B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15016, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa fi flus kull direct order li ngħatat mill-Wasteserv f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet parlamentari li rreferejt għalihom fir-risposta għall-mistoqsija 15016 jinkludu wkoll dettall dwar kemm swiet fi flus kull direct order li ngħatat mill-Wasteserv. B’żieda ma’ dan qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm kienu jiswew it-tnax-il direct order li ngħataw bejn l-aħħar t’Ottubru 2019 u Mejju 2020.
Peress li l-azjendi ta’ tattooists għandhom diġà regolamenti ta’ iġjene li l-ebda stabbiliment ieħor miftuħ għan-negozju m’għandu, u għaldaqstant ladarba negozji oħra bħal gyms, beauticians eċċ ġew mogħtija permess li jiftħu, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa f’dan ir-rigward jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex s’issa l-azjendi tat-tattooists ma’ ġewx miftuħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tattooists minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju setaw jiftħu.
proċedura ta' oġġezzjoni fuq stima ta' perit tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15009, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li persuna għandha, kemm-il darba toġġezzjona għal deċiżjoni tal-perit tal-Gvern fil-mument li jkun qed jagħti stima għall-ħlas ta' taxxa tas-suċċessjoni fuq proprjetà li tkun wirtet jew li tkun għaddiet għandha kif preżentament qiegħda bil-liġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk xi persuna toġġezzjona għal deċiżjoni tal-perit tal-Gvern, hi tista’ tapplika għand il-Kummissarju tat-Taxxi għal revoka jew għal reviżjoni tal-istima bil-miktub fejn jiġi speċifikat ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-Kummissarju dwar l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas, il-persuna tista’ tagħmel appell lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. Dan skont Artikoli 56 u 58, Kapitolu 364 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att Dwar it-Taxxa Fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet paralmentari 14181 u 14821 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li Wasteserv għamlet mal-kuntratturi għax-xogħol ta’ tqattieħ kif ukoll għax-xogħol biex jitneħħa l-materjal.
Attachments:Addendum 1 to Contract 2001.2012.pdfAddendum 2 to CT 2001.2012.pdfAddendum 3 to Contract Agreement CT 2001.2012.pdf57. Contract WSM143.2018 Ballut Part 1.pdf57. Contract WSM143.2018 Ballut Part 2.pdf57. Contract WSM143.2018 TC Ciappara Part 2.pdf57. Contract WSM143.2018 TC Ciappara.pdfSigned Contract WSM 249.2019 Ballut.pdfSigned Contract WSM 249.2019 T C Ciappara.pdf
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni eleġibbli għal benefiċċju soċjali – kont il-bank
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kemm-il darba persuna tkun eleġibbli għal benefiċċju soċjali, tibqa’ ma jkollhiex kont tal-bank?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jippreferi li kull pagament li jinħareġ ikun depożitat f’kont bankarju, jekk persuna ma jkollhiex kont bankarju f’isimha, xorta waħda titħallas b’ċekk, sakemm is-security paper taċ-ċekkijiet tkun għadha fis-suq bi prezz raġonevoli.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkompli jħeġġeġ biex kull persuna titħallas f’kont bankarju minħabba diversi vantaġġi, fosthom aċċess immedjat permezz tal-magni ATM f’kull ħin tal-ġurnata, iffrankar ta’ kjuwijiet biex jissarraf iċ-ċekk u aktar minn hekk, sigurtà kontra serq u frodi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li fiċ-Ċimiterju tal-Mosta jsir il-manutenzjoni li kienet ippjanata li ssir biex tinbidel ir-rampa li tinsab wara l-kappella? Jista’ jikkunsidra li dan iċ-Ċimiterju jingħata l-isem ta’ Ċimiterju Ragħaj it-Tajjeb?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġa ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorita` tal-Ippjanar sabiex tittranġa r-rampa ta’ wara l-kappella fiċ-ċimiterju tal-Mosta. Bħalissa d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għaddej fil-proċess li jirċievi l-kwotazzjonijiet sabiex ix-xogħolijiet neċessarji jkunu jistaw isiru.
