Jista’ l-Ministru jgħid l-Insurance Guarantee Scheme li kienet nefqa ta’ €1,000 fl-2020 lil min tħallset u x’kien l-iskop ta’ din il-garanzija bankarja? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop li għas-sena 2021 din in-nefqa qed tkun estiża għal €5,000? Jista’ jgħid kif qed titħallas u lil min u fejn qed isir il-ħlas ta’ din il-garanzija bankarja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop ta’ dawn il-fondi huwa sabiex isir studju dwar il-vijabilità ta’ assigurazzjoni relatata ma’ attivitajiet u strutturi għall-bdiewa u r-raħħala. Wara riċerka li saret mid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru tiegħi, irriżulta li sabiex jitwettaq tali studju l-fondi allokati għas-sena 2020 ma kienux ser ikopru l-istħarriġ vast meħtieġ għal din it-tip ta’ assigurazzjoni. Dan għaliex, qabel titfassal skema ta’ assigurazzjoni jrid jitwettaq stħarriġ ekonomiku dwar id-dannu jew telf kollu fis-settur li huwa wieħed estensiv. Għaldaqstant, id-Dipartiment kien jeħtieġ aktar fondi sabiex ikun jista’ jitwettaq dan l-istudju.
Agency for the Governance of Agriculture Bioresources — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu t-€800,000 li skont il-Financial Estimates 2021 kellhom jintefqu fl-2020 għal Vot deskritt bħala ‘Agency for the Governance of Agriculture Bioresources’? Jista’ jgħid x’qed ikun maħsub li jsir biex għas-sena 2021 biex jintefqu t-€800,000? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa u lil min tħallsu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-baġit allokat għas-2020 intefaq skont it-tabella segwenti:
Agency for the Governance of Agriculture Bioresources - Nefqa 2020
Spejjeż tal-uffiċċju
€34,582.18
Kera tal-uffiċċju, servizzi ta' tindif u provvisti għall-uffiċċju
Analiżi analitika
€15,955.30
Analiżi tat-tipi differenti ta' demel likwidu u demel prodott lokalment mill-majjal, baqar, tjur, nagħaġ u mogħoż, fniek u żwiemel.
Servizzi ta' konsulenza
€23,089.00
(i) Studju ta' fattibilità għat-twaqqif ta' impjant pilota għat-trattament ta' demel u demel likwidu. (ii) Biex tirrevedi l-operazzjonijiet ta' l-aġenzija flimkien ma’ l-iskop, il-kompiti u r-responsabbiltajiet u tirrakkomanda pjan strateġiku
Wastserv Ltd.
€10,189.02
Użu ta'
Bio-Digester
għal demel likwidu tal-bhejjem
Nefqa kapitali
€670,160.70
Xiri ta’ tliet (3) vetturi mobbli mgħammra b'
Autonomous Plug
u
Play Slurry De-Watering Units
Għas-sena 2021, il-baġit allokat se jiġi utilizzat għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-uffiċċju tal-GAB u biex jiġu implimentati miżuri f'konformità mal-immaniġġjar sostenibbli tad-demel likwidu tal-bhejjem.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u x’ħidma kienet qed issostni l-Agriculture Support Scheme li fl-2020, skont il-Financial Estimates 2021, kienet tinvolvi nefqa rikorrenti ta’ €400,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vot tal-Agriculture Support Scheme jigi użat għal inizjattivi bl-għan li jitqajjem apprezzament lejn l-agrikoltura Maltija u sabiex jiġu promossi inizjattivi li s-settur jista’ jibbenefika minnhom b’mod dirett. Matul din is-sena, il-fondi ta’ dan il-vot intużaw fuq il-kampanja ‘Agħżel frisk....Agħżel bnin’; inizjattivi biex tiġi promossa l-marka ta’ kwalita’; l-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar Reġistru Nazzjonali ta’ Prodotti Agro-Tradizzjonali ta’ Malta; xogħol marbut mal-Wine Apprecaition Event li ġie mħassar minħabba l-pandemija liema xogħol ser ikun qed jibqa’ jintuża għas-sena li ġejja; ; xogħol marbut mal-varar ta’ inizjattivi varji li għandom x’jaqsmu mad-Dipartiment bħal dak ta’ Research and Innovation Hub,. Permezz ta’ dan il-vot ikun qiegħed jiġi żgurat sapport kontinwu lil dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla f’rata li biha qed jiġu mitluba jitħallsu l-pulizija għall-iskorta tal-istess pulizija għall-ġarr ta’ nar mill-Kamra tan-Nar għal post tal-ħruq tal-istess murtalli li jkunu qed jinġarru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm reviżjoni b’mod ġenerali dwar ħlas f’każi fejn persuni terzi (third parties) jitolbu servizz ta’ pulizija.
