Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Magħtab – Landfill — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir fil-preżent fil-landfill tal-Magħtab b’preparazzjoni għal għoti ta’ tenders fir-rigward tal-proġett għall-inċineratur fil-landfill tal-Magħtab? Jista’ jgħid kemm qed jinqata’ blat fil-preżent sabiex tkumpli tikber il-ħofra li fih kien se jitwaddab l-iskart?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Iskart għall-Enerġija mhux se jinbena fil-landfill tal-Magħtab, iżda maġenbha. Ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-post huma parti mill-istudju arkeoloġiku tas-sit. Intant, s-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta’ tħaffir meħtieġa għall-estensjoni tal-landfill se tkun qiegħdha tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjien.

Ċekkijiet ta’ Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara għaliex iċ-ċekkijiet tal-pensjoni tal-25 ta’ Lulju 2020 u tal-21 ta’ Awwissu 2020 spiċċaw qatt ma waslu għall-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li kien intitolat li jirċevihom bil-posta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-pagamenti msemmija tħallsu lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, fis-17 ta’ Settembru 2020 fil-kont bankarju tiegħu.

Vawċers ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jinħarġulha l-vawċers li huma dovuti lilha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna inkwistjoni ser tircievi l-vouchers

Chadwick Lakes – Triq il-Qlejja – tneħħija ta’ ġebel

Question

Jista’ l-Ministru jara li jieħu azzjoni sabiex ġebel li waqa’ f’Triq il-Qlejja lejn iċ-Chadwick Lakes jitneħħa, peress li dan ix-xogħol hu meħtieġ sabiex il-pubbliku u r-residenti jkunu jistgħu jużaw it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li l-materjal li qed issir referenza għalih diġà tneħħa.

Central Link Project – għelieqi – ħamrija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-għelieqi li l-kuntratturi fetħu sabiex isir is-Central Link, jitnaddfu minn kull fdal tal-bini ta’ toroq u terġa’ titpoġġa f’postha l-ħamrija li tneħħiet waqt il-bini ta’ triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-Central Link Project qed isir b’investiment ta’ €55 miljun biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali. Il-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. Ix-xogħlijiet fuq Central Link Project bdew f’Jannar li għadda bit-tfassil tal-ewwel partijiet mill-karreġġjata b’żewġ korsiji, li minn Ħal Balzan twasslek għall-inħawi ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard. Iż-żewġ korsiji ġodda lejn il-punent (mill-Imrieħel lejn Ta’ Qali) se jinfetħu sal-aħħar ta’ Settembru. Dawn jibdew mill-junction ta’ bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi tal-Ġonna ta’ San Anton) u jaqbżu l-qalba ta’ Ħ’Attard qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Il-proġett se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni kontinwa mas-sidien tal-artijiet u l-bdiewa fl-inħawi biex it-tindif u xogħol ieħor meħtieġ isir gradwalment mat-tlestija tax-xogħol tal-proġett fl-inħawi. F’ċerti bnadi, dan ix-xogħol diġà sar fix-xhur li għaddew. F’inħawi oħrajn dan isir meta x-xogħol tat-toroq ġodda fil-viċinanzi jkun qed jitlesta.

L-Imtarfa – tiswijiet fuq pont

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir it-tiswija li hemm bżonn fuq pont li jużaw il-bdiewa li hemm taħt l-Imtarfa għan-naħa taċ-Chadwick Lakes peress li jidher li dan il-pont kien magħmul minn planki tal-konkos u tkissret waħda minnhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-pont indikat ingħalaq minħabba raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa u sigurtà. Infrastructure Malta se tagħmel it-tiswijiet u x-xogħlijiet meħtieġa biex il-pont jerġa’ jsir aċċessibbli mill-aktar fis.

L-Imġarr – Lokalitajiet tas-Santi u Fomm ir-Riħ – supply temporanju tal-ilma

Question

Peress li s-supply tal-ilma li jissupplixxi l-ilma għal-lokalitajiet tas-Santi, Abatija, Imġarr ta’ ġewwa u Fomm ir-Riħ, ilu għal dawn l-aħħar tliet snin bħala servizz temporanju, jiġifieri pipe tal-ilma mgħoddi minn fuq il-ħajt u mikxuf għas-sħana tax-xemx, jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex jara li dan is-supply temporanju jinbidel ma’ supply fis?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi proġetti relatati ma titjib fin-network tal-ilma u drenaġġ fiż-żoni ndikati.

