Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li d-drenaġġ fi Triq il-Kbira fil-Mosta, waqt li qed jsir xogħol, ma jibqax drenaġġ miftuħ minħabba r-residenti li jgħixu hemm?
Response (BORG, IAN)
Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże' Delia. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.
Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kbira bħalissa qed issir it-tieni fażi fin-nofs l-ieħor ta’ din it-triq lejn ix-xaqliba tal-qalba tal-Mosta. Qabel ma terġa’ tibni l-karreġġjata ta’ din it-triq, Infrastructure Malta qed tagħmel bankini ġodda u qed tqiegħed aktar minn 4 kilometri pajpijiet tal-ilma, katusi ġodda tad-drenaġġ, pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni, cables għall-provvista tal-elettriku u sistema ta' katusi għall-ilma tax-xita.
Minħabba li ilhom ma jinbidlu snin, meta qed jinkixfu l-katusi l-antiki tad-drenaġġ qed jinstab li tant huma fi stat ħażin li uħud minnhom ikunu mkissrin. Kull fejn jinstabu katusi mkissrin qed tittieħed azzjoni mill-ewwel biex, sakemm jitlestew il-katusi ġodda, dawk antiki jitranġaw temporanjament ħalli d-drenaġġ ma jiskulax barra.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex uffiċjal mill-WaterServices jagħmlu spezzjonijiet fl-indirizz mogħti separatament sabiex jivverifikaw l-ħsara li teżisti ta' drenaġġ sabiex l-anzjana li tgħidx hemm ma tibqax b'riħa tad-drenaġġ dieħla fid-dar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-azzjoni meħtieġa u s-sitwazzjoni ġiet riżolta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li idealment, għall-kwalunkwe rappurtaġġ ta’ ħsarat fil-futur, għandu jiġi kkuntatjat b’mod dirett il-Helpline tekniku tal-Korporazzjoni fuq 80076400, u b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni u jsiru l-verifiċi kollha neċessarji mmedjatament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21674, 21624, 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni taqa’ taħt ir-responsabilità tal-entità konċernata li qed tagħmel użu minnha. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Inerpellant li ma jeżistu l-ebda kuntratti speċifiċi dwar manutenzjoni mal-entitajiet konċernati.
Il-Mosta – Triq id-Durumblat – tneħħija ta’ tabelli
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jitneħħew it-tabelli tal-one way fi Triq Durumblat fil-Mosta u fl-inħawi sabiex jitneħħa kull periklu li dawn it-tabelli jistgħu joħolqu issa li dawn ġew bla skop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li t-tabelli temporanji fit-triq indikata tneħħew.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21131 u jgħid meta se jkun hemm il-possibbilità li jiżdiedu pajjiżi mal-lista ta’ pajjiżi li fil-preżent qed joffru tfal għal adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21624, 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21429 u 21625, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min huma l-esperti tiegħu u jagħti l-ismijiet u l-ID numbers tagħhom:
b. Kemm qed jitħallas kull wieħed jew waħda minn dawn il-persuni li huma esperti/konsulenti; u
c. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Oner. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid b’riforma li l-Gvern għamel fil-Pitkalija:
a. Min huma dawk li llum qed jissejħu Pitkala?
b. Min huma dawk li llum qed jissejħu aġenti?
c. Kemm hi l-commission li qed titħallas lill-Pitkali?
d. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas lill-aġenti? u
e. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas mill-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma baqax Pitkala joperaw mill-Pitkalija. L-Aġenti li qed issir referenza għalihom huma 7 u li dawn ġew magħżula wara sejħa Pubblika. Dawn qiegħdin joffru is-servizz ta’ Sales and Marketing Agent b’kuntratt mal-Malta Food Agency. Il-commission li qed titħallas lill-aġenti hija ta’ 7%, filwaqt dik imħallsa mill-bdiewa hija ta’ 8%. Barra min hekk ir-riforma ma tikkonsistix biss fit-tibdil tal-operat, imma fl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ traċċabilta` tal-prodott li jinbiegħ mill-pitkalija.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. Min huma l-esperti tiegħu?