Ħlas lill-periti għall-proprjetà li tkun tidher fuq kuntratti ta’ suċċessjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu u min huma l-periti li jagħtu stima f’isem il-Gvern għall-proprjetà li tkun tidher fost l-oħrajn fuq kuntratti ta’ suċċessjoni f’dawn l-aħħar tliet snin u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-ħlas li l-Gvern iħallas lil dawn il-periti għal kull sena ħidma għal kull perit imsemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-periti li jagħtu stima f’isem il-Gvern għall-proprjeta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, dawn ma jingħatawx salarju fiss, iżda jitħallsu għal kull spezzjoni li jagħmlu. Il-ħlas huwa ta’ €25 (inkluz il-VAT) għal kull spezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet id-deċiżjoni li l-kwota tal-qbid ta’ tonn tingħata lill-persuni li għandhom sal-41 sena? Jista’ jgħid jekk huwa hux qed iżomm lista ta’ persuni li qed jilmentaw u jappellaw li huma għandhom ikunu wkoll ikkunsidrati biex japplikaw għal kwota ta’ tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li l-kwota tal-qbid ta’ tonn tingħata lill-persuni li għandhom sa 41 sena, kienet waħda politika. Din id-deċiżjoni ittieħdet wara diskussjonijiet fi ħdan il-Ministeru, flimkien mad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura u konsultazzjoni mal-Koperattivi tas-Sajjieda. Ninsab infurmat li d-Dipartiment mhux qed iżomm il-lista tal-persuni msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir reviżjoni fil-pjanti tal-proġett li qed isir fil-Mosta fi Triq San Pawl tal-Qliegħa peress li r-residenti qed jilmentaw li l-bankini ġodda, wiesgħa li saru qed jieħdu post il-ftit spazju li kien hemm ta’ parkeġġ? Ir-residenti qed jilmentaw li bil-mod ta’ kif qed isiru l-bankini issa djieqet il-carriage way u naqsu għal kollox il-parking spaces, għaldaqstant, fuq dawn l-ilmenti jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi meħtieġa f’dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14646 u nifhem it-tħassib tar-residenti, nerġa’ nispjega li t-triq indikata kienet ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tat-triq lanqas biss kien hemm bankini, u għalhekk kien jeħtieġ li tigi ddisinjata mill-ġdid biex fost titjib ieħor isiru bankini fuq iż-żewġ naħat.
Intenni li l-pjan ta’ titjib għal din iż-żona, li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. L-iżvilupp tat-toroq irid isir dejjem b’mod li jiġu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd u, fejn l-ispazju jkun jippermetti, jiġu moqdijin il-ħtiġijiet ta’ kull min jagħmel u¿u mit-toroq b’mezzi u għal għanijiet differenti.
In-Naxxar — bini ta' ground ta' football fil-limiti tal-kamra tan-nar ta' Ħal Lija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14824 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-permess ta' żvilupp li nħareġ f'dawn l-aħħar ġimgħat biex jinbena football ground fil-limiti tan-Naxxar u li hemm f'distanza kif preskritta mil-liġi tal-kmamar tan-nar, jekk dan il-bini ta' ground hux se jippreġudika jew jipperikolax il-ħidma tal-kamra tan-nar ta' Ħal Lija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Wasteserv – ħlas lil kuntratturi għal tħaffir ta’ blat
Question
jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13869 u 14822 u jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Wasteserv lill-kuntratturi li qed iħaffru l-blat minn dik li fil-preżent hija ħofra/barriera u li maż-żmien se tintuża biex tkun landfill? Jista’ jagħti l-ħlas li ngħata fl-aħħar tliet snin, separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14823 jgħid fl-aħħar ħames snin, kemm-il direct order ingħataw mill-WasteServ u lil min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet diġà fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-predeċessur tiegħi wieġeb il-Mistoqsijiet Parlamentari 7810, 9112 u 11781. B’żieda ma’ dawn it-tweġibiet, ngħarrfu wkoll li bejn l-aħħar t’Ottubru 2019 u Mejju 2020, il-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. tat tnax-il direct order lill-kumpaniji li ġejjin:
C&V Polymers Ltd.
