Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fish Farms – żieda fil-kwantità ta’ tonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar sena u nofs, kemm-il darba bħala Ministru awtorizza li jkun hemm żieda fil-kwantità ta’ tonn li setgħu jinżammu fil-fish farms fl-ibħra Maltin? Jista’ jgħid din iż-żieda kif ingħatat għal kull sid ta’ Tuna Fish Farm?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala Ministru ma tajt l-ebda żieda fil-kapacità eżistenti tal-permess operativ tat-tonn.

Fish Farms Maltin — audit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara li l-Kummissjoni Ewropea għamlet audit tal-fish farms Maltin f’Ottubru li għadda, u sabu ‘a number of shortcomings’, x’miżuri kien ħa bħala Ministru? Jista’ jgħid x’ħidma saret mill-Ministeru rispettiv biex jiffaċja dak l-audit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Niforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju għaddejjin diskussjonijiet mal-Kumissjoni Ewropea dwar r-rapport referut.

Tuna Fish Farms — kwantità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi kien qed jieħu l-Ministeru tiegħu sabiex jaċċerta li dawk kollha involuti fl-industrija tal-akwakultura (tuna farms) ma kinux qed ikollhom żieda ta’ tonn fil-gaġeġ tagħhom, peress li tali kwantità kienet aktar milli legalment kellhom dritt li jkollhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi kull diskrepanza fl-ammont ta’ tonn misjub ġol-gaġġeġ minn dak iddikjarat mill-operaturi jsita jiġi klassifikat bħala li hemm potenzjalment attività illegali. Id-dipartiment kien qieghed jimplimenta numru ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll sabiex jigi determinat jekk hemmx diskrepanza. Appena jkun innutat dan il-każ jiġi referut lill-awtoritajiet konċernati.

Tuna Farms — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji involuti fl-akwakultura (sidien ta’ tuna farms) li qed joperaw fl-ibħra Maltin? Jista’ jgħid kull kumpanija b’kemm qabżet il-kwota li suppost kellhom li jieħdu ħsieb li jżommu fit-tuna farms tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed nissotometti t-tabella bl-informazzjoni rikjiesta. Ninforma lil Onor. Interpellant illi ħadd mill-operaturi ma qabez il-kapacitá indikata fil-ħruġ tal-permess operativ.

Laqgħa rigward żieda fil-kwota tat-tonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kif skont qed jiġi rrappurtat li l-individwu A li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien qal li kellu jiltaqa’ mal-Ministru, kienx hu l-Ministru li aċċetta li jiltaqa’ miegħu u li riżultat ta’ dik il-laqgħa bejnu (il-Ministru Herrera u l-individwu A msemmi separatament) il-kwota tat-tonn żdiedet għall 4,000kg minn 3,000kg? Jista’ jikkonferma wkoll jekk din il-laqgħa, li fiha huwa rrapportat li grazzi għaliha l-kwota tat-tonn żdiedet, kenitx megħjuna biex issir, mill-persuna B li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġibiet Parlamentari 8910, 8911, 8912, 8913, ma saret l-ebda laqgħa bejni u bejn l-individwu referut bħala ‘l-inidividwu A’.

Polyclinic tal-Mosta – xogħol fuq ħġieġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-twieqi bil-ħġieġ trasparenti li jagħtu għal Triq Salvu Dimech il-Mosta u li jinsabu fil-polyclinic fl-istess lokalità, isir xogħol biex imqar sa nofs it-tul tal-ħġieġ tat-tieqa ma jibqgħux trasparenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm it-twieqi eżistenti fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għandhom il-ħġieġ trasparenti, dawn l-istess twieqi għandhom ukoll tip ta’ blinds li waqt li xorta jħallu d-dawl naturali jgħaddi minnhom, ma jkun qed jidher xejn minn barra.

Każijiet ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara ż-żewġ każijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fejn dawn il-persuni ma jistgħux jibqgħu aktar jgħixu weħidhom fid-dar tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dawn iż-żewġ każijiet u diġa sar kuntatt mal-persuni kkonċernati.
Leg 13 PQ #8847 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – droga maqbuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iseħħ mid-droga li tkun maqbuda mill-uffiċjali tad-Dwana? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienet l-istima fi flus tad-droga li nqabdet mill-uffiċjali tad-Dwana fl-2017, 2018 u fl-2019 s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li immedjatament malli jiġi stabbilit li nstabet id-droga, id-Dwana minnufih tinforma lill-Pulizijja li min-naħa tagħhom jinfurmaw lill-Maġistrat tal-għassa sabiex tinfetaħ inkjesta. Minn hemm ’il quddiem il-Pulizija jieħdu r-responsabbiltà ta’ din is-sustanza. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8752.

