Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tidħol fis-seħħ l-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li jien tiegħu responsabbli qed jipprepara d-dokumenti legali neċessarji. Wieħed għandu japprezza li l-abbozzar ta’ liġi li tindirizza kwistjoni ta’ din il-portata m’għandux isir b’għaġla, sabiex ikun żgurat li jintlahqu objettivi mixtieqa u jkun hemm ġustizzja ma kulħadd.
Wied iż-Żurrieq — Sidien ta' dgħajjes li jaħdmu mat-turisti - liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24316 u ċjoè jista' jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti f’Wied iż-Żurrieq u li jħallsu l-liċenzji tagħhom f’Diċembru qed ikunu mħarrka mill-Pulizija għaliex skont il-Pulizija huma qed jaħdmu bla liċenzja? Jista’ jgħid meta ser jinħarġu dawn il-permessi/liċenzji biex dawn is-sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu joperaw/jaħdmu bla bżonn ta’ ċitazzjoni meta għandhom il-liċenzja mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport titlob li l-applikazzjoni bid-dokumenti biex jiġi mġedded iċ-ċertifikat kummerċjali tad-dgħajjes għandu jiġi sottomess minn tal-inqas xahar qabel jiskadi l-istess ċertifikat.
skond il-
Port Notice 03/2019.
Dan biex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġu pproċessati d-dokumenti u jsir il-kontroll meħtieg
.
Fil-każ ta’ l-aħħar tiġdid ta’ dawn id-dghajjes f’Dicembru 2021, l-applikazzjoni u d-dokumenti gew sottomessi 3 ġimghat tard.
Hemm total ta’ 77 dgħajsa f’Wied iż-Żurrieq u għaldaqstant wieħed jifhem li l-proċess irid jieħu ż-żmien tiegħu. Madankollu, huwa mistenni li ċ-ċertifikati kollha jinħargu sa nofs Frar.
Fil-frattemp, biex jiġu aġevolati dawn l-istess operaturi, l-Awtorita’ ħarget Authorization to Operate lil dawk id-dgħajjes li l-Għaqda speċifikament talbet biex jinħargulhom dawn l-Awtorizzazzjonijiet.
Dan sakemm iċ-ċertifikati jiġu proċessati u maħruġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24314 u ċjoè jista' jieħu l-passi meħtieġa biex issir il-manutenzjoni fi triq f’Wied Ċentrija, Żona San Pietru u sqaq bl-isem San Pietru fl-inħawi tal-Magħtab? Dan l-isqaq għandu dħul minn Triq Kappella Santa Marija għal Triq it-Tarġa u minn Triq it-Tarġa għal Triq ir-Rummien u minn din it-Triq ir-Rummien tasal għal Triq San Pietru.
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li Infrastructure Malta diġa wettqet xogħlijiet ta’ titjib f’diversi toroq rurali fl-inħawi msemmija u għandha pjanijiet li twettaq aktar xogħlijiet fiż-żmien li ġej, ikun apprezzat jekk l-Onor. Vassallo jkun jista’ jindika fuq mappa għal liema sqaq qed jirreferi, peress li ma jidher li hemm l-ebda triq imsemmija “San Pietru” fil-pjanti uffiċjali tat-toroq tal-Magħtab.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqiet saru ta’ titjib fir-riforma tal-Pitkalija maqsuma sena b’sena mill-2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu dawn in-nefqiet għal kull sena? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nefqiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta – Triq Baskal Buhagiar – qtugħ tal-elettriku – każ ta’ persuni
Question
Tista’ l-Ministru tara x’jista’ jsir sabiex familji li jgħixu fi Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta jkunu megħjuna għaliex qed isofru minn sitwazzjonijiet fejn l-elettriku, bħala saħħa tal-vultaġġ li d-dettalji qed jingħataw separatament, qed jaqa’ b’konsegwenza li f’lejla, l-elettriku ġieli inqata’ ma’ 8 darbiet? Dan kollu qed iwassal fi ħsara ta’ appliances u jidher li s-salvazzjoni hu li jeħtieġ li jinbena “feeder” jew substation ġdida. Għalhekk qed nitlob lill-Ministru tara x’possibilitajiet hemm biex isir dan l-investiment? Tista’ tgħid meta ser isir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta diġa intervjeniet fiż-żona msemmija billi qalbet numru ta' konsumaturi fuq substation alternattiva. Fiż-żmien li ġej l-Enemalta se tkun qed tinvesti b'iktar tisħiħ tal-infrastruttura fiż-żona msemmija.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir tindif meħtieġ f’Wied Qirda, taħt il-pont tat-triq għas-Siġġiewi fejn illum dan il-wied jinsab mimli terrapin u jeħtieġ li jkun imnaddaf?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24315 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni f’Triq il-Basilika fil-Mosta biex ikunu rranġati l-ħsarat li qed isiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ works order biex jsiru xogħlijiet ta’ culverts, liema xogħlijiet ser isiru mill-kuntrattur lejn l-aħħar ta’ Frar.