Ir-rati bażi (base rates) ġodda bdew jitħallsu minn Settembru 2020.
Din ir-reviżjoni saret biex ir-rati jirriflettu aħjar il-livell tas-servizz li jingħata mill-Korp tal-Pulizija u jkunu jirriflettu wkoll dawk ta’ entitajiet oħra fil-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li fil-Financial Estimates 2021 kienet deskritta bħala ‘Buskett Research Station’ u li tali ħidma swiet €50,000? Jista’ jgħid x’xogħol sar? Lil min tħallsu dawn il-€50,000? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm li għalihom qed ikun ivvutat il-Vot ta’ €100,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-fondi allokati fil-vot Buskett Research Station huwa għaż-żamma u l-ħidma li ssir fiċ-ċentru tal-vitikoltura fil-Buskett. Għas-sena 2021, id-Dipartiment ikkonċernat fi ħdan il-Ministeru tiegħi ser ikun qed jaħdem sabiex dan is-sit jinbidel f’Ċentru Nazzjonali tal-Inbid u d-Dwieli u għaldaqstant jitjiebu l-faċilitajiet u jsir xogħol ta’ restawr fuq żewġ binjiet antiki, kif ukoll jinxtara apparat relatat mar-riċerka.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li skont il-Financial Estimates 2021 hija deskrita bħala Fisheries Patrol li skont l-istess estimi, fl-2020 kellu jkollha n-nefqa ta’ €400,000? Jista’ jgħid dawn l-€400,000 kif ġew minfuqa? Lil min tħallsu? Min ibbenefika minn din in-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma deskritta bħala Fisheries Patrol, tikkonsisti fil-patrols li l-AFM tagħmel permezz ta’ Memorandun of Understanding bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u l-Forzi Armati ta’ Malta. L-istess vot jintuża wkoll għal spejjeż relatati ma’ l-użu ta’ tlett RHIBs, li għandu d-Dipartiment biex jintużaw fiż-żona tal-25 mil, għal diversi spezzjonijiet. It-tabella li ġejja turi lil min tħallsu u r-raġuni għala tħallsu.
AFM
Sea & Air patrols
€560,925.92
Transport Malta
RHIBs Renewal fees
€467.50
Mapfre
Insurance of 1 RHIB
€455.00
Marina di Valletta
Mooring of 2 RHIBs
€8,115.00
Melitaunipol Insurance Brokers
Insurance of 2 RHIBS
€6,470.00
Transport Malta
Registration fees
€1,190.00
Power Centre Ltd
Mooring Springs
€382.60
€578,006.02
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €150,000 li ntefqet fl-2020 għal Vot deskritt bħala Pitkalija Ltd, u x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern li skont il-Financial Estimates 2021 għall-istess vot deskritt, għandu jonfoq €520,000? Jista’ jgħid lil min tħallsu? Jista’ jgħid jekk dawn kenux direct orders jew tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 skont il-Financial Estimates 2021 li kienet deskritta bħala Agri Fair Malta li skont l-estimi, fl-2020 din il-ħidma swiet €650,000? Jista’ jagħti l-informazzjoni dettaljata rigward kif u lil min tħallsu dawn is-€650,000? Jista’ jgħid liema minn dawn il-ħlasijiet kienu direct orders jew ingħatawx b’tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għan tal-fond imsemmi huwa relatat mal-ħidma meħtieġa sabiex tittella’ l-ewwel fiera agrikola f’Malta. Minħabba l-pandemija din l-fiera kellha tiġi posposta. Qed tingħata informazzjoni dettaljata tax-xogħol li sa issa tħallas fl-2020 b’rabta mal-organizzazzjoni ta’ din il-fiera. Ta’ min jgħid li x-xogħol imwettaq ser jintuża la darba din il-fiera tkun tista’ tiġi organizzata, apparti r-reklamar li laħaq sar.
Malta AgriFair 2020
Supplier
Remarks
Paid 2020
€
Call for Quotations
Malta AgriFair - Official Website -
https://agrifair.gov.mt/
Keen Ltd
Website creation
6,157.00
Risk Assessment
Stanley Azzopardi
Risk Assessment
500
Tender
Service Tender for the Development and Implementation of an Integral Promotional and Marketing Campaign on the National Agricultural Fair in an Environmentally Friendly Manner
Outlook Coop
Tender for the majority of marketing and promotion services required.
