Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Triq il-Qalbiena fil-Mosta jsiru bus shelters għaliex f’din it-triq kull fejn hemm bus stop ma hemm l-ebda bus shelter?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għall-aktar kunsiderazzjoni.
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
ID Card — applikazzjoni - Persuna li tiġi tgħix Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji għall-persuna li tiġi tgħix f’Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, sabiex tapplika għall-ID Card?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-karta tal-identità tinħareġ biss liċ-ċittadini Maltin. Ċittadini minn pajji¿i tal-Unjoni Ewropea jinħarġilhom dokument ta’ residenza. Il-kriterji tal-applikazzjoni huma bbażati fuq il-kundizzjonijiet ta’ Direttiva 2004/38/EC dwar il-moviment ħieles ta’ ċittadini Ewropej u l-familjari tagħhom, fosthom xogħol, relazzjonijiet familjari u edukazzjoni, fost oħrajn. Ċittadini Ewropej għandhom obbligu li japplikaw għal dan id-dokument fi ¿mien tliet xhur wara li jkunu bdew jgħixu f’Malta u jintalbu jagħtu prova li għandhom mezzi suffiċenti sabiex jirrisjedu f’Malta.
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex tara li l-bozoz f’taraġ fi Triq l-Għadajjar ma’ Triq id-Duna fiżŻona Santa Margerita l-Mosta, ikunu jixegħlu kollha għaliex hemm minnhom li huma mitfija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-bozoz fit-taraġ msemmi huma kollha mixgħula. Minkejja li ma sar l-ebda rapport f’dawn it-toroq, ħaddiema mill-Enemalta xorta waħda għamlu spezzjoni u kkonfermaw li l-bozoz kienu kollha mixgħula. Meta jkun hemm rapporti ta’ qtugh ta’ dawl għandu jsir rapport lil EneMalta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema raġuni fil-website “My Health” bħala informazzjoni tal-klijenti li jkunu qed jinqdew minn Poliklinika f’każijiet ta’ X-Ray, mhux turi riżultat li l-klijenti ta’ dan is-servizz ikunu jridu jafu? F’nuqqas ta’ din l-informazzjoni li mhux tingħata, pazjenti jkollhom jirrikorru għar-riżultat tal-X-Ray mill-Poliklinika minn fejn ikun sar l-X-Ray?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapporti ta’ X-rays jibdew jidhru lill-pazjent fil-myHealth malli jiġu rilaxxati minn tabib li l-pazjent illinkja miegħu permezz tal-myHealth, jew 15-il jum wara li jaslu fil-myHealth, skont liema jiġri l-ewwel.
Fil-każijiet fejn pazjenti mhumiex illinkjati ma’ tabib permezz tal-
myHealth
, għandhom jirrikorru għar-riżultat tal-
X-Ray
għand tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa fejn ikun sar l-
X-Ray
.
Jista’ l-Ministru jitlob lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex isir l-patching f’Triq Camillo Sciberras fiż-Żona Ta’ Żokrija biex jonqos il-periklu li qed joħolqu l-ħofor li hemm fl-istess triq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ Works Order biex isir x-xogħol ta’ patching i¿da għadu qed jistenna biex il-kuntrattur jagħmel ix-xogħol li hemm b¿onn.
Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex isiru s-sinjali meħtieġa fit-toroq fejn f’Triq Ta’ Żejfa fil-Mosta, il-karozzi joħorġu jew jidħlu għat-Triq Patri Ġużè Delia, fiżŻona taż-Żokrija? Illum bla road markings hemm periklu meta l-karozzi jkunu deħlin f’Triq iż-Żejfa imma b’road markings, bħalma darba kien hemm, dan il-periklu kapaċi jonqos.
Response (BORG, IAN)
Fiż-żona tat-toroq indikati Infrastructure Malta għamlet sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, tal-ilma u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Fejn diġà ngħata l-asfalt se jsiru s-sinjali fil-jiem li ġejjin, waqt li l-parti fejn fadal isiru xi xogħlijiet tkun lesta wkoll fi ftit ġimgħat oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol li baqa’ jsir mal-bdiewa fir-raba’ minn fejn għaddiet is-Central Link, xogħol ta’ tindif, xogħol ta’ ħitan, tneħħija ta’ ħamrija eċċ?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta tinsab għaddejja bl-aħħar ftit xogħlijiet sabiex fil-jiem li ġejjin tlest Central Link Project, investiment fit-toroq ewlenin ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Imrieħel li qed inaqqas bin-nofs il-ħin fl-ivvjaġġar f’din iż-żona, filwaqt li jnaqqas drastikament it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fl-inħawi residenzjali tal-madwar.