Plant protection – bdil ta’ saqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-ispiża tal-bidla tas-saqaf fil-Plant Protection u jista’ jgħid min ser ikun qed jaħdem biex ibiddel dan is-saqaf?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda saqaf fid-dipartiment konċernat li għandu bżonn jinbidel.

Demm u l-kirxa tal-annimali

Question

Ladarba qed ikun importat demm tal-baqar minn barra biex ikun jista’ jsir il-mazzit u ladarba qed tkun importata l-kirxa minn barra biex tinbiegħ fis-suq lokali, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir jew jekk jaqbilx li ssir ħidma mill-Ministeru sabiex id-demm u l-kirxa tal-annimali maqtula fil-biċċerija f’Malta jkunu jistgħu jinbiegħu għas-suq lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Intpellant li aħna naqblu li dak li qed jirreferi għalih ikun jista jsir kemm il-darba jkun hemm min jesprimi nteress sabiex jagħmel dan u ovvjament jiġu suġġetti r-regoli kollha applikabbli. Fil-fatt huwa maħsub li sal-aħħar tas-sena jkunu lesti x-xogħlijiet li għaddejin fil-biċċerija li fost affarijiet oħra jkun ukoll qed jiffaċilità biex dan ikun jista jseħħ.

ħlasijiet għall-importazzjoni ta' pestiċidi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati ta' ħlasijiet li persuna jkollha tħallas biex ikun mogħtija l-permess li timporta jew iġġib f'pajjiżna pestiċidi? Il-Gvern għal liema pestiċidi jitlob li jsir ħlas biex jingħata l-permess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħlas għal min jimporta jew iġib il-pestiċidi f’pajjiżna, u l-ħlas li hemm huwa għaċ-ċertifikazzjoni biex topera bħala distributur ta’ pestiċidi u għall-awtorizazzjoni/notifika tal-prodott. · Għaċ-ċertifikazzjoni biex topera bħala distributur - il-ħlas huwa ta’ 25 ewro. · Għan-notifika ta’ bijoċidi, il-ħlas huwa ta’ 75 ewro. · Għall-awtorizazzjoni tal-pestiċidi hemm ħlas ta’ bejn 50 u 500 ewro meta dawn ikunu diġà ġew awtorizzati fi-Stat Membru Ewropew ieħor jew għall- parallell imported . Dan il-ħlas ivarja skont ir-riskju tal-prodott hekk kif definit fil-liġi u l-inqas ħlas japplika meta l-applikazjoni issir mill-bidwi nnifsu għal użu tiegħu. F’każ ta’ prodotti li se jitqiegħdu fuq is-suq Ewropew għall-ewwel darba, applikant jista’ jagħżel f’liema Stat Membru jagħmel l-evalwazzjoni xjentifika u f’dan il-każ ikun hemm ħlasijiet rispettivi stabbiliti skont prinċipji fil-leġiżlazzjoni Ewropeja. L-awtorizazzjoni/notifika tal-prodotti hija għal terminu speċifiku u marbuta mal-perjodu t’awtorizazzjoni tas-sustanza attiva hekk kif stipulat fil-liġi. Kull pestiċida għandu bżonn awtorizazzjoni/notifika qabel ma jitpoġġa fuq is-suq u l-ħlas huwa hekk kif diġà msemmi.

St. Andrew’s — National Sport School

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni tan-National Sport School f’St Andrew’s tistax tieħu deċizjoni li tagħlaq l-imsemmi skola għal numru ta’ ġranet meta ma jkunx hemm studenti u fl-istess żmien li fih l-iskola tkun magħluqa, l-istess amministrazzjoni tobbliga lill-ħaddiema kollha ta’ din l-iskola jieħdu l-leave u dan għaliex l-istess skola tkun magħluqa? Jista’ l-Ministru jgħid jekk amministrazzjoni ta’ skola tistax tobbliga biex il-ħaddiema jieħdu l-leave u b’hekk il-ħaddiema qed jiġu sforzati jitilfu madwar 13-il ġurnata leave?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġejt infurmat li meta jinħass il-bżonn, l-amministrazzjoni tal-iskola titlob lill-ħaddiema (li mhumiex edukaturi) biex jieħdu leave meta ma jkunx hemm skola (vakanzi ta’ Novembru, Milied, Karnival u l-Għid). Dan isir bi qbil magħhom ħalli l-iskola tibqa’ tagħti l-aħjar servizz lill-istudenti u ma tinqabadx mingħajr servizzi neċessarji. Dan ma japplikax għall-vakanzi tas-Sajf. Jekk l-Onor. interpellant għandu informazzjoni addizzjonali dwar xi każ partikolari, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni privatament.
Leg 13 PQ #8600 Sitting 193 2019-02-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – SME Park

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433 dwar l-SME Park, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanta ppreżentata mal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Ministru fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7433 qed tirreferi għalija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għad-dokument uffiċċjali u pubblika tal-Awtorità tal-Ippjanar numru 2780/16

Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5672 li saret fl-10 ta’ Mejju 2018 dwar kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet għall-fondi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8370 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar applikazzjonijiet għall-fondi li damu ma ġew trattati?