2. Kemm qed jitħallsu? (kull wieħed minnhom) u
3. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi esperti fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 2 full time u 3 part time. Is-salarju tagħhom huwa pro-rata bejn salarju fi Skala 5 u salarju fi Skala 3.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jivverifika għaliex l-għajnuna li talab, qed ikun hemm diffikultà biex tingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka¿ qed jiġi segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-persuni li diġà ħadu l-vaċċin AstraZeneca, Moderna, Pfizer u Johnson&Johnson sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ persuni ta’ kemm huma dawk li ħadu l-ewwel doża u t-tieni doża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 21256.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min huma dawk il-persuni li sal-lum huma impjegati mal-Food Safety Agency li qed tieħu ħsieb timmaniġġja l-Pitkalija?
b. X’inhi r-responsabbiltà ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u uffiċjali ta’ din l-Aġenzija?
c. X’inhi l-paga jew salarju li dawn kollha individwalment għandhom? u
d. Minn fejn huma, bħala belt jew raħal li fih jgħixu, dawk kollha li jaħdmu f’din l-Aġenżija?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21093 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-mistoqsija parlamentari 20979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li diversi kollezzjonisti ta’ tajr ibbalzmat għandhom dan it-tajr ibbalzmat, u wara li snin ilu saru talbiet għand diversi entitajiet li skont iż-żmien kienu responsabbli mit-tagging ta’ dan it-tajr ibbalzmat u wara kull amestija li saret, saru l-verifikazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jiġu rregolati t-trasferimenti li ġew mitluba?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tkun tista' tipproċessa t-talbiet pendenti għal trasferimenti li jeħtieġu l-identifikazzjoni tassonomika u t-tagging ta' kull kampjun, it-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) introduċiet sistema elettronika intitolata Stuffed Birds Registration System (SBRS) li permezz tagħha r-rekords marbuta mar-reġistrazzjoni u l-moviment ta' għasafar ibbalzmati (dawk reġistrati sal-aħħar ta’ Mejju 2003) jiġu diġitalizzati. B'hekk id-WBRU tkun tista' timplimenta l-obbligi legali rigward il-moviment tal-għasafar b'mod elettroniku u b’mod aktar effiċjenti.
F’Marzu tal-2021, it-Taqsima lestiet mill-proċess ta’ inputting tal-kampjuni kollha irreġistrati fis-sistema SBRS, total ta’ 515,719 kampjun. Jonqos l-inputtjar tal-informazzjoni tal-każijiet kollha tal-Qorti. Bħalissa id-WBRU qed tistenna li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lilha biex ikun jista' jkompli l-proċess ta' inputtjar tad-data. Malli jitlesta l-inputtjar, jibda’ x-xogħol ta’ proċessar tat-talbiet għal trasferimenti u rimi ta’ tajr irreġistrat. L-eżerċizzju kollu jitlob diliġenza biex jiġi żgurat li l-verifiki meħtieġa jsiru sewwa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21093 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-mistoqsija parlamentari 20979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li diversi kollezzjonisti ta’ tajr ibbalzmat għandhom dan it-tajr ibbalzmat, u wara li snin ilu saru talbiet għand diversi entitajiet li skont iż-żmien kienu responsabbli mit-tagging ta’ dan it-tajr ibbalzmat u wara kull amestija li saret, saru l-verifikazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jiġu rregolati t-trasferimenti li ġew mitluba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li diversi kollezzjonisti ta’ tajr ibbalzmat għandhom dan it-tajr ibbalzmat, u wara li snin ilu saru talbiet għand diversi entitajiet li skont iż-żmien kienu responsabbli mit-tagging ta’ dan it-tajr ibbalzmat u wara kull amestija li saret, saru l-verifikazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jiġu rregolati t-trasferimenti li ġew mitluba?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.