Waqt il-bini tat-toroq ġodda ta’ dan il-proġett Infrastructure Malta ħadmet id f’id mal-bdiewa li għandhom artijiet fl-inħawi, sabiex ix-xogħlijiet ikollhom l-inqas impatt possibbli fuq l-uċuh tagħhom. Il-ħaddiema tal-proġett għaddew ħafna mill-ħamrija li tħaffret biex saru l-pedamenti tat-toroq ġodda lill-istess bdiewa, sabiex itejbu l-kwalità tal-artijiet tagħhom. Qabel ma ntefgħet lura f’dawn l-għelieqi, il-ħaddiema għarblu l-ħamrija mill-ġebel, biex tkun tista’ tinħadem aħjar. Fejn kien meħtieġ, Infrastructure Malta bniet ukoll ħitan ta’ lqugħ ġodda mal-ġnub tal-għelieqi jew irranġat dawk e¿istenti. Ħafna minn dawn il-ħitan huma lesti u għaddejjin biss l-aħħar ftit tiswijiet u aġġustamenti f’xi nħawi.
Bi ftehim mal-istess bdiewa, il-livellar tal-ħamrija addizzjonali f’xi għelieqi fejn Infrastructure Malta żiedet il-ħamrija ser isir wara l-istaġun tax-xita għaliex jekk isir bħalissa meta tkun imxarba, tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid lill-istess uċuh.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni pakkett li jintbagħat minn persuna barra mill-Unjoni Ewropea bħala rigal u li jinġabar mill-MaltaPost, il-persuna li tirċievi dan il-pakkett ikollha tħallas il-VAT fuq il-valur ta’ dan il-pakkett?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Artikoli 25 u 26 ta’ Kapitolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxu sistema Komunitarja ta’ ezenzjonijiet mid-dazju doganali għal kunsinni mibgħuta minn individwu privat għal ieħor.
Huwa speċifikat li l-eżenzjoni msemmija għandu japplika għal valur ta’ 45 Ewro kull kunsinna u:
a) huma ta’ xorta okkażjonali;
(b) izommu merkanzija esklużivament għall-użu personali ta’ min jagħmel il-kunsinna jew il-familja tiegħu, li ma jirriflettux permezz tax-xorta jew il-kwantità tagħhom xi interess kummerċjali;
(c) huma mibgħuta lil min jirċievi l-kunsinna ħielsa minn ħlas ta’ kwalunkwe xorta.
Min-naħa l-oħra, prodotti tat-tabakk, alkoħol, xorb alkoħoliku u fwejjaħ huma rregolati b’artikolu 27 tal-istess Kapitolu.
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji sabiex tara li n-new water jitwassal sal-inħawi ta’ Triq San Leonardu fix-Xgħajra (Park Nazzjonali tal-Inwadar) u fl-inħawi ta’ Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni ndikati diġa jiffurmaw parti mill-pjanijiet tan-network ġdid ta’ New Water.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ir-rampa fiċ-Ċimiterju tal-Mosta li hemm fuq in-naħa tal-kappella tal-istess ċimiterju tkun miksija mill-ġdid biex tkun konformi mar-regolamenti stipulati u li b’hekk l-istess rampa tkun tista’ tintuża mill-persuni bil-wheelchairs filwaqt li jitnaqqas il-perikolu li hemm fil-preżent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet ippublikata sejħa għall-offerti fis-27 ta’ Diċembru tal-2021 (CFT012-1098/21) sabiex isir xogħol ta’ alterazzjoni ta’ rampa e¿istenti u aċċess aħjar għal persuni li j¿uru ċ-ċimiterju tal-Mosta, wara li l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar (DN 01174/21) għall-istess proġett ġiet approvata fit-22 ta’ Settembru tal-2021. L-pjan hu li x-xogħlijiet jibdew fix-xhur li ġejjin.