Issa li tlesta x-xogħol, tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex twassal is-servizz ta’ new water fl-inħawi Tal-Ħaddidien, fl-Imġarr bejn il-Palazz ta’ Charlie u Binġemma, għaliex s’issa d-distribution point għadha ma saritx u l-bdiewa ma jistgħux jinqdew mis-servizz tant meħtieġ ta’ new water?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lil Onorevoli interpellant jipprovdi site map taż-żona li qed jirreferi għaliha. Partikolarment, għaliex fl-areas indikati diġa hemm new water dispensers attivi u oħrajn li se jiżdiedu fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir manutenzjoni f’toroq li jagħtu għal mar-roundabout fi Triq Għajn Riħana (limiti tal-Mosta) f’toroq/sqaqin f’raba’ li mir-roundabout tagħti lejn il-Bidnija u toroq oħra li jagħtu lejn Għajn Riħana u dan kollu minħabba xi ħsarat u siġar li qed jitqaċċtu minħabba l-maltemp?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jipprovdilna site plan u jindika eżatt għal liema area qed jirreferi ghaliha.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsir ix-xogħol ta’ tindif ta’ Wied l-Għeriexem u ssir ukoll it-tiswija ta’ Triq il-Marċ li tagħti għall-istess wied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Marġ ser jibdew fiż-żmien li ġej, wara li jibda jtaffi l-istaġun tax-xita, peress li x-xogħlijiet jinvolvu wkoll titjib f’sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita li hemm fl-istess inħawi. Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal liema post qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir ix-xogħol meħtieġ f’toroq li kienu saru bit-tarmac fis-sajf li għadda (sajf 2021) fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ fil-limiti tal-Imġarr fejn qabel ma sar it-tarmac, l-ilma tax-xita kien jaqbeż il-baħar filwaqt li issa l-ilma ta’ xita qiegħed jaqbeż fl-għelieqi u jispiċċa jieħu l-ħamrija u qala’ lis-sqaq u l-passaġġi li hemm fir-raba’ tal-bdiewa u din il-ħsara żżomm lill-bdiewa milli jidħlu ir-raba’?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li fiż-żmien li għadda twettqu diversi xogħlijiet minn entitajiet differenti f’diversi toroq rurali fl-inħawi indikati, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament fejn tinsab id-diffikultà li qed tissemma’ sabiex jekk hemm bżonn isir xi titjib, dan jitwettaq minnufih.
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24222 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard li matul is-snin saru diversi rapporti rigward dan il-ka¿ lill-Għasses tal-Pulizija tar-Rabat u Birkirkara. Il-Kunsill huwa nfurmat wkoll li twaħħlu l-istickers is-sofor u beda l-proċess tat-towing ma’ Transport Malta. Saru xi kuntatti wkoll ma’ xi sidien bit-telefon min-naħa tal-Pulizija. Dan il-ka¿ ser jibqa’ jiġi segwit mill-Pulizija pero’ wieħed għandu jifhem li ka¿i bħal dawn jieħdu ftit ta¿-¿mien minħabba li hemm proċedura twila li trid issir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom il-Pulizija ma twaqqafx xogħol tal-kostruzzjoni wara s-7.00 p.m. meta jkun hemm l-għoti tal-konkos? Jista’ jgħid liema liġi tirregola lill-Pulizija f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Intepellant biex isaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex issir il-manutenzjoni f’triq f’Wied Ċentrija, Żona San Pietru u sqaq bl-isem San Pietru fl-inħawi tal-Magħtab? Dan l-isqaq għandu dħul minn Triq Kappella Santa Marija għal Triq it-Tarġa u minn Triq it-Tarġa għal Triq ir-Rummien u minn din it-Triq ir-Rummien tasal għal Triq San Pietru.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Wied iż-Żurrieq – sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti — liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti f’Wied iż-Żurrieq u li jħallsu l-liċenzji tagħhom f’Diċembru qed ikunu mħarrka mill-Pulizija għaliex skont il-Pulizija huma qed jaħdmu bla liċenzja? Jista’ jgħid meta ser jinħarġu dawn il-permessi/liċenzji biex dawn is-sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu joperaw/jaħdmu bla bżonn ta’ ċitazzjoni meta għandhom il-liċenzja mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li t-telephone boxes il-ħomor li kienu ta’ Żmien l-Ingliżi, jiġu mogħtija l-attenzjoni għaliex ladarba ma għadhomx jintużaw issa qed jispiċċaw jintużaw bħala latrina? Jista’ jara li t-telephone box fil-Pjazza tal-Mosta, li spiċċat dejjem bil-bieba miftuħa, spiċċat ukoll qed tiġi użata bħala latrina u kważi bdiet biex tiġi mkissra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li t-telephone boxes imsemmija m’humiex la fir-responsabbilta’ u lanqas proprjetá tal-istess Kunsill. Il-Kunsill ser jinforma lil min hu responsabbli biex jieħdu ħsieb it-tindif u tiswijiet neċċessarji.
Persuni b’passaport tal-Unjoni Ewropea li jgħixu f’pajjiżna – teħid ta’ booster
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji u x’teħtieġ tagħmel persuna li qed tgħix f’pajjiżna u li għandha passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea peress li qed titlob li tieħu l-booster?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li ħadu doża waħda jew l-primary schedule f'pajjiż ieħor, iridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin li jkun ċertifikat tal-vaċċin validu u rikonoxxut u mbagħad ikunu jistgħu jieħdu d-doża li jmiss f'Malta. Din tgħodd ukoll għal persuni li qed jgħixu f’pajjiżna u għandhom passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropeja
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara x’jista’ jsir biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tkun megħjuna peress li ma tistax tibqa’ tuża l-wheelchair li kellha u llum għandha bżonn wheelchair biex tkun tista’ tużah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.