Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha 11-il sena bolol (social security) imħallsa, baqgħet bla ma ħadet pensjoni? Jista’ jgħid x’inhi l-pożizzjoni ta’ din il-mara biex tkun tista’ tieħu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-talba għall-Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar tal-persuna msemmija ġiet miċħuda minħabba li ma ssodisfatx il-medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa sabiex tikkwalifika għall-pensjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14411 u jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minflokk €800 wage suppliment qed jieħu €664.56?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14411
Dar tal-Anzjani — ħaddiema li ma setgħux jaħdmu mid-dar - għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14412 u jgħid għaliex persuni li jaħdmu mal-Gvern f'Dar tal-Anzjani, meta kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom, u għax ħadu l-unpaid leave issa spiċċaw bla għajnuna biex jieħdu l-wage suppliment u peress li dawn il-persuni talbu l-għajnuna iżda ħadd ma offra soluzzjoni, jista' l-Ministru jara kif dawn il-ħaddiema li mix-xogħol tagħhom ma setgħux jagħmluh mid-dar u għalhekk spiċċaw jaħdmu mid-dar bħala ommijiet ma uliedhom u ma għandhom l-ebda għajnuna finanzjarja? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex inaqqas din l-inġustizzja u jgħid kif se tinsta soluzzjoni għal din il-problema ta' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-qasam tal-Anzjani, kien hemm b’kollox 5 ħaddiema li talbu l-għajnuna mid-Dipartiment tar-Riżorsi tal-post tax-xogħol tagħhom, minħabba li f’dawn l-aħħar xhur il-Gvern ħabbar l-għeluq tal-iskejjel bħala mi¿ura ta’ prekwazjoni kontra l-COVID-19. Filwaqt li ġew diskussi x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jiġu mgħejjuna dawn l-ħaddiema, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddej proċess biex kull każ jiġi indirizzat bl-aħjar mod possibli.
Malta Enterprise — wage suppliment għal chefs f'supermarkets
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage suppliment mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm sajjieda li meta applikaw għall-kwota tat-tonn ma ngħatawx din il-kwota? Jista’ jgħid jekk hemmx sajjieda li għadhom iridu japplikaw għal kwota ta’ tonn u l-Ministeru baqa’ jirrifjuta li jagħtihom il-kwota ta’ tonn? Jista’ jgħid kemm hemm sajjieda Maltin u Għawdxin li qed jilmentaw mal-Ministru li ma ngħatawx il-kwota ta’ tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li s-sena l-oħra ingħatat kwota tat-tonn lil aktar bastimenti tas-sajd, skont il-kriterji li ġew spjegati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13524, din is-sena, iż-żieda fil-kwota ta’ Malta, reġgħet ippermettiet li numru ieħor ta’ bastimenti ikollhom allokazzjoni ta’ kwota tat-tonn. Il-kriterji stipulati għal din is-sena huma:
· sajjieda
full-time
, jiġifieri b’bastimenti MFA, meqjusa żgħażagħ li għandhom l-età sa 41 sena u ma kienux qed jibbenefikaw diġà minn allokazzjoni ta’ kwota ta’ tonn; u
· bastimenti tas-sajd b’qabdiet konsiderevoli ta’ pixxispad fl-2019, u li ma kinux qed jibbenefikaw minn ebda allokazzjoni ta’ kwota ta’ tonn.
Għaldaqstant kull min ma ssodisfax il-kriterji hawn fuq imsemmija, ma setax jingħata kwota peress, li minkejja ż-żieda fil-kwota, din xorta mhux biżżejjed biex kull bastiment tas-sajd ikollu allokazzjoni ta’ kwota tat-tonn.
Ninsab infurmat li kien hemm diversi ilmenti li m’humiex kwantifikati, li madankollu ma kienux ġustifikati, peress li l-bastimenti tas-sajd konċernati ma jissodixfawx il-kriterji hawn fuq imsemmija.
San Pawl tal-Qlejgħa – Żona Tas- Sriedak — bankina
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi sabiex fiż-żona ta’ Tas-Sriedak limiti tal-Mosta, fejn qed issir bankina wiesgħa f’Triq San Pawl tal-Qlejgħa fuq in-naħa tas-siġar, in-naħa tar-raba’, dik il-bankina ma tibqax daqshekk wiesgħa għaliex fuq dik in-naħa tat-triq ma jimxux nies u meta qabel kien hemm spazju fejn jipparkjaw il-vetturi? Din it-talba qed issir f’isem ir-residenti peress li qed jaraw li qed issir bankina wiesgħa li qed tieħu l-ispazju ta’ fejn jistgħu jipparkjaw il-vetturi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li billi t-triq indikata fil-mistoqsija tinsab f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, l-għan tad-disinn ġdid huwa li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali.
