Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li f’dawk in-negozji fejn il-klijenti jużaw it-trolleys, dawn minn ħin għal ħin u fl-istess ġurnata, jiġu maħsula sabiex kemm jista’ jkun titnaqqas kull kontaminazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qegħda f’kuntatt mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u tal-Industrija dwar inizzjattivi li jridu jittieħdu mis-supermarkets fis-sitwazzjoni tal-COVID 19 pandemic. Sadanittant klijenti qegħdin ikunu mitluba jżommu distanza ta’ 2 metri u fejn possibbli jagħmlu użu minn online shopping.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fl-ispiża tal-biċċerija li ġiet introdotta fl-aħħar ġranet fuq il-preparamenti tal-laħam taċ-ċanga fl-istess biċċerija? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet minn meta bdiet il-kriżi ta’ COVID-19, fil-Biċċerija Pubblika ttieħdu miżuri stretti sabiex is-servizz tal-qatla lir-raħħala jibqa’ jingħata. Barra minnhekk, trid tiġi assigurata d-distribuzzjoni tal-laħam lokali taċ-ċanga lill-konsumatur. Fil-prattika li kienet eżistenti, il-middlemen u d-distributuri taċ-ċanga kienu jidħlu fis-sala fejn jitqassmu l-karkassi, kif ukoll kienu jidħlu f’sala oħra fejn isir l-isfaxxar u l-ispulpjar ta’ l-istess karkassi. Il-middlemen u d-distributuri kienu jġibu magħhom diversi lavranti sabiex jgħinuhom. Hawnhekk kien ikun hemm kuntatt dirett ma’ ħaddiema oħra mpjegati tal-Biċċerija u kien hemm riskju kbir li xi ħadd minnhom joħroġ pożittiv għall-COVID-19 b’konsegwenza li ħaddiema tal-Biċċerija jintbagħtu f’kwarantina, u b’hekk kien ikollu jieqaf l-operat ta’ l-istess Biċċerija.
Għaldaqstant, bħala miżura sabhiex tiġi salvagwardjata l-Biċċerija Pubblika, ġie deċiż li terzi persuni ma jitħallewx jidħlu fis-swali tal-Biċċerija. Saru laqgħat mal-
middlemen
u d-distributuri fejn ġie spjegat lilhom il-proċess ta’ kif kienet ser titħaddem il-qatla taċ-ċanga u li is-servizz ta’ tqattieh u spulpjar seta jingħata mill-ħaddiema tal-Biċċerija stess.
Għal dan is-servizz, intalab ħlas li jkopri l-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema tal-biċċerija li qed joffru dan is-servizz, barra l-ħin uffiċjali tagħhom. Dan li ġej huwa eżempju tal-ispiża bbażata fuq il-ġimgħa li għaddiet:
Qatla taċ-ċanga: Total ta’ 64 bhima
· Tqattieh, spulpjar u tindif mix-xaħam: 7 karkassi bit- €30.00-il waħda b’total ta’ €210.00
· Tqattieh u tindif mix-xaħam: 57 karkassi bl-€20.00-il waħda b’total ta’ €1,140.00
Tqattieh, spulpjar u tindif mix-xaħam:Spiża totali: €1,350.00
Nixtieq inżid ukoll li s-sistema introdotta hija msejsa fuq prattiċi u linji gwida tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid il-kwota/permess tal-qbid ta' tonn, għal kemm żmien (numru ta' snin) jiswa dan il-permess/kwota?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota tat-tonn għat-63 bastiment bi kwota storika huma assenjati fuq bażi perpetwa. Il-kwota għall-bastimenti l-oħra, li huma dawk artiġjanali, hija allokata għal perjodu ta’ sentejn, bis-sena 2020 tkun l-aħħar sena.