Triton Engineering Ltd.
MITA
La Cava Operations Ltd.
Frigo Mekanik
Gozo Channel
PC Options Ltd.
E-Cubed Consultants Ltd.
Red Orange Image Consultants Ltd.
Enemalta plc
Envea SPA
Falzon Fuel Services
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
Jista'' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14181 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata seduta ohra.
Wasteserv – ħlas lil kuntratturi għal tħaffir ta’ blat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13869 u jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Wasteserv lill-kuntratturi li qed iħaffru l-blat minn dik li fil-preżent hija ħofra/barriera u li maż-żmien se tintuża biex tkun landfill? Jista’ jagħti l-ħlas li ngħata fl-aħħar tliet snin, separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f'seduta ohra.
In-Naxxar — bini ta' ground ta' football fil-limiti tal-kamra tan-nar ta' Ħal Lija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess ta' żvilupp li nħareġ f'dawn l-aħħar ġimgħat biex jinbena football ground fil-limiti tan-Naxxar u li hemm f'distanza kif preskritta mil-liġi tal-kmamar tan-nar, jekk dan il-bini ta' ground hux se jippreġudika jew jipperikolax il-ħidma tal-kamra tan-nar ta' Ħal Lija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk talabx li ssir konsultazzjoni bejn il-bdiewa u l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u jistax jgħid jekk wara li l-bdiewa tal-Magħtab offrew alternattiva għal siti ta' spazzju fejn hemm art li mhux raba', jgħid jekk talabx lill-Ministru jagħmel l-istudji fuq l-art imsemmija sabiex finalment tkun ikkunsidrata bħala art alternattiva għall-proġetti ta' riċiklaġġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diskussjoni dwar il-pjan tal-Gvern għall-impjanti ġodda fl-inħawi tal-Magħtab saret diversi drabi fil-livell ta’ Kabinett.
Dan wassal biex l-ammont ta’ art li se tittieħed tinżel b’mod drastiku minn 279,000 metru kwadru għal 82,000 metru kwadru.
L-investiment se jkun qiegħed jara li l-iskart f’pajjiżna ma jibqgħax jintrema’ fil-landfill u allura se jkun qiegħed iwassal biex ma nibqgħux nistrieħu fuq it-teħid ta' art agrikola bħala l unika soluzzjoni għal-ġejjieni.
Is-sit li ntgħażel huwa l-aqwa għażla skond diversi kunsiderazzjonijiet, anke għaliex se jkun qed jicentralizza l-ħidma tal-WasteServ u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-impjanti jikkumplimentaw lil xulxin b diversi modi. Li kieku kellhom jitferrxu tintilef l effiċjenza, jiżdiedu l impatti ambjentali, u saħansitra jiżdied it teħid ta art minħabba l bżonn ta aktar toroq u faċilitajiet anċillari.