Fil-fatt il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll.
It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iż-żona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom.
Id-disinn u l-iżvilupp tat-toroq irid isir dejjem bi ħsieb u b’għaqal, biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd – mhux biss ta’ min jivvjaġġa bil-vetturi, imma wkoll tar-residenti u persuni oħrajn li jużaw it-toroq b’mezzi u għal għanijiet differenti. Filwaqt li f’xi nħawi huwa diffiċli li tinħoloq infrastruttura li taqdi l-ħtiġijiet ta’ kulħadd, f’toroq oħrajn fejn hemm spazju adekwat, dan għandu jinqasam bl-aħjar mod biex inkomplu nagħmlu l-ivvjaġġar f’pajjiżna aktar sostenibbli.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14067, jista’ l-Ministru jara li mal-manutenzjoni fuq il-wiċċ tal-moll, issir ukoll manutenzjoni fuq is-sistema tal-elettriku li fil-preżent hija wkoll bil-ħsara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà aċċenajna fil-mistoqsija parlamentari 14067 tas-Seduta 325 fil-ġimgħat li ġejjin ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-wiċċ ta’ dan il-moll filwaqt fuq manutenzjoni fuq is-sistema tal-elettriku, il-Mistoqsijiet Parlamentari trid tagħddi għand il-Ministeru ikkonċernat.
Wara li fuq il-Mejda tal-Kamra tpoġġiet il-proposta tal-bdiewa tal-Magħtab, li juru l-pjanti ta’ spazju alternattiv fejn jistgħu jinbnew il-proġetti msemmija mill-Ministru responsabbli mill-Ambjent, jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex:
a) jara li ssir konsultazzjoni bejn il-bdiewa u l-Ministru Aaron Farrugia; u
b) jara li jsir kulma hu meħtieġ sabiex dawk il-proġetti jsiru fuq art fil-Magħtab sors li mhux raba’ u b’hekk il-Gvern ikun irnexxielu jagħmel il-proġetti bla ma jieħu raba’?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diskussjoni dwar il-pjan tal-Gvern għall-impjanti ġodda fl-inħawi tal-Magħtab saret diversi drabi fil-livell ta’ Kabinett.
Dan wassal biex l-ammont ta’ art li se tittieħed tinżel b’mod drastiku minn 279,000 metru kwadru għal 82,000 metru kwadru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Ministru Aaron Farrugia bil-ħsieb li ssir pressjoni jew kuntatt għal fini ta’ diskussjoni sabiex fil-proġett tal-landfill tal-Magħtab ma titkompliex tittieħed raba’ li hija maħduma mill-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ14648.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14159, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Kemm huma u liema huma d-dipartimenti kkonċernati li huma mistennija li jirċievu notifiċi għal prodotti ta’ ħxejjex, pjanti, mediċina, u kull prodott ieħor li b’regolamenti tal-UE, jimporta lejn pajjiżna minn pajjiżi terzi għall-UE, u
b) Kemm huma u liema huma d-dipartimenti kkonċernati li huma mistennija li jirċievu notifiċi kif mitlub mil-liġijiet tagħna u kif titlob l-UE meta pajjiżna jkunu ser jiġu importati, u trasportati prodotti tal-laħam, jew prodotti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-mistoqsija (a) Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, fi ħdan id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, jirċievi notifiki fuq pjanti w materjal ieħor tal-pjanti.
Għall-istess mistoqsija, d-Dipartiment għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali jirċievi dokumenti għal approvazzjoni fil-każ ta’ importazzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ mediċina veterinarja.
