Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18 Sitting 250 2019-10-07 Written · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenzi minn ditta legali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Tista’ tgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Tista’ tgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u l-entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, ma taw l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija mill-1998 sa Marzu 2003.

Università ta' Malta — lectures minn individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9478, jista' l-Ministru jekk jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux deputat ieħor li llum qed jagħti xi tip ta’ lectures ġewwa l-Università ta’ Malta? Jista' jagħti l-istess informazzjoni li ġiet mitluba fid-domanda parlamentari hawn fuq indikata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament hu assenjat on a casual basis fid-Dipartiment tal-European & Comparative Law, Fakultà tal-Liġi. Infurmat li d-data tal-bidu ta' impjieg hi l-1 ta' Ottubru 2017. Jgħallem on a casual basis u għaldaqstant ma toħroġx sejħa ta' interess u jitħallas skont in-numru ta' lectures li jagħti. Dan ifisser li jagħti inqas minn 28 siegħa ta' lectures f’kull study-unit.

Persuna ta' sigurtà

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9511, peress li kemm intefqet spiża min-naħa tal-Gvern f’dan ir-rigward, mhix materja ta’ sigurtà u hija materja indubbjament t’interess pubblika, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntefqet sa issa f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9511 peress li hija konnessa ma’ materja ta’ sigurtà u anke peress li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni ta’ din ix-xorta.

Individwu — xufier

Question

Jista' l-Ministru jgħidi jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux intitolat mill-Gvern li tipprestalha servizzi ta' driver?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jingħata sevizz ta’ sigurtà. Ma jkunx prudenti illi dettajli aktar dwar il-modalitajiet ta' tali protezzjoni jingħataw.

Ħal Lija u Ħal Balzan — tnaqqis fil-volum tat-traffiku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9437, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet minn xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu, sabiex Triq Annibale Preca, f’Ħal Lija tiġi one-way?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali li saru f’Mejju 2019, kien hemm diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħ’Attard dwar possibilità li parti minn Triq Annibale Preca ssir one-way, iżda peress li ma kienx hemm qbil, sar ftehim sabiex dawn id-diskussjonijiet jitkomplew wara li tibda il-leġiżlatura ġdida tal-Kunsilli Lokali fl-1 ta’ Lulju 2019. Appena nirċievu t-talba mingħand dawn il-Kunsilli Lokali, l-Awtorità se tkompli tiddiskuti sabiex tieħu l-aħjar deċizjoni fl-interess tat-tliet lokalitajiet, fl-istess waqt li tieħu inkonsiderazzjoni x-xogħolijiet li qiegħda tagħmel Infrastruttura Malta f’dawn l-inħawi.
Leg 13 PQ #10863 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi minn ditta legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-ditta legali li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, ma ħadet l-ebda konsulenza mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Minsitru bejn l-1998-2003.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Konsulenzi minn ditta legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 23724 tat-12-il Leġiżlatura.
Leg 13 PQ #9440 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazzo Spinola — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li Palazzo Spinola jintuża għal skopijiet turistiċi jew mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġejjieni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalissa ma hemmx dawn il-pjanijiet.

Università ta' Malta — membri tal-kamra tad-deputati - lectures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-membri tal-Kamra tad-Deputati li jagħtu xi tip ta’ lectures ġewwa l-Università ta’ Malta? Jista' jagħti informazzjoni wieħed b'wieħed ta' kemm ilhom iwettqu dan, kif ukoll l-Onorarja li jirċievu kull sena jew permezz ta’ xi rata oħra? F’kull każ għandu jindika ukoll jekk kienx hemm sejħa ta’ interess qabel ma ntgħażlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuna ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux intitolat għal persuna ta’ sigurtà? Jekk iva, jista’ jiġi indikat jekk dan hux qed jitħallas mill-Gvern? Jista’ jindika wkoll kemm qamet l-ispiża s’issa u kemm ilu b’dan l-arranġament? Jista’ jindika x’inhi preċiżament id-‘detail’ ta’ dawn il-persuni ta’ sigurtà? Jista’ jindika jekk fid-‘detail’ ta’ dawn il-persuni ta’ sigurtà hemmx indikat li dawn il-persuni jintużaw ukoll bħala ‘drivers’ għal dan l-individwu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li waqt li huwa kkonfermat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jingħata sigurtà, ma nħossx li aktar tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar din is-sigurtà, għandu jkun ippubblikat.

