Jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema l-ġdida ta’ sussidju ta’ kera li tħabbret fl-aħħar Pjan Finanzjarju tal-Gvern? Kemm-il persuna kkwalifikat s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju tal-kera, għall-ewwel darba qiegħed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul u l-kompożizzjoni tal-familja tal-applikanti, iżda anke fuq in-nefqa tagħhom fuq il-kera. L-inkwilin irid ikollu ftehim validu tal-kirja, ta’ mhux anqas minn sitt xhur u jissottometti wkoll irċevuti tal-kera mħallsa kull xahar.
It-tabella t’hawn taħt qiegħda turi d-dħul massimu li jista’ jkollu l-applikant sabiex ikun eleġibbli għal dan il-benefiċċju, kif ukoll l-ammont massimu ta’ benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih :
Membri tal-familja
Dħul Massimu
Benefiċċju Massimu
Persuna Waħedha
€ 14,700
€ 3,600
Ġenitur Wieħed b’wild wieħed
€ 19,050
€ 4,800
Ġenitur Wieħed b’żewġ ulied jew aktar
€ 23,400
€ 5,000
Żewġ Adulti mingħajr tfal
€ 19,000
€ 3,600
Koppja b’wild wieħed
€ 23,800
€ 4,800
Koppja b’żewġ ulied jew aktar
€ 28,600
€ 5,000
Tlett Adulti jew aktar jgħixu flimkien
€ 27,900
€ 5,000
F’każ ta’ persuna jew familji li jkollhom membru tal-familja b’diżabilità, d-dħul illi wieħed jista’ jkollu l-applikant, ma għandux jeċċedi it-€30,000, filwaqt illi l-benefiċċju mgħoti lil din il-familja, ikun b’żieda addizzjonali ta’ €125 fis-sena.
Ta’ min iżid ukoll illi l-iskema ġdida ta’ sussidju ta’ kera, qiegħda wkoll tagħti €125 addizzjonali fis-sena mal-benefiċċju li jkunu intitolati għalih, lill-familji li jkunu aktar minn ħames membri u €300 benefiċċju addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom
tfal fostered.
Il-benefiċċju jiġi mħallas dirett lill-applikanti li jikkwalifikaw għalih permezz ta’
direct credit
. Dan il-benefiċċju jiġi rivedut kull sentejn.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-kundizzjonijiet tal-Benefiċċju tal-Kera.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara tibda tiftaħ ukoll billejl jew għal aktar ħin milli qiegħda attwalment? Jekk le, jħossx li hu opportun li din ir-rikjesta tiġi evalwata fid-dawl tad-domanda li teżisti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ftit tas-snin ilu, matul il-leġiżlatura li għaddiet, id-Dipartiment tal-Kura Primarja kien estenda l-ħin ta’ diversi ċentri tas-saħħa fosthom dak ta’ Birkirkara biex b’hekk bdew jinfetħu s-sibtijiet ukoll u kuljum sat-tmienja ta’ fil-għaxija minflok sal-ħamsa. Dan wara li waqt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti l-ħin ta’ ftuħ ta’ ħafna Ċentri tas-Saħħa kien tnaqqas. Bħal issa għaddej eżerċizzju sabiex naraw kif nistgħu nutilizzaw bl-aqwa mod ir-riżors uman li għandna fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, anke fid-dawl tat-twessieħ ta’ servizzi f’numru ta’ Bereġ tas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet min-naħa tal-Gvern li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara tibda żżid is-servizzi mediċi li toffri milli qiegħda attwalment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jitfasslu l-pjanijiet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibda l-proġett tal-immodernizzar tas-sezzjoni tal-Podiatrija li tinsab ġoċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. L-iskop aħħari hu jiġi mwaqqaf Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Podjatrija minn fejn il-pazjenti jkunu jistgħu jibbenifikaw minn servizz ta’ Podjatrija tal-aktar wiesgħa u tal-għola livell b’apparat modern u tal-aħħar ġenerazzjoni. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiżdiedu ukoll is-servizzi tal-Podjatrija u ser jiġu pprovduti servizzi li bħal issa jingħataw biss mill-Isptar Mater Dei.