Jista’ l-Minsitru jgħid meta:
a. Saret l-ewwel żieda (bħala żmien) fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn?
b. Fuq liema kriterji sar l-ewwel allokazzjoni tal-permessi ġodda tat-tonn?
c. Min huma l-persuni li ħadu allokazzjoni ta’ permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn sal-lum?; u
d. Ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-ismijiet tal-persuni li s’issa għandhom il-permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
a. Kif ġie infurmat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlarmenatari 13524, l-ewwel żieda fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn saret fl-istaġun 2019.
b. Kif ġie infurmat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlarmenatari 13524, l-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda sar fuq il-kriterji li ġejjin:
· L-impatt tal-irkaptu fuq l-ambjent, bl-allokazzjonijiet jingħataw biss lill-flotta tal-
long liners
;
· Il-qabdiet storiċi b’
long liners
tal-pixxispad fit-tliet snin preċedenti, liema staġuni tal-2017 u 2018 kienu miftuħa għal kull sajjied fuq deċiżjoni tal-amministrazzjoni preżenti;
· Il-fatt li s-Sajd hu d-dħul prinċipali tas-sidien tal-bastiment professjonali (MFAs);
· Il-fatt li l-bastiment jikkwalifika bħala
small-scale coastal vessel
taħt id-defenizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18/02.
ċ. Il-persuni li ħadu allokazzjoni ta’ permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn sal-lum huma kif elenkat fil-lista li qiegħed ngħaddilek b’mod personali
u
d. Nirreferi għall-lista mgħoddija b’mod personali msemmija f’punt “ċ”, li tinkludi d-dettalji mitluba.
Imġarr – Triq Buqana – directional signs mar-roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq Ta’ Buqana fejn il-vetturi jkunu qed jersqu lejn ir-roundabout li tagħti għall-Imġarr, lejn Triq ta’ Żejfa (Mosta) u lejn Triq San Pawl tal-Qliegħa (Mosta), ikun hemm directional signs permess ta’ vleġġa miżbugħa fl-art/triq biex is-sewwieqa jkun aktar faċli għalihom jifhmu u jieħdu l-lane skont jekk ikunux se jmorru l-Imġarr, Mosta jew San Pawl il-Baħar? Din il-proposta qed titressaq għaliex ħafna huma dawk li qed isibu diffikultajiet ikunu jafu liema lane iridu jieħdu minkejja l-informazzjoni li diġà qed tingħata bis-signs li hemm?
Response (BORG, IAN)
Il-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur.
Infrastructure Malta wettqet proġett b’investiment ta’ madwar €3.6 miljun biex wessgħet u bniet mill-ġdid Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, il-Mosta u l-Imġarr. Fost diversi titjib u faċiitajiet oħrajn li saru f’din it-triq permezz ta’ dan il-proġett, żdiedet korsija għall-vetturi mill-Imtarfa lejn il-Mosta u l-Imġarr, u korsija għar-roti ġdida b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess direzzjoni.
Filwaqt li kif indikat fil-mistoqsija stess diġà hemm diversi tabelli li jindikaw id-direzzjonijiet, fosthom tabelli kbar fil-għoli fuq it-triq, is-suġġeriment ser ikun qed jiġi studjat biex jitwettaq fiż-żmien li ġej.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li juri:
a. Kemm se jittieħdu raba f’kejl ta’ metri kwadri?
b. L-ismijiet tal-bdiewa?
c. Jekk ir-raba’ huwiex tal-Gvern jew tal-Privat?
d. Il-kumpens fi flus li se jitħallas lil kull bidwi/proprjetarju? u
e. Jgħid x’inhu n-numru ta’ siġar li se jinqagħlu f’dan il-proġett tas-Central Link?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13469 f’Seduta 311. L-artijiet inkwistjoni jinkludu kemm art pubblika kif ukoll art privata.
Benefiċċju soċjali lill-anzjani li qed jgħixu f’lukanda minflokk f’dar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk anzjani li jkunu qed jgħixu f’lukanda three star jew grad inqas minflok f’dar tal-anzjani, jistgħux japplikaw u jieħdu benefiċċju soċjali bħalma jkunu qed japplikaw għalihom anzjani li jkunu qed jgħixu f’dar tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif diġà weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 13411, il-benefiċċji u pensjonijiet kontributorji mhumiex marbutin ma’ test tal-mezzi, iżda marbuta biss ma jekk persuna tissodisfax l-ammont mitlub ta’ kontribuzzjonijet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa u/jew akkreditati.
Kull applikant li japplika għal xi tip ta’ benefiċċju ieħor li mhux kontributorju, ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-eleġibilità għal dawn il-benefiċċji mhux kontributorji tiġi determinata wara li jsir test tal-mezzi tal-persuna irrispettivament mill-eta’ tal-individwu u mir-residenza tal-individwu.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT, li llum huwa parti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, jinsab infurmat bil-mizuri li qed jidħlu fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu ma jmur skola minn Settembru 2019 u jara li jekk jista' jkun, dan it-tifel jerġa' jibda jmur l-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. Meta saret l-ewwel żieda (sena) fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn?