Każ ta’ tifel

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ikun proċessat b’attenzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-minuri li qed jirreferi għalih qed jingħata l-kura alternattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta. Infakkar li din il-liġi ġdida li, kienet ilha bosta snin biex issir, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2020. Tajjeb li l-Onor. Interpellant japprezza li dan l-Att huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-best interest of the child u, biex jasal għal dan, iqiegħed ir-responsabbiltà fuq id-Direttur għall-Kura Alternattiva u l-professjonisti tal-Aġenzija għall-Kura Alternattiva li huma mħarrġa u kkwalifikati apposta f’ dan il-qasam. In vista ta’ dan, la jien u l-ebda politiku ieħor ma għandu jindaħal fil-ħidma tagħhom favur il-minuri fil-kustodja tagħhom. Għaldaqstant, waqt li jiena konvint li l-minuri in kwistjoni qiegħed jirċievi l-kura li għandu bżonn, fl-istess ħin inħeġġu biex, anki fl-ispirtu tal-mandatory reporting imsemmi fl-istess liġi, javviċina lid-Direttur jekk għandu xi tagħrif u/jew tħassib dwar it-tifel in kwistjoni, li jixtieq jaqsam mal-professjonisti għall-ġid u fl-interess tal-istess minuri.

Il-Mellieħa – Triq Għajn Tuta – provista ta’ new water għall-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jistħarreġ it-talba tal-bdiewa għall-provista ta’ new water li jiġi mwassal sa tarf ta’ Triq Għajn Tuta fil-limiti tal-Mellieħa ladarba diġà hemm supply tal-ilma fil-bidu tat-triq imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żona ndikata ma tagħmilx parti mid-disinji kurrenti. Hemm pjanijiet biex in-network tan-New Water jikber skond il-ħtieġa u l-bżonnijiet tal-utenti.

Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi neċessarji sabiex jara jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux ġustifikat li ilu jistenna operazzjoni għal tul ta’ żmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Magni li jaqraw iz-zokkor

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara għaliex ingħataw magni li jkejlu l-livell taz-zokkor fil-persuna, meta dawn il-magni jaqraw l-livell taz-zokkor b’15% ta’ żball, jiġifieri 19.5 livell ta’ zokkor jista’ jinqara 23.2 u dan iwassal biex persuna lanqas tkun tista’ tagħmel pjan ta’ kemm għandha tieħu insulina? Peress li hawn tobba li magna bħal din ma jafdawhiex u issa jidher li dan kollu ġara biex il-Gvern xtara magni ta’ €2.5 euro minflok ta’ €3 euro, jista’ f’din iċ-ċirkostanzi jara kif il-pazjent ikun moqdi aħjar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-meters taz-zokkor li qed jintużaw bħal issa ġew evalwati qabel ma ħarġu għall-użu. Dan wara studju intensiv minn professjonisti kwalifikati u skont standards internazzjonali partikolarment ISO15189/17 u ISO15197/15. Ir-riżultati jaqaw fil-parametri aċċettabbli skont dawn l-istandards internazzjonali.

