Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16055, tista' l-Minsitru tgħid u tagħti tweġiba permezz ta' lista ta' ismijiet ta' entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm swew u kemm tħallsu għal xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u dawn ir-risposti jingħataw għal perjodu ta' 2015 - 2020?
Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċeduri f'dawn l-aħħar sentejn pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos biex jitpoġġew l-imwejjed u siġġijiet li b'dan il-mod ħa l-ispazju għal-logħob tal-boċċi? Jista' jgħid f'dawn l-aħħar sentejn liema pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos parzjalment jew l-ispazju kollu?
Jista' l-Ministru jgħid x'riformi se jibdew jitħaddmu fil-Pitkalija? X'għan għandhom u x'inhu l-proċess tal-introduzzjoni ta' dawn ir-riformi?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Pitkalija se tibda riforma li se tolqot diversi proċessi. Fosthom, se jiġu introdotti linji gwida fuq l-ippakkeġjar tal-kaxxi minn naħa tal-bdiewa kif ukoll se tiddaħħal sistema' ġdida ta' labelling u sistema ċentrali tal-IT. L-għanijiet ta' din ir-riforma huma li titjieb il-kwalita' tal-prodott, li jkun hemm aktar trasparenza fuq it-transazzjonijet kollha li jsiru ġewwa l-Pitkalija, li jkun hemm immaniġjar aħjar tal-istokk sabiex titnaqqas il-ħela’, u li jkun hemm proċessi u servizzi aktar effiċjenti u trasparenti. Dan għall-benefiċċju tal-bidwi, tal-pitkal, tax-xerrej u tal-konsumatur.
Bħalissa r-riforma qiegħda fil-perjodu ta' konsultazzjoni.
Lejn l-aħħar tas-sena ser jibda l-proġett pilota sabiex is-sena d-dieħla r-riforma tiġi implimentata fil-Pitkalija kollha.
Jista l-Ministru jikkunsidra li lill-anzjani jingħatalhom servizz tal-internet b'xejn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paul, jipprovdu wifi bla ħlas fiż-żoni komuni għal kulħadd fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u f’kul dayroom tas-swali u l-btieħi tar-Residenza San Vinċenz de Paule.
Id-Djar tal-Anzjani tal-Knisja ukoll huma mgħammra b’wifi bla ħlas fiż-żoni komuni. Id-Djar Privati li l-Gvern għandu ftehim magħhom, ukoll huma mgħammra b’wifi li jista’ jintuża minn kulħadd.
Finalment, ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għadu kemm ħareġ skema li biha l-kartanzjan tista’ ukoll tintuża biex l-anzjani kollha, inkluż dawk fil-kommunita’, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi offerti u sussidju fuq diversi servizzi offruti. Dan jinkludi servizzi ta’ operaturi li joffru is-servizz tal-internet. Madankollu, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi offrut ukoll internet b’xejn f’kull Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, fejn l-anzjani li jiffrekwentaw dawn iċ-Ċentri, ikollhom ukoll aċċess għall-internet matul il-ħin li jqattgħu f’dawn iċ-Ċentri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-bdiewa li tħallsu għall-ispiża minħabba l-ħsara li kien għamel il-maltemp fis-serer tagħhom u jekk il-ħlasijiet imwiegħda kinux saru? Jista’ jgħid x’kien it-total tal-ispiża li tħallset lil dawn il-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm 106-il benefiċjarju li ffirmaw kuntratt sabiex jingħataw kumpens taħt din l-iskema. L-ammont totali tal-għotja huwa ta’ € 506,893.52.
