B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7206, jekk ikun hemm talba urġenti għal għajnuna lill-pulizija jew entitajiet oħra li għandhom jgħinu f’stat ta’ emerġenza, kif ikkordinati mill-proċess ta’ għajnuna b’urġenza taħt in-numru 112, f’każ li t-talba ta’ emerġenza tkun relatata ma’ dħul ta’ insetti bħal żnażan li jkunu qed joħolqu periklu għal min ikun jiffrekwenta l-premises jew tista’ tkun dar residenzjali, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din it-talba ma tkunx iżjed kordinata bl-urġenza mill-pulizija? (dan jista’ jwassal għal dewmien fl-għoti tal-għajnuna li tkun urġenti)
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni mhux każ li jiġi referut lill-operaturi tan-numru 112 li kif żgur jaf l-Onor. Interpellant huwa numru li jkopri sitwazzjonijiet ferm iktar gravi mill-każ li qed isemmi u għalhekk min iċempel fuq każ ta’ din in-natura jintalab iċempel dirett lill-pulizija. Hu minnu li barra l-funzjonijiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità, u kif titlob il-liġi, meta tintalab assistenza, membri tal-Korp tal-Pulizija jassistu għal kwalunkwe rikjesta f’limiti raġonevoli anke jekk ir-responsabilità biex tiġi pprovduta għajnuna, ma tkunx tappartjeni lilhom. F’dan il-każ anke kieku ġew ikkonsultati l-pulizija mhux fuq il-112, ma seta’ jsir xejn, ħlief li jingħata parir biex tingħalaq il-propjetà msemmija mis-sidien, ġaladarba l-insetti kienu fuq ġewwa, sakemm dawn jitolbu l-assistenza ta’ kumpaniji li jagħtu servizz li jitneħħa dan it-tip ta’ insett u/jew insetti oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li għaddej f’pajjiżna fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender? Jista’ jgħid ukoll għal kull parti ta’ triq li hija parti minn dan il-proġett ta’ twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta’ twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?
B’referenza għall-SME park li jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid:
a. min ħa t-
tender
jew id-
direct order
biex jibni l-SME park;
b. kif se jitħallas min ħa l-inkarigu li jibni dan l-SME park;
c. jekk kienx proċess ta’
tender
jew
direct order
;
d. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta’ SMEs f’dan il-park;
e. x’kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista’ japplika għal post f’dan il-park; u
f. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f’dan il-park għall-SMEs f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lit l-proġett għadu fi stadju ta’ applikazzjoni quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar u għadu ma ħareġ ebda tender.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7224, jista’ l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7224.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista’ l-Ministru jgħid, fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mal-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);
a. kemm-il biċċa raba’ ġiet mittiefsa bħala numru f’kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;
b. jgħid ma’ min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba’ li qed tiġi mittiefsa;
c. jgħid x’kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?