2. Fuq liema kriterji sar it-tqassim tal-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda tat-tonn? u
3. Fuq liema kriterji issa qed jerġgħu jsiru l-allokazzjoni mill-ġdid għall-permessi ġodda għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
1. L-ewwel żieda fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn saret fl-istaġun 2019.
2. It-tqassim tal-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda sar fuq il-kriterji li ġejjin:
· L-impatt tal-irkaptu fuq l-ambjent, bl-allokazzjonijiet jingħataw biss lill-flotta tal-
long liners
;
· Il-qabdiet storiċi b’
long liners
tal-pixxispad fit-tliet snin preċedenti, liema staġuni tal-2017 u 2018 kienu miftuħa għal kull sajjied fuq deċiżjoni tal-amministrazzjoni preżenti;
· Il-fatt li s-Sajd hu d-dħul prinċipali tas-sidien tal-bastiment professjonali (MFAs);
· Il-fatt li l-bastiment jikkwalifika bħala
small-scale coastal vessel
taħt id-definizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18/02.
3. Il-process fuq it-tqassim tal-kwoti l-godda għadu mhux konkluż, għaldaqstant l-informazzjoni dwar il-kriterji ta’ allokazzjoni tal-permessi ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Tonn – Rapport dwar l-investigazzjoni tal-iskandlu tal-bejgħ/trasferimenti ta’ qbid ta’ tonn
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport rigward x’kien l-eżitu tal-inkjesta u l-investigazzjoni li saret b’referenza lejn l-iskandlu tal-bejgħ/trasferimenti tal-kwoti ta’ qbid ta’ tonn eċċessiv li seħħ f’pajjiżna fl-aħħar snin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta għadha mhux konkluża u għaldaqstant ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir u jkun regolat rigward tat-tqassim ta’ permessi fil-kwota għall-qbid tat-tonn li qed isir fil-preżent, u li sar f’dawn l-aħħar 6 snin, skont id-direttivi u d-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea b’referenza lejn l-istess suġġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, mill-2013, segwa il-proċeduri tas-snin ta’ qabel, u kompla jipprovdi kwalunkwe kwota addizzjonali li ġiet lejn Malta lil dawk it-63 bastiment tas-sajd Malti li rrappurtaw ammonti storiċi ta’ Tonn żbarkat, qabel l-2009. Dawn il-bastimenti kienu dawk li rrappurtaw kwota żbarkata ta' tonn, u huma dawk il-bastimenti li ġabu l-kwota relattiva tat-Tonn lejn Malta.
Wara l-introduzzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru fl-2009, dawn il-bastimenti sofrew tnaqqis kbir fil-kwoti relattivi. Ghal dan ir-rigward l-għoti ta’ kwota lil dawn il-bastimenti dejjem ġie meqjus bħala radd lura sakemm il-kwota oriġinali tintlaħaq. Madankollu, fl-2019, wara bidliet fil-livell tal-ICCAT li kienu riflessi wkoll fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, fil-Pjan tas-Sajd ta’ Malta, ġew introdotti wkoll 52 bastiment tas-sajd artiġjanali.
Kull sena il-kwota ġiet mqassma wara diskussjonijiet mas-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi baqa’ x’jitqassmu f’termini wkoll ta’ piż li l-Ministru qed jipprepara li jqassam? Jista’ jgħid b’liema kriterji qed ikunu allokati dawn il-permessi u x’piż qed jinħaseb li jingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun 2020 hemm 390.44 tunnellata ta’ tonn x’titqassam u li l-process fuq it-tqassim tal-kwoti għadu mhux konkluż. Għaldaqstant l-informazzjoni dwar il-kriterji ta’ allokazzjoni tal-permessi ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta’ persuni bl-ID, il-lokalità tagħhom u b’kemm kwota f’piż li sal-lum għandhom il-permess għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ngħaddilek b’mod personali d-dokument bl-informazzjoni mitluba.