169,733.27
Negotiated Procedure
Negotiated Procedure for the organisation of the National Agricultural
Malta Fairs and Conventions Centre
Official venue of the Malta AgriFair
184,520.00
Fair in 2020
TOTAL
360,910,27
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar l-iskandlu tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta tat-Tonn qed ssir mill-Maġistrat inkwerenti u d-Dipartiment ikkonċernat m’għandu l-ebda informazzjoni rigward l-istadju li waslet fiha din l-inkjesta. Ta’ min wieħed jgħid li dan id-Dipartiment ikollabora kull meta kien mitlub jagħmel dan permezz ta’ xhieda u preżentazzjoni ta’ dokumenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena 2020 lil min tħallsu d-€940,000 ta’ Storm Damages Scheme kif deskritt fil-Financial Estimates tal-2021?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vot Storm Damages Scheme qed jintuża mill-Ministeru tiegħi sabiex jingħata kumpens lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ġarrbu ħsarat strutturali u/jew ħsarat fl-uċuħ tar-raba’ jew fil-mezzi tas-sajd tagħhom fil-maltempata li seħħet fi Frar 2019. Minn dawn il-fondi tħallsu s’issa €410,687.13.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienu użati l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000 intużaw għall-mizuri hekk kif ġej:
· Quality Schemes for Agricultural Products and Foodstuffs (Article 16) – Measure 03
· Farm and Business Development (Article 19) – Measure 06
· Agri-Environmental-Climate (Article 28) – Measure 10
· Organic Farming (Article 29) – Measure 11
· Payments to areas facing natural or other specific constraints (Articles 31 & 32) – Measure 13
· Support for Leader Local Development (CLLD – Community-Led Local Development (Article 35) – Measure 19
Technical Assistance (Article 51) – Measure 20
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti d-dħul tal-Gvern ta’ €760,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021 qed jidhru bħala Miscellaneous Receipts?
Response (REFALO, ANTON)
L-ammont stima ta’ €760K fil-line item 0999 - Miscellaneous Receipts għall-2021 kien ibbażat fuq l-istima għas-sena 2020 li kienet tammonta wkoll għal € 760K u d-dħul attwali għall-2019 ta’ €935K.
Id-dħul f'dan il-
line item
jikkonsisti prinċipalment f'irkupri minn debituri tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA). Dawn id-djun jinħolqu minħabba irregolaritajiet min-naħa tal-benefiċjarji ta’ skemi u miżuri tal-UE li jitħallsu minn din l-Aġenzija kif ukoll minn Rimborżi oħra ta’ Finanzjament tal-UE fir-rigward ta’ vjaġġar, salarji, servizzi professjonali, workshops u spejjeż ta’ studju.
Jista’ l-Ministru jgħid min ħallas għal dak li qed ikun magħruf bħala fee on caging of Bluefin Tuna li huma ħlas ta’ €2,200,000 fl-2020?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jispeċifika r-regolament relattiv, il-fee on caging of Bluefin Tuna titħallas mill-operaturi tal-farms tat-tonn għal tqegħid ta’ tonn fil-gaġeġ fis-sena relattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 li tkopri l-Experimental and Demonstration Units li skont il-Financial Estimates tal-2021, fl-2020 kienet tkopri n-nefqa ta’ €185,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa marbuta ma’ dan il-vot tkopri l-ispejjeż assocjati mar-riċerka u l-manteniment tal-merħla tal-annimali ġewwa l-Agriculture Research and Innovation Hub li qiegħed fl-Għammieri.
Vetturi tat-trasport pubbliku — inqas nies ħabba sitwazzjoni tal-Covid
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku jara jekk wasalx iż-żmien li jibdew jgħabbu inqas persuni sabiex l-istess vetturi jkunu Covid Safe? Jista' jara li fuq il-vetturi ta' trasport pubbliku nerġgħu lura għal regolamenti ta' meta kien hemm partial lockdown?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ittieħdu u għadhom qed jittieħdu diversi miżuri fir-rigward ta’ vetturi li jintużaw fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku sabiex kemm il-passiġġiera kif ukoll ix-xufiera jiġu protetti kemm jista jkun mit-trasmissjoni tal-pandemija. Fost dawn wieħed issib l-iffumigar ta kuljum tal-vetturi li jkunu intużaw, separazzjoni fiżika permezz ta’ “screen bejn ix-xufier u il-passigiera, tindif tal- vettura aktar spiss matul il-ġurnata kif ukoll numru limitat ta’ persuni li jitħallew jirkbu bil-wieqfa.