Ħsarat infrastrutturali bil-maltemp — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa, mill-aspett infrastrutturali bejn wieħed u ieħor, id-dannu li sar fit-toroq ta’ pajjiżna fil-maltemp tat-23 u l-24 ta’ Frar 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li sa minn kmieni s-Sibt filgħodu tat-23 ta’ Frar 2019, ċjoè ftit sigħat wara li l-irwiefen bdew jaħkmu l-gżejjer Maltin, Infrastructure Malta kienet diġà qed issegwi l-effett tal-maltemp fuq it-toroq, filwaqt li tappoġġja lill-entitajiet responsabbli mill-għajnuna lill-persuni f’diffikultà u t-tindif tat-toroq mill-materjali li ttajru fihom. Fost oħrajn, kien hemm kordinazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, ma’ Transport Malta, mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, kif ukoll mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mal-Korp tal-Pulizija. Minkejja l-qawwa tal-maltempata li pajjiżna kien ilu snin ma jesperjenza bħalha, bħala strutturi t-toroq ma ġarrbux ħsarat estensivi. Dan ħlief għal tkissir ta’ żewġ bus shelters, tabelli li wkoll tkissru jew inqalgħu u ħitan fil-ġnub tat-toroq li waqgħu f’lokatajiet varji, u każ fejn inqalgħu il-crash barriers li kien hemm fil-ġenb tat-triq. Minnufih, Infrastructure Malta ħadet ħsieb li t-triq ingħalqet temporanjament sakemm tneħħew il-crash barriers minn nofs it-triq. Malli għadda l-maltemp, bdew ix-xogħlijiet biex it-tabelli fit-toroq li tkissru jew ġarrbu ħsarat bdew jinbidlu jew jitranġaw ukoll minnufih. Bħala valur approssimattiv dawn il-ħsarat fit-toroq flimkien ilaħħqu s-somma ta’ €118,500.