San Ġiljan u Paceville – preżenza tal-Pulizija fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq ta’ San Ġiljan u Paceville? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li din il-preżenza tissaħħaħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel is-sena 2013 fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju (low season) kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċċjal preżenti fl-area ta’ Paceville, filwaqt li fi tmiem il-ġimgha kien ikun hemm bejn 12 u 15-il uffiċjal. Matul ix-xhur tas-sajf, bejn Ġunju u Settembru (high season),bejn it-Tnejn u l-Ħamis kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċjali,filwaqt li fi tmiem il-ġimgha, kien ikun hemm bejn 10 u 13-il uffiċċjal. Wara l-2013 b’mod progressiv kienet żdiedet il-presenza tal-pulizija fl-istess area ta’ Pacevile u l-madwar.
Mis-sajf tal-2017 il-presenza ta’ uffiċjali ġewwa Paceville kompliet tissaħħaħ. Fil-low season, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu, mit-Tnejn sal-Ħamis l-ammont ta’ uffiċjali tal-Pulizija preżenti jkun ta’ mhux anqas minn tnax. Il-Ġimgħa u s-Sibt dan jiżdied għal ħamsa u għoxrin u fil-Ħdud l-ammont ikun ta’ għoxrin uffiċjal. Il-preżenza tissaħħaħ meta l-frekwenza tal-pubbliku tibda tiżdied fil-high season. F’dan il-perjodu jkun hemm għoxrin uffiċjal bejn it-Tnejn u l-Ħamis, tletin uffiċjal nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt u ħamsa u għoxrin uffiċjal fil-Ħdud. Dan barra minn kontinġent tal-SIU li dejjem ikun preżenti matul il-weekends. Fir-rigward tal-għassa ta’ San Ġiljan, normalment ikun hemm is-Surġent tal-għassa, megħjun minn xufier u żewġ uffiċjali tar-ronda, meta l-esiġenzi jippermettu. Irid jingħad li dawn il-lokalitajiet huma kollha koperti mir-rondi tat-taqsima tal-RIU li jsiru fiż-żoni relattivi.
Din il-presenza kellah riżultati posittivi bi tnaqqis sostanzjali ta’ każi ta’ kriminalità fl-istess akkwati.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ġiet akkwistata min-naħa tal-Gvern il-fond li llum hemm il-MITA fih ġewwa Santa Venera? Jekk il-MITA jew entità oħra tal-Gvern ħarġitx sejħa pubblika għal dan il-għan? Ta’ min kienet l-imsemmija proprjetà qabel ma’ ġiet akkwistata mill-Gvern?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-Public Prosecutor tal-Unjoni Ewropea? X’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fit-12 ta’ Ottubru 2017, ir-Regolament li permezz tiegħu nħoloq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ġie adottat minn għoxrin Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, li huma l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja.
Malta, flimkien ma’ sebgħa Stati Membri oħra (id-Danimarka, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja, l-Isvezja, u r-Renju Unit) iddeċidew li ma jissieħbux f’dan l-Uffiċċju, almenu f’dan l-istadju. Fil-każ ta’ Malta, id-deċiżjoni ttieħdet b’mod preliminari sabiex wieħed jara kif l-Uffiċċju se jinġieb fis-seħħ u kif se jitħaddem, qabel ma tissieħeb fih.
S'issa dan l-Uffiċċju għadu fi stadju ta’ infanzja bikrija, fejn, għalkemm ġie stabbilit li s-
sede
tiegħu se tkun ġewwa l-Lussemburgu, m’huwiex mistenni li dan l-Uffiċċju jibda’ jopera b’mod effettiv qabel madwar tliet snin oħra. Il-funzjoni ta’ dan l-Uffiċċju se tkun li jinvestiga u jipprosekwixxi reati kontra l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropeja.
F’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li saret fid-9 ta’ Marzu 2018 ġewwa Brussell, infurmajt lill-Kunsill tal-Ministri bl-intenzjoni ta’ Malta li tissieħeb f’dan l-Uffiċċju fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif kif ser taħdem l-iskema ta’ għajnuna għall-Kmamar tan-Nar u jekk hemmx xi rekwiżiti partikolari sabiex dawn ikunu eleġibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għan ewlieni wara dan il-proġett huwa t-tnedija ta’ skema finanzjarja li tagħti spazju lill-Kmamar tan-nar rispettivi, joħorġu bi u proposti li bihom jaghmlu:
· Restawr tal-kmamar tan-nar infushom.
· Investiment fl-infrastrutura tal-kmamar tan-nar.