Dawn il-miżuri ttieħdu b’kunsultazjoni ma l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Skejjel u Istituti edukattivi — servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet sabiex l-iskejjel u l-istituti edukattivi jkunu koperti b'servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)? Jista' jgħid liema huma dawk l-iskejjel u l-istituti edukattivi li qed ikunu koperti b'servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)? Jista' jgħid dawk l-iskejjel li qed ikunu koperti b'servizz ta' sigurtà permezz ta' gwardjani privati/aġenziji li joffru servizz ta' gwardjani privati permezz ta' liema proċedura ta' għażla ġew magħżula l-gwardjani privati/aġenziji jekk hux b'tender jew direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din l-inzjattiva hija kuntratt b’valur ta’ €2,620,326.48 (eskluż il-VAT) u li tkopri 256,736 sigħat ta’ servizz.
Is-servizz tal-uffiċjali tas-sigurtà għall-iskejjel tal-istat qed jiġi offrut minn kumpanija privata li rebħet il-kuntratt wara sejħa pubblika skont ir-regoli tax-xiri pubbliku.
L-uffiċjali tas-sigurtà qed jagħtu servizz fl-iskejjel tal-istat.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol ta' ftuħ ta' toroq f'Ħad-Dingli li qed jippjana bejn Saqa il-Museum, Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco f'Ħad-Dingli qed issir b'daqstant għaġġla u bla ebda konsultazzjoni ma' dawk ir-residenti milquta u sidien tal-għelieqi u anke mingħajr ma għadu sar l-esproprju tal-artijiet fejn se jsir ix-xogħol? Jista' jispjega b'mod ċar għaliex qed jinsisti li tinfetaħ ukoll il-parti li tgħaqqad ma' Triq San Ġwann Bosco?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastucture Malta qed tibda l-bini mill-ġdid ta’ triq li ilha skedata fil-pjanijiet lokali biex issir sa mill-2006 meta l-Onorevoli Membru kien jagħmel parti mill-Kabinett ta’ dak iż-żmien. Għaldaqstant, ċertament li din mhix kwistjoni ta’ għaġġla imma hija triq li kienet ilha snin ippjanata biex issir u sippost li diġà nbniet.
Din it-triq twila madwar 100 metru se tgħaqqad id-Daħla tas-Sienja, Triq San Ġwann Bosco u Sqaq il-MUSEUM, f’Ħad-Dingli. Residenti ta’ Sqaq il-MUSEUM u oħrajn li joqogħdu fl-akwati kien ilhom jitolbu biex din it-triq skedata tiġi ffurmata u mibnija biex titjieb il-konnettività u jinħoloq aċċess aktar sigur għal diversi residenzi, li bħalissa huma aċċessibbli biss minn trejqa dejqa li ma tippermettix vetturi għat-tifi tan-nar u oħrajn t’emerġenza biex jilħqu d-djar tagħhom f’każ ta’ bżonn. Il-parti dejqa ta’ Sqaq il-MUSEUM tinsab fil-parti urbana ta’ konservazzjoni ta’ Ħad-Dingli, b’binijiet antiki fuq iż-żewġ naħat u ma tistax titwessa’. L-uniku mod kif din it-triq jista’ jkollha aċċess aktar sigur huwa bit-triq ġdida li tgħaqqadha mad-Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco.
Infrastructure Malta ħadet nota tat-tħassib li esprimew ir-residenti tal-inħawi, inkluż ir-riskju li kien hemm għas-saħħa tal-pubbliku minħabba l-aċċess ristrett għall-vetturi t’emerġenza, u bdiet taħditiet mas-sidien tal-art inkwistjoni kemm privata kif ukoll dawk li għandhom art mikrija mingħand il-Gvern, biex tiffaċilita l-formazzjoni tat-triq ġdida li se tipprovdi aċċess aħjar lilhom ukoll.
Ix-xogħlijiet se jibdew fil-parti tat-triq ġdida li qed tinbena fuq art tal-Gvern u wara jissuktaw f’partijiet oħrajn fix-xhur li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibdew isiru kuntratti li jirregola t-titlu fuq l-oqbra taċ-Ċimiterju tal-Addolorata kif ukoll f’ċimiterji oħra f’Malta u Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu qed isiru l-ewwel kuntratti dwar xiri t’oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
Jista’ l-Ministru jara kif il-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tkun mogħtija tweġiba għat-talba biex tibdel l-appartament tagħha ma’ wieħed f’Malta minħabba li t-tifel u ommha għandhom ikunu qrib l-Isptar u servizzi oħra f’Malta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward ta’ registration tal-vetturi li jistgħu jużaw is-Civic Amenity Sites;
a. meta saru l-aħħar emendi fir-regolamenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għal użu tas-Civic Amenity Sites; u
b. jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-
ispecifications
tal-vetturi li huma f’Kategorija A u Kategorija B u li turi d-daqsijiet tal-vetturi kif ivarjaw minn kategorija għal oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għal użu tac-centri ta’ skart goff ghadhom kif kienu. Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.