Sistema ta' liċenzji ta' negozji – Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7224, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-feedback miġbur mill-istakeholders waqt il-laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, x’azzjoni ttieħdet u x’progress sar f’dan ir-rigward li tkellem dwaru l-istess Ministru skont ir-risposta li ta fil-mistoqsija parlamentari rispettiva?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta f'każ ta' emerġenza għaqda ta' żgħażagħ, jew familja, jew kull persuna oħra, jirrapportaw lill-Awtoritajiet bħall-Pulizija jew id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'rapport li fil-premises daħlu insetti bħal żnażan li joħolqu periklu għal min jiffrekwenta l-premises, min minn dawn l-entitajiet jista' jerfa' r-responsabbiltà biex ikun jista' jneħħi dak il-periklu li jkun rapportat? Qed insaqsi din il-mistoqsija peress li l-Mosta Girl Guides għamlu tali rapport u spiċċaw biex s'issa ma nstabet l-ebda entità tal-gvern li terfà din ir-responsabbiltà li tneħħi dawn l-insetti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta, jgħid jekk Triq Fabrizio Bartolo, il-Mosta, li hija trejqa dejqa li minnha bilkemm tgħaddi vettura, issir "one way except for un/ loading by residents" u dan ifisser li din it-trejqa tkun għalhekk aċċessibbli biss għal ftit residenti fl-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li Transport Malta kienet f’komunikazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Mosta fir-rigward ta’ din it-triq fejn kienu ġew ssuġġeriti miżuri ta’ traffic calming / management. Fil-każ li hemm min jixtieq li din it-triq ikollha aċċess limitat, għandha ssir applikazzjoni mill-kunsill lokali minħabba li din it-triq hija responsabiltà tal-kunsill, u Transport Malta tkun tista’ tevalwa l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-proġett ta’ twessiegħ ta’ toroq, kemm-il biċċa raba’ ġiet mittiefsa, bħala numru, f’kull triq? Jista’ jgħid ma’ min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba’? Jista’ jgħid x’kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Vassallo biex ġentilment jispeċifika eżattament għal liema toroq qed jirreferi, u f’liema żmien saru x-xogħlijiet indikati, sabiex ikun jista’ jinġabar it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid ladarba l-Gvern neħħa s-sistema tal-liċenzja tan-negozji, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa a konoxenza ta’ din l-isfida, tant li anke kienet fuq l-aġenda ta’ waħda mill-laqgħat tal-kunsill konsultattiv għall-Intrapriża. Insegwitu tal-feedback miġbur mill-istakeholders prezenti ttieħdet azzjoni u nista' nikkonferma li sar progress notevoli f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ispiża tal-uffiċċju li qed imexxi l-liġi ta' negozji tal-familja? Jista' jgħid:
a. kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-uffiċċju;
b. fejn huwa dan l-uffiċċju;
c. x'inhi l-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju;
d. x'inhi l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju;
e. kemm hemm negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-uffiċċju; u
f. fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' dan l-uffiċċju b'risq in-negozji tal-familja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li hemm tlett min-nies jaħdmu ġewwa l- Family Business Office, li jinsab Mimcol Clock Tower, Level 1, Tigne Point, Sliema.
L-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju huma ta’ Regolatur – Scale 3, Is-salarji taż-żewġ uffiċjali l-oħra jifformaw parti minn ftehim komprensiv mal-Mimcol.
Rigward l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju hemm ftehim komprensiv tas-somma ta’ €42,000
per annum
li jinkludi l-kirja ta’ dan l-uffiċju inkluż kontijiet tad-dawl u ilma, partijiet komuni bħal
board rooms,
kċina eċċ, is-salarji ta’ żewġ uffiċjali, servizzi anċillari bħal servizzi tar-
reception
u dawk amministrattivi, tindif, manteniment, użu tas-servizzi ta’ informatika u kwalunkwe użu ta’ riżorsi umani oħra.
Hemm 84 negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-uffiċċju u l-ħidma hija dik skont l-artiklu 20 ta’ l-Att Dwar in-Negozji tal-Familja.
Jista’ l-Ministru jgħid, mir-rekords li għandu l-Ministeru kemm kien importat majjal ħaj, mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, maqsuma xahar xahar? Jista’ jagħti n-numru ta’ majjal li nqatel fil-biċċerija ta’ pajjiżna minn dawk li ġew importati? Jista’ jgħid minn fejn (bħala pajjiż) kienu trasportati lejn pajjiżna, il-majjal li ġie mportat ħaj?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar imrobbija għall-ħalib li ġew maqtula, mill-bidu ta’ din is-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar li ġew maqtula f’Malta u Għawdex u għal liema raġuni dawn il-baqar ġew maqtula?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-preżent, x’ħidma qed issir b’risq ir-riforma tal-pitkalija f’Ta’ Qali? Ma’ min għaddejjin il-konsultazzjonijiet f’dan ir-rigward? X’nefqa saret f’dawn l-aħħar sitt snin mill-Ministeru rispettiv b’risq ir-riforma tal-Pitkalija ta’ Ta’ Qali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa kommess li jimplimenta riforma ġewwa l-Pitkalija. Ir-riforma trid tkun ta' ġid għal-istakeholders kollha tal-Pitkalija u għalhekk qed isiru diskussjonijiet interni, kif ukoll tnedija ta' pjanijiet ta' kif għandha tiġi mplimentata din ir- riforma. Għalissa l-konsultazzjonijiet qed isiru fuq livell intern iżda fil-mument opportun issir l-konsultazzjoni meħtieġa mal-istakeholders.