· Investiment f’makkinarju u għodda li jiffaċilitaw l-manifattura tan-nar u jagħmlu il-produzzjoni iktar sigura.
· Investiment f’makkinarju u għodda maħsuba biex itejbu l-kwalita’ tal-prodott pirotekniku Malti.
· Investiment f’apparat u armar biex ikunu jistgħu jaħaqru in-nar b’mod iktar sigur.
· Investiment f’riżorsi ta’ tagħlim f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sigurta’ fil-manifattura tan-nar.
· Tisħieh ta’ kollaborazzjoni bejn l-Kmamar tan-Nar Maltin.
LINJI GWIDA GĦALL-PROPOSTA TAL-PROĠETT
Il-proposta m'għandhiex taqbeż il-500 kelma u għandha tinkludi wkoll
deskrizzjoni tal-proġett
u
baġit
.
Il-proposta tagħtik l-opportunità li turi f'aktar dettall kif il-proġett jissodisfa l-kriterji ta' valutazzjoni ta’ dan il-fond. Tittieħed deċiżjoni dwar l-iffinanzjar fuq is-saħħa tal-informazzjoni sottomessa.
Deskrizzjoni tal-proġett
Għandu jiġi pprovdut tqassim dettaljat ta' dan li ġej (fejn applikabbli):
Deskrizzjoni Ġenerali:
● Il-kuntest tal-proġett
● L-għanijiet u l-obbjettivi tal-proġett
● Deskrizzjoni dettaljata u konċiża ta' dak li jinvolvi l-proġett, inklużi l-attivitajiet speċifiċi kollha relatati mal-proġett
Perjodi ta’ żmien tal-proġett: Ipprovdi tqassim (b'dati indikattivi) tal-fażijiet jew attivitajiet ewlenin tal-proġett.
Il-baġit tal-proġett
Għandu jiġi pprovdut tqassim dettaljat ta' dan li ġej (fejn applikabbli):
Baġit dettaljat tan-nefqa:
Dan għandu jinkludi tqassim ta' spejjeż eliġibbli relatati mal-proġett, li jinkludu kemm is-servizzi kif ukoll spejjeż ta' partijiet terzi. Dawn jridu jkunu maqsuma hekk:
60% infiq fuq infrastruttura; u
40% infiq fuq spejjez kurrenti.
KONFORMITÀ
Lista ta' verifika għall-konformità tal-applikazzjoni tiegħek
Obbligatorju
1. Formola tal-applikazzjoni kompleta, iffirmata u datata – tlett kopji (3) oriġinali
2. Kopja tal-karta tal-identità tiegħek – tlett (3) kopji
3. Il-proposta tal-proġett: Il-proposta trid tinkludi deskrizzjoni tal-proġett u baġit tal-proġett - 3 kopji
4. Certifikat ta’ registrazzjoni mal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volantarji – 3 kopji
Lista ta' verifika għall-konformità tal-applikant
Il-proġetti mhumiex konformi jekk:
● Jiġu sottomessi minn applikanti li mhumiex ċittadini Maltin / fil-pussess ta' permess ta' residenza f'Malta jew karta tal-identità.
● Ma jkunux konformi mall-Ufficcju tal-Kummissarju tal-Ghaqdiet Vonotarji fid-data tal-applikazzjoni u matul il-perjodu kollu tal-progett;
● L-applikazzjoni tingħata wara 12:00 (nofsinhar) tad-data ta’ skandenza rispettiva
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-Fondi Ewropej li bħalissa l-entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu huma intitolati għalih? X’qed isir sabiex jiġi aċċertat li kemm jista’ jkun ma jintilfux minn dawn il-fondi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, attwalment, il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali flimkien mad-dipartimenti, entitajiet u aġenziji tiegħu qed jibbenifikaw minn numru sostanzjali tà Fondi Ewropej allokati lil Malta għall-perjodu 2014-2020. B’kollox qed jiġu implimentati disà u għoxrin (29) proġett, b’investiment tà mhux inqas minn €85.17 Miljuni, fejn €64.39 Miljuni ser ikunu ffinanzjati minn Fondi Ewropej.
Dan minbarra li ġew fi tmiemhom tlett (3) proġetti oħra taħt l-istess perjodu, b’nefqa pubblika tà €15.94 Miljun, fejn €14.05 Miljuni huma ffinanzjati minn Fondi Ewropej.