Ħal Lija u Ħal Balzan – tnaqqis ta’ volum ta’ traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi entità taħtu li qiegħda taħseb jew twettaq studju sabiex jitnaqqas il-volum tat-traffiku mill-qalba tal-lokalitajiet ta’ Ħal Lija u Ħal Balzan? Jekk le, jaħsibx li dan hu opportun li jsir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fost il-proġetti li Infrastructure Malta qed tippjana biex twettaq aktar tard din is-sena hemm Central Link Project, investiment ewlieni biex biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs billi se jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Central Link Project se jinkludi wkoll diversi kilometri ta’ bankini ġodda, l-itwal korsija għar-roti f’żewġ direzzjonijiet u maqtugħa għaliha mit-triq li qatt saret f’Malta u aktar żoni b’siġar u pjanti f’Ħal Balzan u Ħ’Attard. B’hekk, persuni li jivvjaġġaw fil-lokalitaijiet tal-inħawi ser ikollhom aktar ri¿orsi siguri biex jitħajru jużaw mezzi alternattivi għall-karozza. Bħalissa, eluf ta’ persuni ta’ kuljum jużaw diversi toroq residenzjali f’Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara u Ħ’Attard biex jevitaw ir-rotta ta’ toroq ewlenin dojoq bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali. Peress li dawn it-toroq qatt ma ġew imtejba biex ilaħħqu mad-domanda tat-trasport tal-lum, qed iwasslu għal ħafna dewmien fl-ivvjaġġar u tniġġis tal-arja fl-inħawi. Dan qed iwassal għal żieda ta’ vetturi f’toroq residenzjali, bil-konsegwenza li jiżdied it-tniġġis tal-arja u tal-ħoss, u jiżdiedu wkoll ir-riskji t’aċċidenti għar-residenti li jkunu mexjin quddiem djarhom. L-istudji li saru waqt l-ippjanar ta’ Central Link Project jikkonfermaw li bit-titjib tat-toroq arterjali b’inqas bottlenecks u aktar kapaċità għad-domanda tal-lum u tal-futur, se jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk se igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. L-istudji wrew ukoll il-ħtieġa li titranġa l-junction li hemm bejn Vjal De Paul u Triq l-Imdina viċin il-ġonna ta’ San Anton. Din hija waħda mid-daħliet ewlenin għal Ħal Balzan u fost l-aktar ħoloq problematiċi fis-sistema tat-toroq tagħna. Fil-fatt, Central Link Project ser jibni din il-junction mill-ġdid, sabiex jitneħħew it-traffic lights u jonqos id-dewmien u t-tniġġis tal-arja li jġibu magħhom f’din iż-żona ta’ Ħal Balzan. L-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) ikkonferma li s-Central Link Project kif qed ikun propost minn Infrastructure Malta huwa l-aktar soluzzjoni effettiva u sostenibbli biex jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta ewlenija bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali u titjieb il-kwalità tal-ajra fil-lokalitajiet tal-madwar. L-EIA juri li kemm-il darba ma jsirx it-titjib propost, sas-sena 2030 il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi jiżdied bi 2.8 darbiet aktar fil-ħinijiet ta’ filgħodu u 4.4 darbiet aktar waranofsinhar, waqt li sal-2045 dan ikompli jiżdied għal 8.1 u 7.8 darbiet aktar rispettivament. L-istudju dwar il-kwalità tal-arja, li huwa bbażat fuq monitoraġġ tal-arja li sar is-sena li għaddiet f’diversi nħawi matul ir-rotta, juri l-effetti ħżiena li din il-konġestjoni severa tħalli fl-arja tal-madwar. Kieku l-proġett ma jsirx, it-trab iswed u l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja, inkluż f’Ħ’Attard u Ħal Balzan, jiżdiedu b’104% u 35% rispettivament sal-2030 u b’ 229% u 86% sa ħmistax-il sena wara. It-trab iswed u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-akbar żewġ sorsi ta’ tniġġis ikkaġunat mill-emissjonijiet tal-karozzi. Bis-Central Link Project tkun eliminata l-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis medju fit-trab iswed ta’ 42% sal-2030 u 60% sal-2045, anke meta tikkunsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport. Bl-istess mod huwa proġettat li l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu bi 15% fl-2030 u bi 30% fl-2045.
Leg 13 PQ #9438 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jgħinu l-proġetti l-ġodda turistiċi f’pajjiżna sabiex tiżdied il-kwalità tat-turisti li jiġu Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirringrazzja lill-Onorevoli Interpellant ghal mistoqsija tieghu nixtieq insemmi ftit mill-progetti li l-Ministeru tieghi qed jahdem fuqhom sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti u li indirettament huma ntizi li jtejbu l-kwalita’ ta’ turisti li jigu Malta u sabiex dejjem itejbu l-istagjonalita’. Nibda biex insemmi x-xoghol siewi tal-GHRC fil-belt Valletta, fejn qed inkomplu naraw investiment ta’ miljuni ta’ Euro fin-naha t-isfel – f’restawr ta’ binjiet storici u anke residenzjali – progett li ser jara ir-rigenerazzjoni ta’ Marsamxett. Ma nistax ma nsemmiex Gnien Lapparelli li ghadu kemm gie inawgurat u li qed ikompli jzid il-valur tal-progett tad-dahla tal-Belt li gie inawgurat m’ilux. Pero’ l-interventi tal-GHRC ma jifqux fil-Belt u qed ikomplu bi progetti ta’ rigenerazzjoni ta’ zoni li ilhom ma jaraw interventi ghal snin twal – bhax-Xatt tas-Sliema u Msida. Dawn il-progetti ser ikomplu fejn qed jimplimenta l-Ministeru f’Marsaxlokk. Agenzija ohra li qed tahdem fuq skala ta’ progetti kbar hija Projects Malta/Projects Plus, li qed tahdem fuq il-link bejn il-Port ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir u b’mod l-aktar importanti fuq progett iehor ta’ rigenerazzjoni gewwa Birzebbugia. Bi pjacir insemmi wkoll il-Fondazzjoni ghaz-Zoni Turistici li qed tiehu bixra gdida u sehem gdid fil-manutenzjoni taz-Zoni Turistici. B’danakollu mhux qed nifqu hawn ghax l-FTZD qed tiehu sehem ukoll fl-implimentazzjoni ta’ progetti zghar li qeghdin ukoll itejbu l-prodott u anke progetti kbar u qed jinkludu progett estensiv ta’ upgrading ta’ zoni gewwa Paceville, San Giljan fejn insibu anke l-involviment ta’ kumpaniji rinomati internazjonalment. Dawn il-progetti jafu jiswew madwar 10 miljun Ewro u qeghdin isiru b’kollaborazzjoni shiha mal-industrija taht id-direzzjoni diretta tal-Ministeru tat-Turizmu. Ma nistax ma nsemmiex ukoll ix-xoghol tal-MTA li tibqa’ involuta fi progetti relatati mal-bahar, mal-bajjiet tar-ramel u mal-industrija tal-ghadds u xoghol relatat ma’ restawr ta’ siti storici b’kollaborazzjoni ma’ NGOs lokali. F’dan il-kuntest tal-MTA, insemmi wkoll in-numru record ta’ applikazzjonijiet ghal akkommodazzjoni li qed nipprocessaw li qed jiddiversifikaw il-lokalitajiet u anke t-tip differenti ta’ prodott ta’ akkommodazzjoni. Insemmi x-xoghol li qed isir fil-gzira t’Ghawdex li wkoll qed naraw kif intejbu l-accessibilita’ b’metodi godda bhal helicopter link sabiex dejjem inkunu nistghu ntjebu l-kwalita’ fit-turizmu. Din m’hiex lista ezawrjenti tal-progetti kollha li qed nahdmu fuqhom, imma taghti stampa tax-xoghol kbir li qed isir f’dan il-qasam wahdani tat-turizmu, minghajr ma nsemmi dak ix-xoghol kollu li jsir u li jikkumplimenta dawn il-progett.
Leg 13 PQ #9439 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija Għat-Turiżmu – arretrati minn Lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi f’Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Tas-Sliema u San Ġiljan li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li hemm ħames (5) lukandi li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Tlieta minn dawn il-lukandi mhumiex joperaw.