Sal-lum 16 ta’ Lulju 2020, 48 benefiċjarju tħallsu b’kollox €104,287.44. 14-il benefiċjarju ieħor ser jinħarġulhom pagamenti fil-ġimgħa li ġejja, pagamenti li jammontaw għal total ta’ € 53,448.62.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru ħlasijiet mill-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur kif ukoll mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-entitajiet tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet? Tista’ tgħid kemm tħallsu xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u min kienu dawn l-entitajiet kummerċjali tal-catering li bejn l-2015 u l-2020 biegħu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru u lill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika t-talba tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders għall-konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020? Tista’ tgħid ukoll x’kienet l-ispiża ta’ dawn id-direct orders u lil min ingħataw? Tista’ tgħid għal liema konsulenza ingħataw dawn id-direct orders u fuq liema kriterju ntgħażlu l-persuni li ġew mogħtija dawn id-direct orders?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq l-istallazzjoni ta’ lift fi blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tali installazzjoni kellha tkun iffinanzjata minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett hu wieħed mill-blokki tal-akkomodazzjoni soċjali li qiegħed isir ix-xogħol ta’ bini u tishbieħ fihom permezz ta’ tender CT3075/2019 li ġie assenjat lill-kuntrattur riċentament. Ix-xogħol f’dan il-blokk huwa ppjanat li jinbeda fl-aħħar kwart tal-2020.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsir ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-tined ta’ żwiemel tal-karrozzini li hemm madwar il-Belt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda tieħu l-passi meħtieġa sabiex jissewwew numru ta’ tined tal-karrozzini li saritilhom ħsara fuqhom xi ftit tax-xhur ilu, uħud minnhom waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ tiżbieħ tal-bankini madwar il-Belt. Ix-xogħol ta’ tiswija huwa mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Użu ta’ żwiemel tal-karrozzini f’temperaturi għoljin
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ż-żwiemel tal-karrozzini ma jkunux jistgħu jintużaw għax-xogħol tal-karrozzini skont meta jkun hemm temperaturi ta’ kesħa u ta’ sħana eċċessiva u li tali temperaturi jkun hemm qbil fuqha bejn il-partijiet kollha konċernati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tal-użu taż-żwiemel tal-karrozzini hija rregolata taħt l-Avviż Legali 161 tal-2019, fejn jistabilixxu wkoll il-projbizzjoni ta’ l-użu f’ħinijiet matul ċertu perjodu tas-sena. Id-Direttort għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jissorvelja l-konformità ma’ dawn ir-regolamenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li huma fuq il-kotba tal-Vitals u Stewards? Jista’ jgħid kemm kienu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li fl-aħħar tliet snin reġgħu ġew trasferiti fuq il-kotba tal-Gvern Malti fejn oriġinarjament kienu ħaddiema mħallsa minn dak li kellu jkun is-sid ta’ Karin Grech u l-Isptar St Lukes?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm 89 impjegat irreġistrat fuq il-kotba ta’ Steward Healthcare u jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li fl-isptar Karen Grech hemm 185. Kien hemm 5 ħaddiema fl-isptar Ġenerali t’Għawdex u 40 oħra f’Karen Grech li reġgħu ġew transferiti minn fuq il-kotba ta’ Steward Healthcare għas-servizz pubbliku.
Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mal-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li oriġinarjament kienu jaħdmu fil-qasam turistiku u issa qed jitħallsu mill-Gvern Malti biex ikunu għajnuna għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid f’liema kunsilli lokali qed jaħdmu dawn il-ħaddiema barranin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fil-Mosta jkun hemm ukoll il-possibilità ta' tagħlim tal-biżżilla, permezz tal-iskema tal-life long learning u dan minkejja li għal xi raġuni l-kunsill lokali tal-Mosta naqas milli japplikagħal parteċipazzjoni f'din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija l-għażla tal-Kunsill Lokali liema korsijiet jixtieq li jingħataw fil-lokalità tiegħu permezz tal-ftehim mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Min-naħa tiegħu, id-Direttorat jagħti korsijiet f’diversi crafts, inkluż fil-bizzilla, fiċ-ċentri amministrati minnu madwar Malta u Għawdex. Id-Direttorat jibqa’ dejjem kommess li jipprova jaqdi l-ħtiġijiet tal-komunità.