Il-Mosta – Triq Wied is-Sir – sinjali fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji meħtieġa sabiex jara li jsiru sinjali tal-parking fi Triq Wied is-Sir fil-Mosta li ngħatat it-tarmak, sabiex il-parking ikun organizzat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Parti sostanzjali mit-triq indikata nbniet mill-ġdid u fiha saru servizzi taħt l-art għall-provvista tal-ilma kif ukoll bankini ġodda qabel ma sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. L-aħħar xogħlijiet f’din it-triq, fosthom il-linji u s-sinjali kollha, se jsiru mill-aktar fis.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16080 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16055, tista' l-Minsitru tgħid u tagħti tweġiba permezz ta' lista ta' ismijiet ta' entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm swew u kemm tħallsu għal xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u dawn ir-risposti jingħataw għal perjodu ta' 2015 - 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija l-lista ta’ entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet għall-perjodu msemmi: ENTITA' DATA KUMPANIJA TAL-CATERING ĦLAS (MINGĦAJR VAT) Cleansing and Maintenance 2015 The Waterfront Hotel € 1,557.20 Division 2016 Dragonara Resort € 1,140.68 Hotel San Antonio Ltd € 2,211.86 2017 Hotel San Antonio Ltd € 4,794.50 2018 Dolmen Complex € 4,002.97 2019 AX Hotel operations € 1,805.08 Baypoint Hotel Ltd € 792.37 Heritage Malta Services € 2,080.17 2020 Grand Hotel Excelsior € 6,245.60 Foundation for Tourism Zones 2015 F-Kosy Bar Food € 500.00 Development (FTZD) 2017 Caffe' Cordina € 114.13 2018 Cheeky Monkey Gastro Pub € 1,253.95 Institute for Tourism Studies 2015 Neriku Confectionery € 854.00 (ITS) 2016 James Caterers € 837.20 2017 James Caterers € 823.67 2018 Elia Caterers € 1,885.20 James Caterers € 43.50 2019 Busy Bee € 1,321.00 Elia Caterers € 221.81 Malta Competition & Consumer 2015 Dolceria Percius Ltd. € 814.20 Affairs Authority (MCCAA) James Caterers € 84.75 Phoenicia Hotel € 1,888.14 2016 Elia Borg Bonaci € 417.00 2017 Elia Borg Bonaci € 1,561.58 Island Caterers (*) € 4,936.00 Radisson Blu Resort € 127.00 The Westin Dragonara € 2,811.00 Vivaldi Hotel € 1,949.00 2018 Elia Borg Bonaci € 1,528.21 James Caterers € 1,469.97 Phoenicia Hotel (*) € 998.00 Preluna Hotel € 366.00 2019 Corinthia Hotel (*) € 4,000.00 Elia Borg Bonaci € 1,439.52 Mediterranean Conference Centre (*) € 3,084.00 The Palace (*) € 3,010.00 Malta Film Commission (MFC) 2015 Island Caterers Ltd € 3,305.09 2017 James Caterers € 201.86 Mannarino Caterers € 461.02 2018 Astoria Ltd € 630.00 2019 Astoria Ltd € 150.00 Mannarino Caterers € 398.30 Primavera Caterers € 5,391.74 Malta Tourism Authority (MTA) 2015 Dolceria Croce Bonaci € 1,195.76 Mannarinu Ltd € 528.84 2016 Chateau Buskett € 3,716.52 Island Caterers Ltd € 7,031.78 James Caterers Ltd € 497.50 Mannarinu Ltd € 1,360.17 Neriku Catering € 2,741.65 2017 Gianpula Village € 4,162.50 Island Caterers Ltd € 16,435.79 Mannarinu Ltd € 632.84 Neriku Catering € 19,372.45 2018 Busy Bee Ltd € 3,992.39 Corinthia Caterers Ltd € 13,983.04 Heritage Malta € 5,994.00 Mannarinu Ltd € 7,990.32 Neriku Catering € 4,791.25 2019 Dolceria Croce Bonaci € 4,233.05 James Caterers Ltd € 15,837.75 Elia Borg Bonaci Ltd € 1,744.87 James Caterers Ltd € 23,500.00 Mannarinu Ltd € 20,084.81 James Caterers Ltd € 16,724.00 Neriku Catering € 323.50 James Caterers Ltd € 11,677.00 2020 Busy Bee Ltd € 109.74 Corinthia Caterers Ltd € 7,120.35 Il Veduta Restaurant € 14,950.60 Infinitely Xara € 10,640.00 Ta' Karolina Restaurant € 332.00 Medicines Authority 2015 Cater Max € 4,298.09 Crème caramel € 504.24 James Caterers € 117.80 Malta Nationa Aquarium € 221.19 Saracino's Café € 953.39 The Palace € 8,838.34 2016 Croce Bonaci Caterers € 3,000.00 Don Berto € 193.77 Elia Caterers € 218.75 Foodality € 386.44 James Caterers Ltd. € 277.41 Joseph Aguis € 315.25 Murella Restaurant € 57.50 Palazzo DePiro € 177.97 Saracino's Café € 406.78 Ta Karolina Restaurant € 1,187.58 2017 Aqua Terra a Mare € 584.75 Buchman's € 72.88 Croce Bonaci € 211.86 Cook and Co. Ltd € 495.58 Dolmen € 3,174.57 Don Berto € 281.91 Excelsoir € 7,585.63 Harmony € 141.10 Island Caterers € 3,183.90 James Caterers € 235.17 Kempinski Hotel San Lawrence € 2,578.82 The Palace € 4,067.79 Villa Francia € 1,240.00 Zenzero € 2,237.29 2018 Aaron's Kitchen € 330.51 C. Camilleri & sons € 160.35 Cook and Co. Ltd € 3,390.07 Dolceria Apettitosa € 381.64 Elia Caterers € 745.90 James Caterers € 2,081.90 Karrot and Ko € 296.25 2019 Busy Bee Ltd. € 3,640.00 C. Camilleri & Sons € 926.75 Café Jubilee € 211.86 Collision Catering € 2,826.36 Cook and Co. Ltd € 5,789.13 Corithia Caterers € 1,483.05 Even Planner Co. Ltd € 3,990.00 IBB Hammetts Operations Ltd € 2,860.17 James Caterers € 22.88 Luciano Restaurant € 931.36 Neriku Catering € 380.00 Palazzo Preca € 1,271.18 Piacere Mio € 1,429.23 Radission Blu € 840.97 Rampila € 1,020.34 The Palace € 4,130.77 2020 C. Camilleri & Sons € 943.25 Cook and Co. Ltd € 528.84 Piacere Mio € 478.50 Villa Arrigo (Osborne Ltd) € 1,095.00 Mediterranean Conference 2015 Island Caterers € 1,506.83 Centre (MCC) 2016 Island Caterers € 1,089.66 2017 Island Caterers € 2,533.56 2018 Island Caterers € 6,362.97 2019 Corinthia Caterers € 38,941.31 2020 Corinthia Caterers € 775.42 Infinitely Xara € 2,542.37 Ministry for Tourism (MOT) 2015 Belmont € 474.15 Caffe’ Cordina € 121.10 Catermax € 11,059.32 Deguara Catering € 101.91 Hotel San Antonio € 423.73 Mediterranean Conference Centre € 186.00 Xara Palace € 1,255.93 Zammit Tabona Ltd. € 4,699.24 2016 Caffe’ Cordina € 352.54 Corinthia Palace Hotel € 2,219.49 Fine Style Catering Co. Ltd. € 181.36 Mediterranean Conference Centre € 2,007.50 Neriku Confectionery € 577.00 Xara Palace € 785.85 2017 Christopher Ghirxi € 1,132.20 Dolceria Percius € 513.98 G & M Catering Co. € 737.29 Hilton International Malta € 1,132.63 Spinola Developments € 5,647.67 2018 James Caterers Ltd. € 7,447.59 Mediterranean Conference Centre € 2,937.60 2019 AX Hotel Operations € 1,020.00 Infinity Xara € 800.85 James Caterers Ltd. € 1,956.00 Phoenicia Hotel € 1,182.20 Testa Catering Concepts Ltd. € 1,542.37 Malta Freeport Corporation Ltd NIL Parks Malta NIL Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Public Cleansing NIL (*) covering venue, hiring of equipment & refreshments