Response (DALLI, HELENA)

Il-proċess tal-għażla huwa wieħed metikoluż kif jitolbu r-regolamenti Ewropej. Għalhekk il-proċess jista’ itawwal minħabba diversi raġunijiet fosthom in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-proġetti sottomessi, il-kwalita’ tal-applikazzjoni u l-kjarifikazzjonijiet li jkunu iridu jiġu ndirizzati mill-applikanti. Il-proċess tal-evalwazzjoni jiddependi ukoll kemm il-proġett propost jindirizza l-għanijiet tas-sejħa u l-obbligazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Gvern daħħal ukoll pakkett finanzjarju aktar attraenti għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni biex b’hekk ikunu aktar kompetitivi fl-isfond tas-sitwazzjoni pożittiva fil-qasam tal-impjiegi li għandna f’pajjiżna.

Sajjieda – Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8373 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar fondi dovuti lis-sajjieda?

Response (DALLI, HELENA)

Fil-Programm Operattiv tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd (FEMS) 2014 - 2020 hemm il fuq minn € 25-il miljun allokati. Dawn il-fondi kienu u għadhom mistennija li jkunu mpenjati skont il-miżuri li hemm adottati fil-Programm. Għalhekk ma sar l-ebda tibdil t’allokazzjoni tal-fondi mmirati għas-sajjieda għal prijoritajiet oħra. Apparti madwar €1 miljun allokati f’miżuri diretti għas-sajjieda (Artiklu 33, Artiklu 41.1, Artiklu 41.2 u Artiklu 30 tar-Regolament tal-UE (No 508/2014), hemm madwar €24 miljun ewro għall-proġetti fosthom il-proġetti tal-Breakwater tal-Qrejten, l-immodernizzar ta’ facilitajiet ghas-sajjieda fil-portijiet tal-Mgarr u x-Xlendi, taħriġ pprovdut għas-sajjieda mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u proġetti simili oħra bhal ta’ titjib f’skali.

Bdiewa u Raħħala — Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8372 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar fondi dovuti lill-bdiewa u raħħala?

Response (DALLI, HELENA)

Il-fondi li ntużaw għat-toroq kienu flus allokati apposta mill-bidu tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014 2020. Dawn l-interventi f’toroq rurali kienu mitluba mill-bdiewa stess sabiex jtejbu l-aċċess għall-egħlieqi u rziezet tagħhom u b’hekk itejbu il-kompetivita’. Sal-lum minn dan il-Programm ġew kommessi €79 miljun għall-benefiċċju tal-bdiewa u r-raħħala li minnhom ser jibbenefikaw il fuq minn 5,500 ruħ.

Awtorità tal-Ippjanar – bdil u restawr tal-galleriji tal-injam

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għadhiex toffri s-sussidju fuq il-bdil u restawr tal-galleriji tal-injam?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità għandha skema biex jiġu restawrati jew fejn ikun il-bżonn, jinbidlu l-galleriji tal-injam fil-Belt Valletta in-naħa ta’ Marsamxett. Hemm ħsieb li din l-iskema tiġi estiża għax-xhur li ġejjin. Sadanittant tajjeb wieħed jinnota li dawn l-aħħar sentejn l-Awtorità nediet żewġ skemi ta’ “Irrestawra Darek” li kienu japplikaw fuq skala nazzjonali, fejn fost l-ohrajn dawn kienu jkopru wkoll ir-restawr ta’ elementi bħal galleriji tal-injam.

Il-Mosta — Żona ta' Żokrija - Triq il-Biedja u Triq Mons. Edgar Salamone - bini ta' ħitan

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8016, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-awtorità kompetenti għall-bini ta’ ħitan fi Triq il-Biedja u fit-Triq Mons. Edgar Salamone, hija l-kunsill lokali tal-lokal, meta dawn il-ħitan kellhom jinbnew meta nfetħu t-toroq rispettivi u meta fil-fatt kien qed jinbena l-qasam tal-bini li hemm fiż-Żokrija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li tikkonferma li r-responsabilità tal-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija tal-kunsill lokali konċernat, Infrastructure Malta qed tiddiskuti u tevalwa l-ħtiġijiet ta’ din it-triq mal-entitajiet konċernati, sabiex tassisti fit-tiswijiet tal-ħitan indikati fiż-żmien li ġej.