Jista' l-Ministru jara li bħalma ma qed issir attività ta' sponsoring għall-attività kummerċjali fil-Belt Valletta, jkun hawn ukoll attività mill-MTA u l-Ministeru għat-Turiżmu sabiex tippromwovi l-attività kummerċjali f'Marsaskala u lokalitjiet oħra u nassiguraw li kull lokalità tkun promossa għan-negozji ta' restorants li joffru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huma konxju li l-Belt Valletta kienet l-iktar parti ta’ Malta li ġiet affetwata ħażin min nuqqas ta’ turiżmu. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li jiġu organizzati ċertu attivitajiet biex nerġgħu inqajjmu l-Belt Kapitali. Il-Gvern ser jintervjeni fejn jinħass li dan huwa meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid b'rigward il-dry standing area fejn dgħajjes jitilgħu fuq l-art għall-kenn fix-Xlendi, min se jkun eleġibbli biex jkun jista' jqiegħed id-dgħajjes fiha? Xi proċeduri qed isegwi l-Ministeru u x'sejħa pubblika qed jagħmel il-Ministru biex ikun konxju ta' min għandu interess juża din id-dry standing area?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dry standing area fix-Xlendi hi ntenzjonata primarjament għas-sajjieda biex ikunu jistgħu jsewwu u/jew jagħmlu manutenzjoni lid-dgħajjes tagħhom. Bħalissa l-Ministeru qed jilqgħa applikazzjonijiet mingħand dawk li huma nteressati li jużaw din id-dry standing area.
Malta Enterprise — Wage suppliment għal chefs f'supermarkets
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14683 u 15396 u u jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage supplement mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-wage supplement ġiet mniehdija biex jiġu megħjuna dawk in-negozji li l-aktar ġew milquta bl-imxija tal-Covid 19. Supermarkets huwa settur li domanda żdietet meta fil-fatt ristoranti kienu magħluqin bil-legal notice maħruġa mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jieħu deċiżjoni sabiex tender għal għalqa fil-Mistra li l-avviż għall-offerta huwa Advert 64 li ħarġet għall-offerta bl-inqas prezz ta' €2,300 tkun revokata sabiex din l-għalqa ma tibqax fis-suq bil-prezz ta' €2,300, peress li huwa għoli wisq biex tkun mixtrija mill-bdiewa? Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern sabiex jara li r-raba' tal-Gvern li jitpoġġew għall-offerti, ma jibqgħux jitpoġġew fis-suq b'prezz li jagħmluha impossibbli li r-raba' tinxtara mill-bdiewa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istimi u l-valutazzjonijiet isiru minn periti mqabbda mill-Awtorità, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kap 573 tal-ligijiet ta’ Malta.
Benefiċċju għal persuni li jgħixu waħidhom jew f'lukanda
Question
B'referenza għall-għajnuna tal-Gvern lil persuni li jgħixu waħidhom u f'każ ta' din il-persuna jgħixu ġo lukanda 3 star, jista' l-Ministru jara x'għajnuna jista' jingħata lil dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex ikun jista'jgawdi mill-benefiċċju għall-persuni li jgħixu f'kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema li permezz tagħha jingħata benefiċċju fuq il-kera mħallsa fuq residenzi li huma proprjeta’ tal-privat, ma tkoprix kirjiet f’lukandi. Idealment dan l-individwu għandu jiġi assistit sabiex isib residenza aktar stabbli biex b’hekk ikun jista’ jibbenefika mill-benefiċċju fuq il-kera mħallsa.
Aktar tagħrif fuq l-iskema u l-ammont ta’ benefiċċju li jingħata jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku:-
https://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes/Housing-Benefit.aspx
Kopja ta’ dan is-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, ladarba ħareġ il-permess għall-bini ta' futbol grawnd fin-Naxxar, jekk dan il-bini hux se jippreġudika l-kamra tan-nar ta' Ħal Lija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat mit-tekniċi tal-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru li l-pitch ġie rilokat b'mod li d-distanza mitluba mil-liġi ġiet rispettata. Naturalment il-qasam tal-Ippjanar ma jifformax parti mill-Ministeru tiegħi, u għalhekk għall-kompletezza nistieden lill-Onor. Interpellant jinterponi d-domanda tiegħu ukoll lill-Ministru konċernat.
Malta Enterprise — Wage suppliment għal chefs f'suoermarkets
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14683 u jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage supplement mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.