Għall-mistoqsija (b), d-Dipartiment għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali u Dipartimenti/Awtoritajiet Kompetenti oħrajn jirċievu notifiċi kif mitlub mill-liġijiet tagħna u kif titlob l-UE meta f’pajjiżna jkunu ser jiġu importati, u trasportati prodotti tal-laħam, jew prodotti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-annimali
.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar kemm huma dawk is-sajjieda u min huma, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, li qed jistadu għat-tonn mhux bil-kwota iżda by catch? Jista’ jgħid għaliex dawn is-sajjieda ma ngħatawx il-kwota tat-tonn? Jista’ jgħid ukoll meta dawn is-sajjieda jistgħu jingħataw il-kwota għas-sajd tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma teżistix, minħabba l-fatt li t-tonn li jinqabad bħala by-catch, jinqabad b’mod aċċidentali waqt sajd għal ħut ieħor. Għaldaqstant dawn il-qabdiet jistgħu jiġu rrapportati biss b’mod retrospettiv.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, s'issa għadha ma waslitlux iż-żieda fil-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li, l-pensjoni tal-individwu msemmi fil-fatt kienet ġiet riveduta u bis-saħħa ta’ hekk għandu jirċievi pensjoni b’rata miżjuda u bl-arretrati dovuta mal-pagament tal-pensjoni li jmissu jirċievi fis-16 ta’ Mejju li ġej.
Dar tal-Anzjani — ħaddiema li ma setgħux jaħdmu mid-dar - għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni li jaħdmu mal-Gvern f'Dar tal-Anzjani, meta kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom, u għax ħadu l-unpaid leave issa spiċċaw bla għajnuna biex jieħdu l-wage suppliment u peress li dawn il-persuni talbu l-għajnuna iżda ħadd ma offra soluzzjoni, jista' l-Ministru jara kif dawn il-ħaddiema li mix-xogħol tagħhom ma setgħux jagħmluh mid-dar u għalhekk spiċċaw jaħdmu mid-dar bħala ommijiet ma uliedhom u ma għandhom l-ebda għajnuna finanzjarja? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex inaqqas din l-inġustizzja u jgħid kif se tinsta soluzzjoni għal din il-problema ta' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u l-ispecification ta’ kull binja/proġett li l-istess Ministru ħabbar li ser jibni fuq ir-raba’ li ser jieħu fil-limiti tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor Interpellant li specifciations u pjanti dettaljati huma suggett kemm tal-process tal-procurement kif ukoll ta’ studji ohra li qed isiru. L-aktar process li hu avvanzat u dak tal-Waste-to-Energy fejn kemm il-process tal-procurement, kif ukoll dak tal-istudji ambjentali huma f'livell avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’studji saru sabiex ikun determinat jekk fil-landfill tal-Magħtab, f’żona fejn hemm ir-radam, jekk ikun mibni fuq l-istess radam? Jista’ kemm-il darba sar dan l-istudju, jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Gvern jikkonferma illi qabel ma ġie rivedut il-pjan tal-esproprijazzjoni li wassal għal medda ferm inqas ta’ art, saru żewġ studji. Iż-żewġ studji saru rispettivament mill-kumpaniji SLR u COWI. Dan sar biex isir l-iktar użu propizju tal-art in kwistjoni. L-istudji jikkonkludu b’mod ċar li l-iżvilupp meħtieġ ma jistax isir fuq il-miżbliet eżistenti kif juri d-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mosta — Triq Patri Ġuże Delia - arbli ta' dawl tat-toroq fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li fi Triq Patri Ġuże Delia, fil-Mosta f'żona taż-Żokrija, fi triq li qed tkun iffurmata, ikun hemm spazju għall-arbli ta' dawl tat-toroq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
It-triq indikata hija fost it-toroq residenzjali fil-Mosta li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħala parti minn dan il-programm ta’ ħidma. Fi Triq Patri Ġuże Delia, il-kuntratturi qed jibnu t-triq b’infrastruttura ġdida, inklu¿ servizzi taħt l-art, bankini u faċilitajiet oħra għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw minnha. Nassigura lill-Onorevoli membru li f’din it-triq hemm spazju għall-arbli tad-dawl.
Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13832 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara li hemm fil-Moll tal-Veċċa f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-wiċċ ta’ dan il-moll.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13833 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi sabiex jara li jkun hemm sorveljanza fuq il-mollijiet f’Malta sabiex jara li fil-mollijiet jingħataw l-aħjar servizzi possibbli qabel ma jibda l-istaġun tas-sajd?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Nitolbu jindika x’tip ta’ servizzi qiegħed jirreferi u lokalità. L-Awtorità ta’ Transport f’Malta tagħmel xogħol ta’ mannutenzjoni neċċessarja fuq mollijiet kif ukoll it-taqsima tal-infurzar mal-kumplimentari tal-forzi ta’ l-ordni l-oħra tagħmel spezzjonijiet biex tara li l-mollijiet fejn isir żbark, imbark, ħatt u tgħabbija, jinżammu liberi u jintużaw biss meta u kif neċċessarju.