F’iktar dettal, il-Ministeru konċernat qed jimplimenta żewġ (2) proġetti taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni, b’allokazzjoni finanzjarja tà €9.19 Miljun, hekk kif taħt l-istess Fond qed jimplimenta proġett ieħor flimkien mà organizzazjoni internazzjonali, b’valur tà €1.25 Miljuni. Hu maħsub, li fuq dawn it-tlett (3) proġetti, Fondi Ewropej ilaħħqu l-valur tà €8.15 Miljuni. Addizzjonalment, il-Ministeru temm proġett taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna b’nefqa pubblika tà €133 elf, b’ €100 elf ffinanzjat minn Fondi Ewropej.
B’referenza għall-Forzi Armati tà Malta, bħalissa qed jiġu implimentati sitt (6) proġetti taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni finanzjarja tà €54.76 Miljuni, fejn €41.13 Miljuni ser ikunu ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Iżjed minn hekk, f’dan l-istess perjodu, il-Forzi Armati tà Malta temmew b’suċċess żewġ (2) proġetti taħt dan l-istess Fond, b’nefqa pubblika tà €15.81 Miljuni fejn €13.95 Miljuni huma ffinanzjati minn Fondi Ewropej.
Il-Korp tal-Pulizija ukoll għaddej b’ħidma biex jimplimenta b’suċċess numru tà proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja, b’mod preċiż, tnax (12) il-proġett, b’allokazzjoni finanzjarja tà €7.47 Miljuni fejn €5.67 Miljuni huma Fondi Ewropej. F’iktar dettal, tnejn (2) minn dawn il-proġetti jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni b’allokazzjoni tà €1.87 Miljuni fejn €1.4 Miljuni huma Fondi Ewropej, filwaqt li l-għaxra (10) l-oħra jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni totali tà €5.6 Miljuni fejn €4.27 Miljuni huma Fondi Ewropej.
Id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jimplimenta proġett (1) ieħor taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.7 Miljuni fejn €0.53 Miljuni huma Fondi Ewropej, hekk kif is-Servizzi Sigrieti tà Malta qed jimplimentaw proġett ieħor taħt l-istess Fond, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.27 Miljuni, b’€0.2 Miljuni Fondi Ewropej.
Bl-istess mod, l-Aġenzija għal-Ħarsien tà Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil qed timplimenta tlett (3) proġetti li jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni b’allokazzjoni finanzjarja tà €9.46 Miljuni fejn €7.09 Miljuni huma Fondi Ewropej, filwaqt li l-Kummissjoni għar-Refuġjati qed timplimenta żewġ (2) proġetti oħra taħt l-istess Fond, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.91 Miljuni fejn €0.69 Miljuni huma Fondi Ewropej.
Fl-aħħar għandna id-dipartiment tas-servizzi korrettivi fi ħdan il-Faċilità Korrettiva tà Kordin, li qiegħed jibbenefika minn Fondi tal-Unjoni Ewropeja, din id-darba minn fondi strutturali, bi proġett taħt il Programm Operattiv II (il-Fond Soċjali Ewropew), b’allokazzjoni finanzjarja tà €1.16 Miljuni fejn €0.93 Miljuni huma Fondi Ewropej.
Tà min isemmi, li dan ix-xogħol kollu jirrikjedi mekkaniżmu, fejn kull proġett għandu dedikat għalih koordinatur (project leader) li ħafna mid-drabi ikun espert fil-qasam fejn l-iskop irid jintlaħaq, assistit minn amministraturi fi ħdan l-istess dipartiment, speċjalment fejn tidħol il-formazzjoni għal-sejħiet publiċi u l-implimentazzjoni tal-istess proġetti, fost proċeduri oħra. Iktar minn hekk, il-Ministeru għandu fi ħdanu tim żgħir t’esperti fl-immaniġjar tà Fondi Ewropej, bl-għan li jimplimenta b’mod dirett il-proġetti tal-Ministeru konċernat, hekk kif joffri konsulenza lil istess koordinaturi matul traġitti differenti. Fuq kollox, l-isfida tà dan it-tim hu, li flimkien mal-koordinaturi tal-proġetti, jikkoordina b’mod effettiv l-andamenti meħtieġa biex jintlaħaq l-iskop tà kull proġett, hekk kif jitlestew fil-ħin stipulat u skond il-baġit allokat għal kull wieħed.