Is-siti alternattivi identifikati mill-Opożizzjoni huma siti fejn jew hemm siġar protetti, jew dak inkella dak li jisejjaħ garigue u fl-istess ħin jinsab viċin ħafna tal-kosta, jew inkella sit ieħor fuq l-landfill stess magħrufa taż-Żwejra, fejn studji minn esperti jisħqu li dan ikun perikoluż ħafna għall-impjanti għaliex fost l-oħrajn il-pedamenti mhux sodi barra l potenzjal ta ħsarat ambjentali katastrofiċi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14159, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra , kemm il-notifika rċieva d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti f’dawn l-aħħar tliet snin dwar prodotti li huma rregolati u għaldaqstant tkun meħtieġa li ssir spezzjoni fuqhom fil-mument li jkun ser isir importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi terzi għall-Unjoni Ewropea u fil-mument li jkun ser isir trasportazzjoni ta’ prodotti lejn Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, fi ħdan id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, rċieva dawn in-notifiki f’dawn l-aħħar tliet snin dwar prodotti impurtati min pajjiżi terzi u li huma rregolati u għaldaqstant tkun meħtieġa li ssir spezzjoni:
- 2017 = 247
- 2018 = 283
- 2019 = 304
Fl-2020, sa’ l-aħħar t’April, saru 125-il notifika.
Fir-rigward ta’ pjanti u prodotti oħra lejn Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni qed tingħata minn statistika maħruġa mis-sistema tal-INTRASTAT li bdiet tintuża mis-sena 2019. Fl-2019, ġew ivverifikati 6997 notifika ta’ pjanti u prodotti oħra f’din is-sistema. Dawn jirreferu għal oġġetti regolati kif ukoll dawk li mhumiex regolati u li ma jeħtieġux spezzjoni obligatorja.
Fis-sena 2020, sa’ l-aħħar t’April, ġew ivverifikati 1389-il notifika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kummenti tiegħu, għall-proposti tal-bdiewa tal-Magħtab li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-11 ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid jekk iddiskutiex u x’konsultazzjoni kellu mal-bdiewa hu bħala Ministru wara li l-bdiewa resqu dawn il-proposti? Jista’ jgħid jekk hux ser jilqa’ l-proposti tal-bdiewa li juru spazju alternattiv fejn jistgħu jsiru l-proġetti ta’ riċiklaġġ mingħajr ma tittieħed raba’?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Istqarrija ghall-Istampa PR20068 tal-15/04/2020 kif ukoll għat-twegibiet li jiena tajt ghal diversi Mistoqsijiet Parlamentari li saru, fosthom 13069, 13297, 13298, 13362, 13686, 13767, 13837, 13838, 13870, 14093, 14094, 14095, 14182, 14183 u 14503. Nirreferi wkoll għall-Istqarrija maħruġa iktar kmieni illum mill-WasteServ u li tagħha qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Sadanittant irrid nisħaq li għal dan il-Gvern il-bidwi u l-biedja għandhom rwol importanti u huwa għalhekk li għalina il-bdiewa tal-Magħtab kienu u għad huma stakeholder importanti. Huwa għalhekk ukoll li jien intenni l-impenn sħiħ tiegħi u tal-Gvern sabiex naraw li l-ebda art agrikola ma ttieħed sakemm din ma tkunx assolutament meħtieġa. Kien propju f’dan il-kuntest li wara li saru diskussjonijiet twal, anke mal-bdiewa, instab metodu kif l-art li ser tittieħed għal proġetti tal-iskart titnaqqas b’mod qawwi. Nenfazizza li din l-art ser tintuża biex jinbnew impjanti li ser iwasslu lill-pajjiż f’livell ferm iżjed effiċjenti fl-immaniġġjar tal-iskart fil-waqt li nersqu iktar lejn l-kunċett ta’ ekonomija ċirkolari. Dan imbagħad ser inaqqas il-ħtieġa li nibqgħu nistrieħu fuq il-miżbliet ghall-iskart li jiġġenera l-pajjiż. Nixtieq finalment inserrah ras l-Onor. Interpellant li l-Gvern qies sewwa l-affarijiet qabel ma ddeċieda. Il-fatt huwa li meta wieħed jixtarr u jeżamina bir-reqqa l-elementi kollha, inkluż l-elementi ambjentali, restrizzjonijiet fiżiċi, materji logisitici u ta’ ingenereija kif ukoll it-tempistika, il-pjan finali maghzul mill-Gvern huwa l-ahjar bilanc fis-sitwazzjoni.