In-nefqa tul dawn l-aħħar 6 snin hi kif elenkata hawn taħt:
· Mill-2012 sal-lum intefqu €1,396,347.00 għax-xiri ta’ 251,320 il-kaxxa.
· Fl-2014 beda x-xogħol sabiex tinbidel is-sistema tal-ħlas tal-Pitkalija flimkien ma’ titjib fis-sistema tad-
data entry
. Sal-lum intefqu €65,814.00; din is-somma tinkludi
upgrades
u
maintenance
regolari tas-sistema.
· Fl-2014 beda jsir xogħol ta’ titjib fil-facilità tal-ħasil tal-kaxxi li hemm fil-Pitkalija; dan jinkludi
maintenance
u
certification
tal-magni tal-ħasil tal-kaxxi, installazjoni tal-
lift
, xiri ta’
palletizers
u
upgrades
fil-binja fosthom
water proofing
. Din l-ispiża s’issa laħqet €46,617.00.
· Fl-2017 sar ir-
resurfacing
tat-toroq ġewwa l-Pitkalija b’total ta’ €489,252.00.
· Fl-2017 inbidlet is-sistema tas-CCTV cameras tal-Pitkalija b’nefqa ta’ €9,493.00.
Apparti dawn il-flus, hemm ukoll il-flus li jintefqu ghall-maintenance tal-Pitkalija li hija ongoing.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex legali jew le, li jinbena boundary wall fejn ikun hemm sit ta’ kostruzzjoni u għalhekk ikun qed isir il-bini, u l-iżviluppatur jibni boundary wall taħt il-bankina, u għalhekk il-bankina ma tibqax aċċessibbli għall-persuni li jkunu jridu jimxu fuq il-bankina?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ fejn ikun qed isir skavar u taħmil tal-lant eżatt taħt il-bankina, iva jaf ikun meħtieġ li l-ħajt ta’ lqugħ jinbena taħt il-bankina sabiex jevita li n-nies jgħaddu minn fuq l-istess bankina peress li din ikollha l-possibiltà li tisfronda u l-periklu jkun ħafna akbar.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jkun qed jieħu l-Gvern biex jara li f'pajjiżna jkun hemm spazju adegwat fejn jintrema l-materjal/skart mill-bini imwaqqa'?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) qiegħda taħdem fuq strateġija sabiex tindirizza l-iskart tal-iskavar u konstruzzjoni fit-tul. Sadanittant l-ERA qegħda tipproċessa 8 permessi għall-barrieri biex ikunu jistgħu jaċċettaw materjal nadif. Bħala soluzzjoni immedjata, barriera ġewwa s-Siġġiewi li tinsab f'żona speċjali ta' konservazzjoni u li qegħda fi stat ta' abbandun, qed tibda tilqa' materjal nadif li ġej mill-kostruzzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f’Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f’kull lokalità rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-massage parloursma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’regolamenti ta’ saħħa hemm li qed jirregolaw il-massage parlours li għandna miftuħa fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ metri kwadri ta’ art/raba’ li se tkun qed tittieħed bħala spazju għat-triq li qed tissejjaħ Central Link mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-Awtoritajiet konċernati u għaldaqstant il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati.
Kirja ta’ ħanut trasferita minn retail għall-massage parlour
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern awtorizzax it-trasferiment fil-kirja ta’ ħanut fil-binja tal-Gvern quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Mosta ħdejn il-Government Housing Estate u fejn hemm il-kumpless tal-ħwienet, fejn minn ħanut retail, illum sar massage parlour?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b'mod aktar preċiż għal liema ħanut qed jirreferi.