Pitches tal-Boċċi — konkos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16081 u jgħid b'liema proċeduri f'dawn l-aħħar sentejn pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos biex jitpoġġew l-imwejjed u siġġijiet li b'dan il-mod ħa l-ispazju għal-logħob tal-boċċi? Jista' jgħid f'dawn l-aħħar sentejn liema pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos parzjalment jew l-ispazju kollu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li SportMalta qatt ma kienet involuta f’tali proċeduri.

Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16020 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li oriġinarjament kienu jaħdmu fil-qasam turistiku u issa qed jitħallsu mill-Gvern Malti biex ikunu għajnuna għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid f’liema kunsilli lokali qed jaħdmu dawn il-ħaddiema barranin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders għall-konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistosqija parlamentari 16056 u tgħid kemm ingħataw direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020? Tista’ tgħid ukoll x’kienet l-ispiża ta’ dawn id-direct orders u lil min ingħataw? Tista’ tgħid għal liema konsulenza ingħataw dawn id-direct orders u fuq liema kriterju ntgħażlu l-persuni li ġew mogħtija dawn id-direct orders?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020 huma s-segwenti: 2015: BEAT Ltd Servizzi ta’ konsulenza €24,000 2020: Flint Europe Ltd Proviżjoni ta’ konsulenza €20,000 RMS Proviżjoni ta’ konsulenza €38,235 Camilleri Preziosi Advocates Proviżjoni ta’ servizzi legali €124,822 Scerri & Bonello Advocates Proviżjoni ta’ servizzi legali €44,400

Is-Salina – tindif ta’ kanal

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir ix-xogħol ta’ tindif fil-kanal ta’ madwar is-salini (salt pens) fil-lokalità magħrufa bħala s-Salina fejn hemm Kennedy Grove u dan għaliex ladarba l-kanal ma ġiex imnaddaf, fil-preżent hemm irwejjaħ ta’ ilma qiegħed?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

ODZ – permessi ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il permess ta’ żvilupp ħareġ mill-MEPA f’żona ta’ ODZ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox kien hemm 4,845 applikazzjoni li ġiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, bejn l-1 ta’ Awwissu 2015 sas-27 ta’ Settembru 2020, li kienu barra miż-zona tal-Iżvilupp. Dawn in-numri jinkludu wkoll żvilupp li jkun primarjament jinstab fiż-¯ona tal-Iżvilupp, li iżda jkollu parti żgħira mis-sit li tkun testendi fiż-¯ona barra miż-¯ona tal-Iżvilupp (ODZ). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-perjodu msemmi u fejn parti mis-sit jew is-sit kollu jinstab barra miż-¯ona tal-Iżvilupp.

Ħsara fis-serer kawża tal-maltemp – ħlas lill-bdiewa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16054, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministeru milli jkompli jħallas l-ammont totali tal-għotja li biha 106 bidwi jkunu jistgħu jingħataw il-benefiċċju imwiegħed lilhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm il-bdiewa ma jippreżentawx l-irċevuti tax-xogħlijiet rispettivi lill-Ministeru, il-ħlasijiet għall-benefiċċji dovuti lilhom ma jkunux jistgħu jiġu mħallsa.