Fl-aħħar nett, fl-irwol tiegħi bħala Ministru qiegħed inkun infurmat bl-andament tà kull proġett b’mod frekwenti hekk biex ngħamel żgur lid-deċiżjonijiet importanti jittieħdu fil-ħin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux maħsub aktar taħriġ għall-membri tal-Korp tal-Pulizija Eżekuttiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bħalissa bejn l-Amministrazzjoni tal-Korp u l-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati qed jitfassal programm ta’ Continuous Professional Development għall-membri mhux gazzettjati tal-Korp. Dan it-taħriġ hu mfassal fuq medda ta’ ġimgħa u jagħmel emfasi fuq community policing fost oqsma oħra bhal leġizlazzjoni u suġġetti oħra li l-membri tal-Korp jiltaqgħu magħhom kuljum fil-qadi ta’ dmirijiethom.Fl-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati, jingħata taħriġ ieħor minn żmien għal żmien lill-membri tad-distretti kif ukoll dawk li jservu f’oqsma speċjalizzati, fuq suġġetti varji, fosthom il-vjolenza domestika, taħriġ fl-armi, il-forensika u immigrazzjoni. Dan barra taħriġ mogħti barra minn Malta, fuq bażi individwali, lill-membri tal-Korp f’korsijiet residenzjali, seminars u programmi ta’ skambju organizzati mis-CEPOL, il-Europol, il-Frontex u aġenziji oħra Ewropej.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk wasalx iż-żmien li ssir liġi ġdida li tirregola l-gwardjani privati [securities, private guards u bouncers] għal rashom u waħedhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbozz ta’ Ligi qiegħed fi stadju avvanzat.
Infurzar biex stabbilimenti jkollhom private guards jew bouncers
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif x’infurzar qed isir sabiex jiġi aċċertat li stabbilimenti, speċjalment ġewwa postijiet ta’ divertiment, ikollhom private guards jew bouncers liċenzjati? Kemm kien hemm spezzjonijiet f’dan is-sens fis-sena 2017 u x’kienu r-riżultanzi minn tali spezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li f’kull okkażjoni fejn ikun hemm investigazzjonijiet relatati ma’ rapporti jew inċidenti li jikkonċernaw private guards u bouncers f’postijiet ta’ divertiment, il-Pulizija dejjem tindaga biex tistabbilixxi jekk dawn humiex liċenzjati, u fejn jirriżulta fin-negattiv, jittieħdu passi kontrihom.
Unjoni Ewropea – bdil għal għoti ta’ fondi taħt il-Common Agricultural Policy
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Unjoni Ewropea [UE] hux qed taħseb li tbiddel il-mod kif jingħataw fondi taħt il-Common Agricultural Policy? X’inhu dan it-tibdil? F’liema stadju waslu dawn l-inizjattivi? Dawn kif jaffetwaw lokalment?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħal ma jiġri fit-tħejjija ta’ kull perjodu finanzjarju ġdid tal-UE, anki għall-perjodu 2021-2028 il-Politika Agrikola Komuni tkun suġġetta għal ċertu bidliet kemm fit-tfassil tar-regoli u funzjonament tagħha, kif ukoll u bħal kull politika Ewropea oħra, għal bdil dwar kif din tkun finanzjata mill-baġit Ewropew li jmiss li jissejjaħ il-‘Multiannual Financial Framework’. Filwaqt li fil-każ ta’ bdil tal-politika nnifisha il-Kummissjoni Ewropea sal-llum ippublikat Komunikazzjoni, li mbagħad tiġi segwita fix-xhur li ġejjin bi proposti leġiżlattivi dettaljati, l-aspett finanzjarju jiġi trattat fil-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u għaldaqstant nirreferieh għall-Ministru kkonċernat. Madanakollu f’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jista’ jevalwa l-impatt nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet ir-riforma leġislattiva li beda x-xogħol fuqha fis-sena 2016 dwar il-qasam turistiku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej bi proċess ta` reviżjoni u aġġornament tal-proposti, bil-għan li dawn iwasslu għal iktar simplifikazzjoni amministrattiva fl-aspetti kollha koperti b’dan il-qafas legali. Il-Pjan hu li din ir-riforma tidħol fis-seħħ kemm jista` jkun malajr.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk dan l-aħħar sarx xi tibdil fil-mod kif jaħdem jew fil-mansjonijiet tal-Bureau of Accident Investigation fil-qasam tal-avjazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BAAI huwa konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea, l-Anness 13 tal-ICAO u r-Regolament Lokali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika u jagħti tagħrif jekk hemmx xi inizjattivi reċenti sabiex l-infermiera jibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-karriera tagħhom u jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi inizjattivi sabiex l-infermiera jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. Issa l-infermiera għandhom il-possibbilità li jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari u dawn ser ikunu rikonoxxuti. Permezz tal-Avviż Legali 59 ta’ din is-sena, se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għat-Taħriġ biex jaraw it-taħriġ u l-kwalifiċi neċessarji għal kull speċjalizzazzjoni kif ukoll se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti għal Infermiera li jakkredita l-infermiera/qwiebel li jkunu għamlu t-taħriġ neċessarju u temmewh b’suċċess.