Mosta – xogħol bħala community gain minn stabbiliment
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12543, jista’ l-Ministru jgħid b’referenza għall-imsemmija community gain fil-komunità tal-Mosta, meta se jsir ix-xogħol li kien mistenni li jsir, u x’passi qed jieħdu l-awtoritajiet konċernati sabeix ikun żgurat li dak li kien imwiegħed li jsir, fir-realtà jsir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, il-permess oriġinali kien jitlob garanzija bankarja ta’ €15,000 sabiex l-iżviluppatur ikopri parti mill-ispejjeż għat-titjib tar-road junction bejn Triq Pantar, Triq il-Belt Valletta u r-roundabout fl-istess toroq.
Wara deċizjoni li ttieħdet fl-2015 mill-istess Awtorita’ sabiex it-
traffic signal junction
f’ Pantar Road/ Valletta Road jiġu mneħħija u terġa tiġi għall-użu oriġinali tagħha bħala
priority junction
. Għaldaqstant il-fondi depositati taħt il-garanżija bankarja ġew relokkati u saret il-kostruzzjoni ta’ bankina u
road markings
meħtieġa bejn id-dħul ta’ Pantar Road min Durumblat road sal-parti ta’ isfel ta’ Pantar Road.
Għajnuna finanzjara lill-bdiewa għal danni fis-serer
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12501 u ċjoè: B'referenza għall-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ippjana li joffri għall-bdiewa li soffrew danni fis-serer tagħhom, jista' l-Ministru:
a. jgħid kemm applikaw bdiewa għal din l-għajnuna;
b. jgħid mil-liema lokalità ġejjin dawn il-bdiewa;
c. jgħid meta kien (id-data) li daħlet l-aħħar applikazzjoni;
d. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-bdiewa li se jkunu mogħtija l-għajnuna u kemm se jkunu mogħtija l-flus dawn il-bdiewa; u
e. jgħid min huma l-bdiewa li applikaw għall-fondi u li ġie deċiż li ma jkunux mogħtija l-fondi mitluba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ammont ta’ applikazzjonijiet milqugħa kien ta’ mija u sittax (116), minn dawn il-lokalitajiet hekk kif ġej:
Birkirkara
Il-Qawra
Birżebbuġia
Il-Qrendi
Burmarrad
In-Naxxar
Għajnsielem
Ir-Rabat
Ħad-Dingli
Is-Siġġiewi
Ħal Għaxaq
Ix-Xewkija
Ħal Lija
Iż-Żejtun
Ħal Qormi
Iż-Żurrieq
Ħal Safi
Ta' Kercem
Ħaż-Żabbar
L-Imgarr
Ħaż-Żebbuġ
L-Imqabba
Il-Buskett
Ħal Luqa
Il-Gudja
Marsascala
Il-Mellieħa
San Ġwann
Il-Mosta
San Pawl il-Baħar
Victoria
Santa Luċija
L-aħħar applikazzjoni daħlet fil-31 ta’ Ottubru 2019, li kienet il-ġurnata li fiha għalaq iż-żmien ta’ meta wieħed seta’ japplika.
Qed ngħaddi l-lista ta’ bdiewa li ser ikunu mogħtija l-għajnuna flimkien ma’ l-ammonti ta’ kumpens eliġibbli li ser jingħata lilhom, b’mod personali lill-Interpellant.
Qed nghaddi b’mod personali wkoll il-lista ta’ bdiewa li applikaw għall-fondi u ma nstabux eliġibbli għal dan il-kumpens
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jindika kemm qed tittieħed rabà (f’kejl u fejn) biex isir il-proġett ta’ Central Link? Jista’ jgħid x’inhu l-kumpens li l-Gvern qed iħallas għar-rabà li qed jittieħed? Jista’ jgħid kemm se jinqalgħu siġar u fejn se jergħu jiġu transplanted?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li c-Central Link Project huwa investiment ta’ Infrastructure Malta biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu spazji aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali.
Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett li ilu tant mistenni bdew f’Jannar wara li l-pjanijiet tiegħu kienu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar u studjati mill-Kummissjoni Ewropea fl-2019. F’Novembru li għadda, dawn il-pjanijiet ġew approvati wkoll mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, li ċaħad talba minn xi għaqdiet u seba’ individwi biex jiġu revokati l-permessi tal-proġett. F’Diċembru, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili wkoll irrifjutat talba biex jinħareġ mandat t’inibizzjoni li saret mill-istess appellanti. Imbagħad fi Frar, kien hemm il-ħames konferma għal dan il-proġett, meta l-Qorti tal-Appell ċaħdet l-argumenti kollha li saru mill-istess organizzazzjonijiet u ftit individwi fl-appell li dawn għamlu biex iwaqqfu l-proġett.