Skemi għal restawr ta’ knejjes ta’ valur reliġjuż u kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi d-dettalji jekk hemm xi skema li tgħin fir-restawr ta’ knejjes ta’ valur reliġjuż u kulturali? X’inhuma l-kriterji sabiex tikkwalifika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kull sena joħroġ skema li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japplikaw biex jipproponu proġetti ta’ restawr fuq bini/ monumenti storiċi li jinsabu fil-lokalità tagħhom. Il-proġetti magħżula taħt din l-iskema imbagħad jitwettqu direttament mid-Direttorat tar-Restawr matul ix-xhur ta’ wara l-għażla. Il-proġetti proposti mill-Kunsilli Lokali jkunu jridu jikkwalifikaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għazla tal-proġetti u li jiġu ppublikati mas-sejħa kull sena. Fl-erba’ snin li ilha tinħareġ din l-iskema kienu diversi l-Kunsilli li pproponew proġetti ta’ restawr fuq kappelli u knejjes fil-lokalitajiet tagħhom, u diversi minnhom intagħżlu u twettqu jew qed jiġu mwettqa.

Birkirkara – Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex individwat sit, fejn se ssir id-Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara ? Hemm xi pjan ta’ meta se jibda x-xogħol b’mod konkret? Kemm ser jinħolqu postijiet għall-anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sit għall-dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara, ġie identifikat u d-dar prospettiva ser ikollha entratura minn Triq Ganu. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet flimkien ma’ Projects Malta sabiex jiġu ffinalizzati l-pjanti tad-dar u jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa. Dawn il-permessi, kif ukoll il-proċess tal-akwist pubbliku, ser jiddetterminaw il-bidu tax-xogħol ta’ din id-dar. Huwa ppjanat illi din id-dar tkun qiegħda takkomoda 150 resident.