L-ispeċjalizzazzjonijiet offruti lill-infermiera huma fl-Anestesija u Maniġġjar tal-Uġigħ, fid-Diżabbiltà Intellettwali, fil-Forensika, fil-Ġenetika, fil-Ġerjatrija, fl-Immaġini Mediku Nukleari, fil-Kirurġija, fil-Kontroll tal-Infezzjoni, fil-Kura Intensiva, fil-Kura Palljattiva, fil-Kura Primarja u tal-Komunità, fil-Kura tal-Emerġenza,fil-Mediċina, fl-Onkoloġija, fil-Pedjatrija u fil-Psikjatrija, fir-Rijabilitazzjoni u fis-Saħħa Pubblika.
L-ispeċjalizzazzjonijiet għall-qwiebel huma fil-Kura Neonatali, fil-Kura Primarja u tal-Komunita’, fl-Ostetriċija, fis-Saħħa Mentali Perinatali, fis-Saħħa Pubblika kif ukoll fis-Saħħa Riproduttiva.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inqatgħu sentenzi fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2011 ‘il hawn, kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kawżi li ġew maqtugħa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta mis-sena 2011 ‘il hawn huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaDeċiżiDegretatiĊedutiKanċellatiDeżertiOħrajnTotal
2011970252310276373 1,695
20121104242334235335 1,791
20131108250348172838 1,789
2014952238318172745 1,597
2015887292353203066 1,648
2016946252319252352 1,617
20171007214371183677 1,723
2018*16642685110292
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
L-ammont ta’ kawżi li ġew maqtugħa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Għawdex mis-sena 2011 ‘il hawn huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaDeċiżiDegretatiĊedutiKanċellatiDeżertiOħrajnTotal
20119048520923222
20129858361917219
20139137460913196
20148038363538200
20159342400028203
20168742300028187
20177630366027175
2018*56700725
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
Qorti Ċivili – kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2011 ‘il hawn, kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Malta, mis-sena 2011 ‘il hawn kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaKawżi pendenti
20114840
20124505
20134216
20144076
20153904
20163851
20173635
2018*3575
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
In-numru ta’ kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Għawdex, mis-sena 2011 ‘il hawn kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaKawżi pendenti
2011591
2012592
2013564
2014582
2015533
2016464
2017467
2018*475
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kif il-Gvern qed jirribatti l-argumenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġim tal-VAT fuq yachts li għandna f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jipprepara l-każ tiegħu sabiex jirrispondi għall-każ imqajjem mill-Kummissjoni Ewropeja. Dan qed isir b’konsultazzjoni mill-qrib ma’ practitoners u esperti fil-qasam.
Unjoni Ewropea – bdil għal għoti ta’ fondi taħt il-Common Agricultural Policy
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Unjoni Ewropea [UE] hux qed taħseb li tbiddel il-mod kif jingħataw fondi taħt il-Common Agricultural Policy? X’inhu dan it-tibdil? F’liema stadju waslu dawn l-inizjattivi? Kif dawn jaffettwaw lokalment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħlas ta 15% flat rate fuq fondi ċivili u kummerċjali mikrija – infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux qed isir infurzar sabiex jiġi żgurat li qegħdha titħallas il-15% flat rate fuq fondi ċivili u kummerċjali mikrija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bhalissa qed isiru eżerċizzji mir-Risk Management Unit u investigazzjonijiet mit-Tax Compliance Unit dwar każijiet fejn qed ikun hemm rapporti ta’ evażjoni ta’ taxxa fuq kirjiet.
Is-Sezzjoni tal-Ispettorat ser tibda wkoll tagħmel
field audits
fuq dan is-settur ta’ negozju.