Is-Central Link Project huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fost oħrajn, fil-pjanijiet oriġinali tal-2006 kien maħsub li tittieħed art mhux żviluppata għal triq ħafna aktar wiesa’, mill-inqas erba’ korsiji mhux tnejn biss kif qed isir permezz ta’ Central Link Project. Fl-istess waqt, il-pjan ta’ Infrastructure Malta jżid ukoll infrastruttura ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona.
It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea.
Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jiġu introdotti wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajji¿ u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti.
Ix-xogħlijiet bdew wara li tim t’esperti għamlu proċess ta’ ppjanar metikoluż, li kien jinkludi konsultazzjoni pubblika u studju komprensiv dwar l-impatt ambjentali. Dan l-istudju indipendenti janalizza l-benefiċċji u l-impatti li se jkollu l-proġett mhux biss fl-immedjat, imma wkoll f’terminu medju ta’ żmien u fit-tul. Wara li jikkunsidrati proposti differenti dwar kif jista’ jiġi mtejjeb in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż, l-istudju jidentifika l-pjan tas-Central Link Project bħala l-aħjar soluzzjoni biex ikun hemm titjib fil-kwalità tal-ajra, sostenibbiltà ambjentali kif ukoll biex jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar.
L-istudji xjentifiċi jikkonfermaw li jekk ma tiġix imtejba l-infrastruttura preżenti, il-problemi li ta’ kull jum qed jolqtu lil eluf ta’ persuni se jkomplu sejrin għall-agħar. Fil-fatt, skont dawn l-istudji, jekk ma tiġix imtejba s-sistema ta’ toroq e¿istenti fl-inħawi, biex tivvjaġġa mill-Imrieħel sa Ta’ Qali ddum sagħtejn u kwart litteralment iġġamjat fit-traffiku, b’veloċità ta’ 1.83km fis-siegħa. Fuq kollox dawn l-istudji juru li permezz ta’ Central Link Project, il-ħin tal-ivjaġġar se jonqos bin-nofs, anke meta tqis żidiet fid-domanda għat-trasport li jista’ jkun hemm fil-futur.
L-istudju dwar il-kwalità tal-arja li sar bħala parti mill-EIA, li huwa bbażat fuq monitoraġġ tal-arja li sar fl-2018 f’diversi nħawi matul ir-rotta, juri l-effetti ħ¿iena li din il-konġestjoni severa tħalli fl-arja tal-madwar. Kieku l-proġett ma jsirx, it-trab iswed fl-inħawi, inkluż f’Ħ’Attard u Ħal Balzan, jiżdied b’278% sal-2030. It-trab iswed u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-akbar ¿ewġ sorsi ta’ tniġġis ikkaġunat mill-emissjonijiet tal-karozzi. Bis-Central Link Project tkun eliminata l-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis fit-trab iswed sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%.
Il-pjanti finali tal-proġett sarilhom diversi titjib fuq id-disinnji oriġinali li kienu tħabbru fl-2018. It-triq b’żewġ korsiji li se tinbena fit-tarf ta’ Ħ’Attard biex tkun eliminata l-konġestjoni mill-qalba ta’ din il-lokalità issa tbiegħdet aktar mill-inħawi residenzjali. Din it-triq ġdida se taqdi l-istess funzjoni li kien se jkollha l-bypass b’erba’ korsiji li kienet tfasslet fl-2006, imma teħtieġ ħafna inqas art lilhinn mit-toroq eżistenti meta tqabbilha mal-ammont t’art meħtieġa kieku kellu jitwettaq il-pjan tal-2006. B’dan it-titjib, l-ammont ta’ art barra lilhinn mit-toroq eżistenti li se tittieħed naqas għal 46,800 metru kwadru. Din l-art tinkludi art agrikola u artijiet oħra mittiefsa li jintużaw għal raġunijiet oħra, fost oħrajn. Tagħrif dwar il-post eżatt ta’ fejn jinsabu dawn l-artijiet jista’ jinkiseb mill-pjanti tal-proġett, li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija 12905 li saret mill-istess Onor. Vassallo. Tagħrif dwar il-proċess t’esproprijazzjoni jew terminazzjoni ta’ kirjiet ta’ artijiet meħtieġa sabiex isir dan il-proġett jista’ jinkiseb mill-Awtorità tal-Artijiet, li tmexxi dawn l-istess proċeduri.