IR-Rabat — Triq il-Qlejgħa - xogħol ta' tindif u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23465 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jagħmel xogħol ta' tindif u manutenzjoni fi Triq il-Qlejgħa limiti tar-Rabat ladarba f'din it-triq hemm ħafna affarijiet li qed jagħmlu t-triq inaċċessibbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li għamel rapport l-Għassa tar-Rabat u bħala Kunsill Lokali ħa ħsieb li tingħalaq kompletament it-triq sabiex jiġi evitat xi incident. Il-manutenzjoni tkun possibbli biss jekk terġa' tinbena it-triq mil-qiegħ tal-wied, liema xogħol ikun possibbli meta l-ilma kollu tax-xita jkun skula u jkun possibbli jintu¿a makkinarju fuq art niexfa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23464 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi neċessarji sabiex tintlaqa' din it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed titlob għal wheelchair u qed isib xi diffikultà biex it-talba tintlaqa'
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex tintlaqa' din it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed titlob għal wheelchair u qed isib xi diffikultà biex it-talba tintlaqa'
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
IR-Rabat — Triq il-Qlejgħa - xogħol ta' tindif u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jagħmel xogħol ta' tindif u manutenzjoni fi Triq il-Qlejgħa limiti tar-Rabat ladarba f'din it-triq hemm ħafna affarijiet li qed jagħmlu t-triq inaċċessibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mal-pagament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-Maltapost waqfet milli titimbra (tagħmel timbru) li jindika li l-kont hu mħallas, peress li nies qed ikunu inkwitati li l-irċevuta li qed tingħata, tista' tintilef u ma' żmien ma jibqax jidher il-kitba fuqha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-irċevuta uffiċjali li tindika l-pagament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li jitħallsu fil-fergħat tal-MaltaPost, kienu, għadhom u ser jibqaw l-irċevuta li tinħareġ mill-istess kumpanija. Ninsabu nfurmati li l-MaltaPost ser tkompli tagħmel timbru fuq l-istess kontijiet tad-dawl u l-ilma, dan bhala indikazzjoni li l-kont ġie mħallas.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir fi Triq Bergamott fil-Mosta jsir fl-inqas inkonvenjent possibbli li r-residenti u li x-xogħol jsir fi żmien stipulat għaliex issa x-xogħol fuq din it-triq ilu ġimgħat li beda jsir u r-residenti qed jilmentaw li jgħaddu ġranet u qisu mhu qed isir xogħol xejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni.
Bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Farinal, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq Bergamott, waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.
Ix-xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata bdew fl-aħħar t’Ottubru li għadda u diġà ġew mgħoddijin taħt l-art ¿ewġ mains ġodda tal-ilma u anke nbidlu ħafna mis-servizzi li jwasslu d-distribuzzjoni tal-ilma lejn ir-residenzi. Bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fuq servizzi tat-telekomunikazzjoni u jinbnew mill-ġdid il-bankini. Din it-triq mistennija titlesta fil-ġimgħat li ġejjin meta jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Maltin li jgħixu l-Ingilterra miċħuda milli jingħataw passaport Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li meta persuni Maltin li jgħixu l-Ingilterra u li għandhom dritt għall-dual citizenship, marru fil-High Commission ta’ Londra jitolbu għat-tiġdid ta’ passaport Malti, dawn il-persuni ġew miċħuda milli jingħataw passaport Malti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra tinsab topera fil-kapaċità kollha tagħha u qed toffri s-servizzi kollha essenzjali.
Fil-perjodu ta’ lockdown nazzjonali msejjaħ mill-Gvern tar-Renju Unit, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra kienet qed tipprovdi servizzi ridotti lil persuni li avviċinaw il-Kummissjoni Għolja għat-tiġdid ta’ passaporti li kellhom dokument alternattiv validu għall-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ ċittadinanza doppja (dual citizenship). Fil-fatt, dawn kienu qed jiġu mħeġġa jagħtu spazju lil persuni li kellhom passaport Malti skadut bħala l-uniku dokument tal- ivvjaġġar. B’dan il-mod, dawn il-persuni setgħu japplikaw għat-tiġdid tal-passport Malti tagħhom, kif ukoll kellhom l-opportunità li japplikaw għall-iskema ta’ ssetiljar tal-Unjoni Ewropea kif maħruġa mir-Renju Unit, liema skema kienet teżiġi dokument ta’ identifikazzjoni validu. Dan il-perjodu kien jestendi minn tmiem Diċembru 2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2021.
Tajjeb wieħed jinnota li Illum, jekk persuna tiġi bżonn iġġedded il-passaport, tista’ tagħmel dan, irrispettivament jekk għandhiex ċittadinanza doppja (dual citizenship) jew le.
Transport Malta — ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22921 u jgħid jekk Transport Malta hiex qed titlob ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar kull fejn jkun hemm ħruq tan-nar u l-festi u l-marċi fl-ibliet u rħula tagħna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Transport f’Malta toħrog permessi biex jingħalqu xi toroq waqt dawn l-attivitajiet biss. Permessi għal xi raġuniiet oħra joħorgu minn Awtorijtajiet oħrajn. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi indirrizata lill-Ministru kkonċernat.