jibdew ix-xogħlijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tal-gvern jew le? Jekk hija proprjetà tal-gvern, hemm xi opportunità li l-art tingħata għall-kiri jew għall-bejgħ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ħlas ta' kumpens għall-biċċa art li ttieħdet biex tinfetaħ triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tal-kumpens għat-talba li kienet saret wara li biċċa art kienet ittieħdet sabiex tinfetaħ triq, u li d-dettalji tal-file qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-status ta' talba għal refund ta' ħlas li kien sar żejjed u li l-applikazzjoni għal dan il-ħlas ilha li saret minn Mejju 2008? Jista' jgħid meta se jsir ir-refund imsemmi fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jgħid x'konsultazzjoni kienet saret minn Transport Malta fil-proċess ta' ħruġ ta' permessi mill-istess Transport Malta għall-awtorizzazzjoni ta' zebra crossing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-konsultazzjoni neċessarja mar-residenti hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Amministrattiv u tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess għat-talba tal-ħlas, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li saret lid-dipartiment ikkonċernat li jaqa' taħt il-Ministeru rispettiv? Jista' jgħid jekk il-ħlas mitlub hemmx xi possibiltà li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.