Meta dan il-proġett ikun lest, f'din iż-żona f’Birkirkara, ĦalBalzan u ĦAttard se jkollna mat-333 aktar siġar milli hemm illum. Dan ifisser li ser jitħawlu ħafna aktar siġar ġodda milli jeħtieġ jinqalgħu. Fil-fatt, sabiex isiru l-korsiji, bankini u l-itwal korsija għar-roti maqtugħa għaliha mit-triq f’Malta, dan il-proġett jeħtieġ li jitneħħew jew jittressqu f’postijiet oħra mal-455 siġra. Ħafna minn dawn is-siġar ser jitħawlu mill-ġdid fl-istess inħawi tal-proġett jew f’inħawi oħra fil-qrib. Ħafna siġar oħra huma speċi inva¿ivi mhux indiġeni. Fiż-żoni ġodda msebbħa bis-siġar u pjanti li Infrastructure Malta se toħloq permezz tal-proġett, se jitħawlu aktar minn 580 siġra indiġena ġdida. Fl-istess waqt, ħafna siġar ġodda oħra ser jitħawlu f’inħawi oħra f’dawn il-lokalitajiet u f’żoni oħra f’Malta. Fil-fatt din il-ħidma ta’ tħawwil ta’ siġar diġa bdiet is-sena li għaddiet biż-żieda ta’ 8,719-il siġra f’postijiet differenti f’Malta. Dis-sena Infrastructure Malta diġa ħawlet aktar minn 2,500 siġra ġdida f’postijiet oħra. Ħafna aktar se jitħawlu matul il-kumplament tas-sena.
Servizz ta’ carer/helper – refund mogħti fil-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13215 u jgħid meta dawk il-carers/helpers li jnaddfu d-djar ikunu bis-sick leave eċċ, u f’ċertu ċirkostanzi ma jkunx provdut reliever, għalfejn ir-refunds fil-pensjoni mhumiex qed jiġu mogħtija lura sabiex dan jagħmel tajjeb għall-ħlas nominali li jkun sar għas-servizz tal-carer/helper fi djar meta dan attwalment ma jkunx ingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li jibbenefikaw mis-servizz imsemmi iżda li għal xi raġuni tali servizz ma jingħatax, jingħataw rifużjoni lura fil-pensjoni tagħhom mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Ir-rifużjoni tkun tista’ tinħadem wara li d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, li jagħti s-servizz imsemmi, jibgħat l-listi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ dawk il-persuni li ma jkunux ibbenefikaw mis-servizz imsemmi, u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħti lura r-rifużjoni dovuta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jitħallas somma bħala car allowance, meta fl-istess waqt l-istess individwu qed juża vettura mikrija mill-istess entità fejn jaħdem, għall-użu personali, filwaqt li l-fuel li qed jintuża minn din il-vettura qed titħallas ukoll mill-istess entità?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-individwu indikat mill-Onorevoli interpellant jirċievi transport allowance. Infurmat ukoll li huwa juża l-karozza tal-entità b’mod ċirkustanzjali u b’rabta ma’ xogħol li jirrigwarda l-entità.
Applikazzjoni għal double yellow line quddiem garaxx — regolamenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li llum huma applikabbli għal min ikun irid japplika sabiex quddiem garaxx, minħabba d-djuq ta’ triq u għaliex it-triq tkun one way, ikun jeħtieġ id-double yellow line faċċata tal-garaxx?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linji gwida huma skont kif ippublikati fuq il-paġna eletronika ta’ Transport Malta. Dan id-dokument jinsab aċċessibli għal pubbliku u online, filwaqt qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra ‘screenshots’ tal-paġna indikata fil-website hawn taħt; https://www.transport.gov.mt/Policy-Guidance-TMRSD-OPERATING-PROCEDURE-Revised-June-2016.pdf-f1751
Referenza speċifika Chapter 5.3 Unimpeded Access to Garages.